|
25.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/1 |
RIŻOLUZZJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta' Marzu 2009
dwar il-Pjan ta' Azzjoni Doganali tal-UE għall-ġlieda kontra l-Ksur tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (IPR) għas-snin 2009 sal-2012
(2009/C 71/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
WAQT LI JIKKUNSIDRA:
|
1. |
ir-rapport strateġiku tal-Kummissjoni (1) u ċ-ċiklu l-ġdid tal-istrateġija ta' Lisbona mġedda għat-tkabbir u l-impjiegi (2008-2010) mnedija mill-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Marzu 2008; |
|
2. |
il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar strateġija għall-Ewropa dwar id-drittijiet tal-proprjetà industrijali; |
|
3. |
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettata li tikser ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li tinstab li tkun kisret dawk id-drittijiet; |
|
4. |
ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2008 dwar pjan Ewropew globali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija; |
WAQT LI JIEĦU NOTA TA':
|
5. |
it-theddida dejjem tikber minn prodotti ffalsifikati għas-saħħa u s-sigurtà u għall-ambjent; |
|
6. |
ix-xejriet l-aktar ġodda fil-qasam tal-falsifikazzjoni u l-piraterija, speċjalment fir-rigward tal-isfidi ġodda li tqajjem il-globalizzazzjoni tal-kummerċ dinji u tal-bejgħ bl-Internet; |
|
7. |
il-ħtieġa għad-dwana li tindirizza dawn il-kwistjonijiet b'mod aktar effettiv, li teħtieġ kooperazzjoni amministrattiva msaħħa, u kooperazzjoni eqreb bejn id-dwana u n-negozju; |
JENDORSJA:
|
8. |
il-pjan ta' azzjoni doganali tal-UE għall-ġlieda kontra l-Ksur tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (IPR) għas-snin 2009 sal-2012 imniżżel fl-Anness, ippreparat mill-Presidenza b'kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni b'segwitu tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill imsemmija taħt il-punt 4; |
JISTIEDEN:
|
9. |
lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jimplimentaw il-pjan ta' azzjoni b' mod effettiv; |
|
10. |
lill-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni mal-Presidenza, biex twettaq reviżjoni annwali tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni; |
|
11. |
lill-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex fl-2012 tippreżenta lill-Kunsill rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni. |
(1) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew “Rapport strateġiku dwar l-istrateġija ta' Lisbona mġedda għat-tkabbir u l-impjiegi: it-tnedija taċ-ċiklu l-ġdid (2008-2010) — Jinżamm ir-ritmu tal-bidla” COM(2007) 803 finali.
ANNESS
Il-Pjan ta' Azzjoni Doganali tal-UE għall-ġlieda kontra l-Ksur tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (IPR) għas-snin 2009 sal-2012
Introduzzjoni
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri analizzaw attivitajiet fl-UE relatati mal-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) mill-2005 sal-2008, għall-perijodu tal-pjan ta' azzjoni doganali preċedenti għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni (1). L-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 u l-attivitajiet li jinsabu fil-pjan ta' azzjoni tqiesu li pprovdew reazzjoni b'suċċess għall-kummerċ fil-prodotti ffalsifikati. L-istatistika annwali ppubblikata mill-Kummissjoni wriet xejra 'l fuq fl-attività doganali, kif ukoll aktar kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet.
Madankollu, kien rikonoxxut li d-diversità dejjem tiżdied ta' prodotti maqbuda u xejriet ġodda, bħall-importazzjoni ta' konsenji żgħar li jirriżultaw mill-bejgħ bl-Internet, uriet li kienu meħtieġa aktar miżuri u li ma kienx hemm lok għal kompjaċenza. Il-ħtieġa li jkun hemm reazzjoni għal din il-problema dejjem tikber kienet sottolinjata hekk kif il-kummerċ fil-prodotti ffalsifikati rrappreżenta theddida reali għal kull ċittadin u għas-soċjetà kollha kemm hi.
Il-Kummissjoni qieset li l-isforzi li saru mill-awtoritajiet doganali biex jipproteġu l-interessi ekonomiċi u s-saħħa u s-sigurtà taċ-ċittadini għandhom jitkomplew u ġie rrakkomandat pjan ta' azzjoni ieħor. Pjan bħal dan għandu jkopri l-oqsma prinċipali li jinsabu fil-pjan preċedenti, jiġifieri l-leġislazzjoni, il-prestazzjoni operattiva, il-kooperazzjoni tal-industrija, il-kooperazzjoni internazzjonali, u l-komunikazzjoni. Il-pjan il-ġdid għandu jieħu kont tal-iżviluppi rilevanti fil-qasam doganali, bħall-Kodiċi Doganali Komunitarju mmodernizzat, kif ukoll fatturi esterni, bħaż-żieda fil-bejgħ minn fuq l-Internet. B'mod partikolari, il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE ġdid għandu jiffoka fuq:
|
— |
it-titjib u fejn meħtieġ l-immodifikar, tal-leġislazzjoni eżistenti dwar id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali; |
|
— |
it-titjib tal-kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet; |
|
— |
it-tisħiħ tal-kooperazzjoni operattiva bejn id-dwana fl-UE u ma' pajjiżi terzi; |
|
— |
l-iżvilupp ta' aktar kooperazzjoni internazzjonali dwar l-infurzar tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali; |
|
— |
it-titjib tal-pubbliċità u tas-sensibilizzazzjoni; u |
|
— |
ir-reazzjoni għall-problema tal-bejgħ minn fuq l-Internet u l-għoti ta' taħriġ ad hoc lill-uffiċjali tad-dwana. |
Il-pjan il-ġdid għandu wkoll jieħu kont ta' xejriet u forom ġodda oħra użati fid-distribuzzjoni ta' prodotti ffalsifikati perikolużi għas-soċjetà, li jirriżultaw mill-globalizzazzjoni tal-kummerċ dinji, u l-involviment dejjem jikber tal-kriminalità organizzata.
L-Istati Membri u l-Kummissjoni kkollaboraw mill-qrib fuq firxa ta' kwistjonijiet relatati mal-eżami tal-qafas kurrenti għall-attivitajiet doganali relatati mal-infurzar tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali. L-Istati Membri kollha wrew li l-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali kienet tirrappreżenta priorità ċara għalihom u ħafna qiesu li sabiex jagħmlu l-attivitajiet doganali fid-drittijiet ta' proprjetà intellettwali aktar effiċjenti, ikun adatt li tiġi żviluppata u tibda tintuża bażi tad-data informattiva konġunta li fiha l-applikazzjonijiet approvati għall-azzjoni.
Il-Kunsill, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Settembru 2008 dwar pjan Ewropew globali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, stieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippreżentaw pjan doganali ġdid għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni għall-perijodu mill-2009 sal-2012.
Konklużjonijiet tas-Seminar ta' Livell Għoli dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni
L-eżami tal-attivitajiet doganali relatati mal-infurzar tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali laħaq l-ogħla punt f'Seminar ta' Livell Għoli organizzat f'Pariġi mill-25 sas-26 ta' Novembru 2008, lejn tmiem il-Presidenza Franċiża.
L-għan ta' dan is-seminar kien li titqies ir-reazzjoni tad-dwana għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni. Id-Diretturi Ġenerali tad-Dwana tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni kkonkludew li l-pjan ta' azzjoni doganali futur għandu jittratta erba' sfidi prinċipali ppreżentati mill-falsifikazzjoni:
1. Prodotti ffalsifikati perikolużi
Il-konsumatur għandu jkun informat dwar il-konsegwenzi, xi kultant drammatiċi, assoċjati ma' prodotti ffalsifikati, permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni fil-livell tal-UE, li magħhom tista' tiġi assoċjata d-dwana. Il-leġislazzjoni u l-proċeduri kemm fil-livell Komunitarju u f'dak nazzjonali għandhom, fejn meħtieġ, jiġu mmodifikati biex isaħħu l-abbiltà tad-dwana biex tinterċetta prodotti ffalsifikati. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-armonizzazzjoni ta' miżuri relatati ma' proċeduri simplifikati u kwantitajiet żgħar ta' merkanzija kontenzjuża.
2. Il-kriminalità organizzata
Permezz ta' Osservatorju Ewropew, fejn id-dwana tista' tagħti kontribut sinifikanti u fejn jistgħu jiġu skambjati l-aħjar prattiki, tkun tista' ssir evalwazzjoni u analiżi regolari tal-fenomenu dejjem jikber tal-kriminalità organizzata fil-falsifikazzjoni. Il-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati għandha tissaħħaħ permezz tal-iżvilupp ta' sistemi elettroniċi ta' skambju ta' informazzjoni. L-analiżi ta' riskju fil-livell Komunitarju huwa meħtieġ u għandu jiġi żviluppat, filwaqt li jieħu vantaġġ mill-mekkaniżmi eżistenti. Ser jiġu żviluppati azzjonijiet doganali Ewropej konġunti, b'iffokar fuq temi jew setturi partikolari. Is-sħubija essenzjali bejn id-dwana u l-industrija ser tissaħħaħ.
3. Il-globalizzazzjoni tal-falsifikazzjoni
Il-pjan ta' azzjoni doganali maċ-Ċina, li ġie ffinalizzat mis-servizzi tal-Kummissjoni, jippermetti l-iskambju ta' informazzjoni, kif ukoll lill-uffiċjali ma' dan il-pajjiż li jiġġieldu kontra l-falsifikazzjoni. L-Istati Membri u l-Kummissjoni ser ikompu jaħdmu lejn l-adozzjoni ta' miżuri tal-fruntieri effettivi fin-negozjati kurrenti dwar l-ACTA, il-ftehim kummerċjali propost dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni. Il-kooperazzjoni internazzjonali fil-forma ta' skambju ta' informazzjoni u operazzjonijiet konġunti ser tissaħħaħ ma' pajjiżi msieħba prinċipali.
4. Bejgħ ta' prodotti ffalsifikati minn fuq l-Internet
L-Istati Membri kollha għandhom jeżaminaw il-fenomenu tal-bejgħ minn fuq l-Internet u jikkondividu “l-aħjar prattiki”. Ser jiġu organizzati seminars u gruppi ta' ħidma sabiex jiġu konklużi memoranda ta' fehim bi pjattaformi fuq l-Internet u l-istituzzjonijiet finanzjarji involuti fi ħlasijiet onlajn, biex jiskambjaw l-informazzjoni, u jikkondividu prattiċi dwar il-monitoraġġ u l-identifikazzjoni ta' bejjiegħa professjonali ta' prodotti ffalsifikati.
Il-Pjan ta' Azzjoni Doganali tal-UE għall-ġlieda kontra l-Ksur tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (IPR) għas-snin 2009 sal-2012
Huwa rikonoxxut li hemm kwistjonijiet li għandhom impatt fuq ħidmet u l-effiċjenza tad-dwana, fejn l-amministrazzjonijiet doganali huma, għall-inqas sa ċertu punt, dipendenti fuq żviluppi f'oqsma oħra ta' politika, speċjalment l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni relatata mad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, kif ukoll is-sanzjonijiet applikabbli għall-kummerċ ta' merkanzija li tikser id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali. Barra dan, huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma' awtoritajiet oħra tal-infurzar tal-liġi fil-livell nazzjonali. Dawk il-ħtiġiet huma prekondizzjoni għall-Istati Membri li jirrikonoxxu t-theddid li jirriżulta mill-falsifikazzjoni u għall-kondiviżjoni tagħhom tal-interess komuni fil-ġlieda kontra dan it-theddid b'mod koordinat u armonizzat. Barra dan, Pjan ta' Azzjoni tal-UE ġdid jista' faċilment jintuża bħala bażi tajba għall-abbozzar ta' Pjan ta' Azzjoni nazzjonali għall-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali f'kull wieħed mill-Istati Membri.
Huwa wkoll innotat li l-Kummissjoni u l-Amministrazzjonijiet Doganali tal-Istati Membri għandhom kontribut sinifikanti x'jagħtu lill-Osservatorju Ewropew għall-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni fil-ġlieda kontra l-kummerċ fi prodotti ffalsifikati. Ladarba l-Osservatorju jkun ġie stabbilit, għandha tingħatalu informazzjoni adatta dwar l-attivitajiet doganali relatati mal-infurzar fuq il-fruntieri tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali.
Mekkaniżmu ta' reviżjoni
Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li għandu jkun stabbilit mekkaniżmu ta' reviżjoni għall-monitoraġġ ta' implimentazzjoni tal-attivitajiet li jinsabu fil-pjan. Għal dan il-għan, ser tiġi ppreżentata reviżjoni mill-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni mal-Presidenza tal-Kunsill fl-aħħar ta' kull sena tal-Pjan ta' Azzjoni. Fl-aħħar sena tal-Pjan ta' Azzjoni, ser jiġi ppreparat rapport aktar dettaljat mill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri.
Konklużjoni
Il-Pjan ta' Azzjoni Doganali tal-UE għas-snin 2009 sal-2012 għall-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali huwa anness u jikkostitwixxi reazzjoni għall-istedina tal-Kunsill, filwaqt li jipprevedi attivitajiet estensivi mid-dwana għall-ġlieda kontra l-kummerċ ta' merkanzija li tikser id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali.
(1) Dan id-dokument juża t-terminu “falsifikazzjoni” bħala terminu ġenerali biex ikopri l-ksur tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali koperti mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003.
ANNESS GĦALL-ANNESS
|
|
Avveniment |
Responsabbiltà Prinċipali |
Progress |
|
|
1. |
Leġislazzjoni u għodda tad-data |
|
|
|
|
1.1. |
Reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 u d-dispożizzjonijiet implimentattivi rilevanti li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1891/2004 bl-għan li tiġi ċċarata u armonizzata l-interpretazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta': |
Kummissjoni Ewropea |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
1.2. |
Il-preparazzjoni ta' proposta għall-immodifikar tal-leġislazzjoni doganali tal-UE, skont il-konklużjonijiet tar-reviżjoni tal-leġislazzjoni. |
Kummissjoni Ewropea |
|
|
|
1.3. |
L-iżvilupp u l-introduzzjoni ta' sistema elettronika ta' livell Komunitarju għall-applikazzjonijiet għal azzjoni biex tkun sostitwitad-distribuzzjoni kurrenti tad-dokumenti fuq karti. |
Kummissjoni Ewropea |
|
|
|
1.4. |
L-iżvilupp u l-introduzzjoni ta' bażi tad-data għar-reġistrazzjoni tal-qabdiet doganali u statistika relatata. |
Kummissjoni Ewropea |
|
|
|
2. |
Prestazzjoni operazzjonali |
|
|
|
|
2.1. |
L-iżvilupp ta' attivitajiet għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, eż., eżerċizzji ta' valutazzjoni komparattiva, taħriġ u żjarat ta' skambju biex jittejbu l-kondiviżjoni u l-iskambju reċiproku ta' informazzjoni rilevanti minn esperti mill-Istati Membri individwali. |
Kummissjoni Ewropea u/jew Stati Membri |
|
|
|
2.2. |
Azzjonijiet fil-livell tal-UE, imsejsa fuq is-Sistema Komunitarja għall-Ġestjoni tar-Riskju, bl-għan li tittejjeb l-effikaċja tal-kontrolli kontra l-falsifikazzjoni, speċjalment fil-fruntieri esterni tal-UE. |
Kummissjoni Ewropea |
|
|
|
2.3. |
Attivitajiet ikkoordinati tal-UE għall-: |
Kummissjoni Ewropea |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
2.4. |
Il-promozzjoni tal-użu tar-RIF (Formola tal-Informazzjoni dwar ir-Riskju) għal użu usa' u aktar effiċjenti fil-qasam tal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali: |
Kummissjoni Ewropea |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
2.5. |
L-eżami tal-implikazzjonijiet tal-problemi li dejjem jikbru dwar il-kummerċ fil-prodotti ffalsifikati permezz tal-Internet: |
Kummissjoni Ewropea u Stati Membri |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
2.6. |
L-iżvilupp ta' materjal ta' taħriġ dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż il-ħolqien ta' korsijiet dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali permezz tat-tagħlim elettroniku u l-organizzazzjoni ta' korsijiet ta' taħriġ kif ikun adatt. |
Kummissjoni Ewropea u Stati Membri |
|
|
|
2.7. |
Il-kumpilazzjoni u ż-żamma ta' lista aġġornata ta' esperti doganali dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali mill-Istati Membri. |
Kummissjoni Ewropea |
|
|
|
3. |
Kooperazzjoni fin-negozju |
|
|
|
|
3.1. |
Il-promozzjoni tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-azzjoni minn detenturi tad-drittijiet biex id-detenturi tad-drittijiet ikunu jafu b'din l-għażla. |
Kummissjoni Ewropea u Stati Membri |
|
|
|
3.2. |
Il-promozzjoni ta' konklużjonijiet ta' arranġamenti speċjali mad-detenturi tad-drittijiet u partijiet interessati oħra, dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni: |
Kummissjoni Ewropea Stati Membri u detenturi tad-drittijiet |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
3.3. |
L-organizzazzjoni għall-industrija/detenturi tad-drittijiet: |
Kummissjoni Ewropea u Stati Membri |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
3.4. |
Il-promozzjoni tal-introduzzjoni ta' skambju elettroniku ta' informazzjoni mas-settur privat, bl-aħjar mod possibbli. |
Kummissjoni Ewropea u Stati Membri |
|
|
|
3.5. |
Il-promozzjoni tal-użu tal-allarm aħmar/formoli tax-xejriet biex id-dwana tinżamm informata dwar l-aħħar xejriet u theddid rigward il-falsifikazzjoni. |
Kummissjoni Ewropea u Stati Membri |
|
|
|
3.6. |
L-għoti ta' informazzjoni lil detenturi tad-drittijiet dwar proċeduri doganali relatati mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. |
Kummissjoni Ewropea u Stati Membri |
|
|
|
4. |
Kooperazzjoni internazzjonali |
|
|
|
|
4.1. |
L-appoġġ għan-negozjati dwar l-ACTA (Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni) |
Kummissjoni Ewropea u Stati Membri |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
4.2. |
L-Appoġġ għall-Pjan ta' Azzjoni maċ-Ċina: |
Kummissjoni Ewropea u Stati Membri |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
4.3. |
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-imsieħba prinċipali (eż. l-Istati Uniti, il-Ġappun u oħrajn): |
Kummissjoni Ewropea u Stati Membri |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
5. |
Sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni |
|
|
|
|
5.1. |
L-iżvilupp ta' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni: |
Kummissjoni Ewropea u Stati Membri |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
5.2. |
Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni fil-komunikazzjoni ma' aġenziji oħra tal-infurzar. |
Stati Membri |
|
|
|
5.3. |
Il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta' komunikazzjoni fil-livell tal-UE, inklużi: |
Kummissjoni Ewropea |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
5.4. |
It-tisħiħ tal-kontenut tal-websajts tal-Kummissjoni u dawk nazzjonali dwar l-infurzar tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali. |
Kummissjoni Ewropea u Stati Membri |
|