18.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/70


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/841/PESK

tas-17 ta’ Novembru 2009

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GINEA BISSAW)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GINEA BISSAW) (1). Dik l-Azzjoni Konġunta kellha tapplika sal-31 ta’ Mejju 2009.

(2)

Fit-18 ta’ Mejju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/405/PESK (2) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK. Dik l-Azzjoni Konġunta għandha tapplika sat-30 ta’ Novembru 2009.

(3)

Permezz ta’ ittra datata d-9 ta’ Ottubru 2009, il-Ginea Bissaw stiednet lill-Unjoni Ewropea biex testendi l-Missjoni għal sitt xhur sal-31 ta’ Mejju 2010.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Unjoni Ewropea (UE) b’dan tistabbilixxi Missjoni tal-UE b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘EU SSR GUINEA BISSAU’ jew il-‘Missjoni’), li tinkludi fażi ta’ tħejjija li tibda fis-26 ta’ Frar 2008 u b’fażi ta’ implimentazzjoni li tibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2008. It-tul ta’ żmien tal-Missjoni ser ikun ta’ mhux aktar minn 24 xahar mid-dikjarazzjoni tal-kapaċità operattiva inizjali.”;

(2)

L-Artikolu 9(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex jkopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mis-26 ta’ Frar 2008 sat-30 ta’ Novembru 2009 għandu jkun ta’ EUR 5 650 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex tkopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2009 sal-31 ta’ Mejju 2010 għandu jkun ta’ EUR 1 530 000.”;

(3)

fl-Artikolu 17, it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha tapplika sal-31 ta’ Mejju 2010.”

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


(1)  ĠU L 40, 14.2.2008, p. 11.

(2)  ĠU L 128, 27.5.2009, p. 60.