28.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/7


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2009/788/PESK

tas-27 ta’ Ottubru 2009

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Settembru 2009, l-Unjoni Ewropea (UE) kkundannat b’qawwa r-ripressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà fuq id-dimostranti politiċi f’Conakry fit-28 ta’ Settembru u appellat għar-rilaxx tad-dimostranti u l-membri tal-oppożizzjoni arrestati. L-UE ħeġġet lill-awtoritajiet fir-Repubblika tal-Ginea biex iwettqu minnufih investigazzjoni dettaljata tal-inċidenti.

(2)

Fis-6 ta’ Ottubru 2009, l-UE, imkexkxa mir-rapporti tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem wara r-ripressjoni u mħassba ħafna dwar l-iżviluppi fir-Repubblika tal-Ginea, ħeġġet lill-Kunsill Nazzjonali għad-Demokrazija u l-Iżvilupp (NCDD), lill-partiti politiċi u lill-atturi rilevanti kollha fir-Repubblika tal-Ginea biex jieħdu azzjoni immedjata biex jirrestawraw l-istat tad-dritt u jreġġgħu lura lill-pajjiż fuq it-triq lejn id-dritt kostituzzjonali u d-demokrazija.

(3)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni attwali fir-Repubblika tal-Ginea, il-Kunsill iqis li jeħtieġ jiġu adottati miżuri mmirati lejn il-membri tal-NCDD u individwi assoċjati magħhom, responsabbli għar-ripressjoni vjolenti jew l-istaġnar politiku fil-pajjiż, u li jkun impost embargo fuq l-armamenti kontra r-Repubblika tal-Ginea,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armamenti u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawk imsemmija qabel, lir-Repubblika tal-Ginea minn ċittadini tal-Istati Membri jew li ġejjin minn territorji tal-Istati Membri, jew li jużaw il-bastimenti jew l-ajruplani bil-bandiera tagħhom, għandhom ikunu projbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kif ukoll jekk le.

Artikolu 2

1.   L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:

(a)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta’ bini tal-istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), tal-UE u tal-Komunità, jew għal operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet tal-UE u tan-NU;

(b)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-ġlied li ġew manifatturati jew mgħammra b’materjal biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-UE u tal-Istati Membri tagħha fir-Repubblika tal-Ginea,

bil-kondizzjoni li dawn l-esportazzjonijiet ikunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti.

2.   L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati bil-metall u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-Repubblika tal-Ginea minn persunal tan-NU, persunal tal-UE, tal-Komunità jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, tal-membri tal-NCDD u individwi assoċjati magħhom, responsabbli għar-ripressjoni vjolenti tat-28 ta’ Settembru 2009 jew l-istaġnar politiku fil-pajjiż, kif elenkati fl-Anness.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux jobbliga lil Stat Membru jiċħad liċ-ċittadini tiegħu stess dħul fit-territorju tiegħu.

3.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b’obbligu ta’ dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a)

bħala pajjiż ospitanti ta’ organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b)

bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-NU, jew taħt l-awspiċju tagħha; jew

(ċ)

taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d)

taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.   Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika anki f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitant tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5.   Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.

6.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-UE, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza kurrenti tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Repubblika tal-Ginea.

7.   Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala mogħtija dment li ma ssir l-ebda oġġezzjoni bil-miktub minn wieħed, jew iżjed, mill-Membri tal-Kunsill, fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iżjed mill-membri tal-Kunsill jagħmlu oġġezzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

8.   F’każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta’ persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u għall-persuni kkonċernati minnha.

Artikolu 4

Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni, għandu jadotta emendi għal-lista li tidher fl-Anness skont l-iżviluppi politiċi fir-Repubblika tal-Ginea.

Artikolu 5

Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-UE għandha tinkoraġġixxi lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk imniżżla f’din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 6

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tapplika għal perijodu ta’ 12-il xahar. Għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux ġew milħuqa.

Artikolu 7

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 8

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 27 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


ANNESS

Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)

 

Isem (u psewdonomi rilevanti)

Informazzjoni għall-identifikazzjoni (professjoni/titolu, data u post tat-twelid ( d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità…)

1.

Kaptan Moussa Dadis CAMARA

President tas-CNDD

d.t.t.: 01/01/64 jew 29/12/68

Pass.: R0001318

2.

Ġenerali Mamadouba Toto CAMARA

Ministru tas-Sigurtà u l-Protezzjoni Ċivili u membru tas-CNDD

3.

Ġenerali Sékouba KONATÉ

Ministru tad-Difiża Nazzjonali u membru tas-CNDD

d.t.t.: 01/01/1964

Pass: R0003405

4.

Kurunell Mathurin BANGOURA

Ministru tat-Telekomunikazzjoni u tat-Teknoloġiji l-Ġodda tal-Informazzjoni u membru tas-CNDD

d.t.t.: 15/11/1962

Pass.: R0003491

5.

Logutenent Kurunell Aboubacar Sidiki (psewdonomu Idi Amin) CAMARA

Ministru Segretarju Permanenti tas-CNDD, imkeċċi mill-Armata fis-26/01/09

6.

Kmandant Oumar BALDÉ

Membru tas-CNDD

d.t.t.: 26/12/1964

Pass.: R0003076

7.

Kmandant Mamadi MARA

Membru tas-CNDD

8.

Kmanant Almamy CAMARA

Membru tas-CNDD

d.t.t.: 17/10/75

Pass.: R0023013

9.

Logutenent Kurunell Mamadou Bhoye DIALLO

Membru tas-CNDD

d.t.t.: 01/01/1956

Pass.: Service R0001855

10.

Kaptan Koulako BÉAVOGUI

Membru tas-CNDD

11.

Logutenent Kurunell Colonel Kandia MARA

Membru tas-CNDD

Pass.: R0178636

12.

Kurunell Sékou MARA

Viċi Direttur tal-Pulizija Nazzjonali, Membru tas-CNDD

13.

Morciré CAMARA

Membru tas-CNDD

d.t.t.: 01/01/1949

Pass.: R0003216

14.

Alpha Yaya DIALLO

Membru tas-CNDD

15.

Kmandant Mamadou Korka DIALLO

Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u l-SMEs u membru tas-CNDD

d.t.t.: 19/02/1962

16.

Kmandant Kelitigui FARO

Ministru Segretarju Ġenerali fil-Presidenza tar-Repubblika u membru tas-CNDD

d.t.t.: 03/08/1972

Pass.: R0003410

17.

Kurunell Fodeba TOURÉ

Ministru taż-Żgħażagħ u membru tas-CNDD,

imkeċċi mill-Armata fis-07/05/09,

d.t.t.: 07/06/1961

Pass.: R0003417 /R0002132

18.

Kmandant Cheick Tidiane CAMARA

Membru tas-CNDD

19.

Kurunell Sékou (psewdonomu Sékouba) SAKO

Membru tas-CNDD

20.

Logutenent Jean-Claude PIVI (psewdonomu COPLAN)

Ministru imkarigat mis-Sigurtà Presidenzjali u membru tas-CNDD

21.

Logutenent Saa Alphonse TOURÉ

Membru tas-CNDD

22.

Kmandant Moussa KEITA

Ministru Segretarju Permanenti tas-CNDD inkarigat bir-Relazzjonijiet mal-Istituzzjonijiet tar-Repubblika u membru tas-CNDD

23.

Logutenent Kurunell Aïdor (psewdonomu Aëdor) BAH

Membru tas-CNDD

24.

Kmandant Bamou LAMA

Membru tas-CNDD

25.

Is-Sur Mohamed Lamine KABA

Membru tas-CNDD

26.

Kaptan Daman (psewdonomu Dama) CONDÉ

Membru tas-CNDD

27.

Kmandant Aboubacar Amadou DOUMBOUYA

Membru tas-CNDD

28.

Kaptan Moussa Tiégboro CAMARA

Ministru fil-Presidenza nkarigat bis-servizzi speċjali tal-ġlieda kontra d-drogi u l-brigantaġġ serju u membru tas-CNDD

d.t.t.: 01/01/1968

Pass.: 7190

29.

Kaptan Issa CAMARA

Gvernatur ta' Mamou u membru tas-CNDD

30.

Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY

Ministru tas-Saġġa u tal-Iġjene Pubblika u membru tas-CNDD

d.t.t.: 26/02/1957

Pass.: 13683

31.

Mamady CONDÉ

Membru tas-CNDD (RP għan-NU)

d.t.t.: 28/11/52

Pass.: R0003212

32.

Sub-Logutenent Cheikh Ahmed TOURÉ

Membru tas-CNDD

33.

Kmandant Aboubacar Biro CONDÉ

Membru tas-CNDD

d.t.t.: 15/10/1962

Pass.: 2443

34.

Bouna KEITA

Membru tas-CNDD

35.

Idrissa CHERIF

Kabinett tal-President

d.t.t.: 13/11/1967

Pass.: R0105758

36.

Is-Sur Mamoudou CONDÉ

Segretarju tal-Istati, Chargé de Mission, għal kwistjonijiet strateġiċi u l-iżvilupp sostenibbli

d.t.t.: 09/12/1960

Pass.: R0020803

37.

Logutenent Aboubacar Chérif (psewdonimu Toumba) DIAKITÉ

Aide de Camp għall-President

38.

Ibrahima Khalil DIAWARA

Kunsillier Speċjali ta' “Toumba” Diakité

d.t.t.: 01/01/1976

Pass.: R0000968

39.

Sub-Logutenent Marcel KOIVOGUI

Assistent ta' Toumba Diakité

40.

Is-Sur Papa Koly KOUROUMA

Ministru tal-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli

d.t.t.: 03/11/1962

Pass.: R11914

41.

Nouhou THIAM

Kelliem tas-CNDD

42.

Kaptan tal-Pulizija Théodore KOUROUMA

Attaché de cabinet għall-Presidenza

d.t.t.: 13/05/1971

Pass.: Service R0001204