2.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/36


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/509/PESK

tal-25 ta' Ġunju 2009

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK dwar il-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK (1) dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea li tipprovdi konsulenza u assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) li ssosstitwixxiet il-missjoni stabbilita preċedentement mill-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK (2).

(2)

Fis-26 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/491/PESK (3) li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK sat-30 ta’ Ġunju 2009.

(3)

Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet Kongoliżi u partijiet oħra kkonċernati, tidher il-ħtieġa li l-missjoni tiġi estiża għal perijodu ulterjuri, u fit-12 ta’ Mejju 2009, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-missjoni tiġi estiża bi tliet xhur addizzjonali.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex tkun koperta n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009 għandu jkun ta’ EUR 8 450 000.”;

(2)

it-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha tapplika sat-30 ta’ Settembru 2009.”.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

L. MIKO


(1)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 52.

(2)  ĠU L 112, 3.5.2005, p. 20.

(3)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 42.