11.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/33


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/445/PESK

tad-9 ta’ Ġunju 2009

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1), EULEX KOSOVO

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (2). Dik l-Azzjoni Konġunta tapplika sal-14 ta’ Ġunju 2010.

(2)

L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK ipprevediet ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni sal-14 ta’ Ġunju 2009. L-ammont tar-referenza finanzjarja għandu jiżdied sabiex jkopri n-nefqa tal-Missjoni sal-14 ta’ Ġunju 2010.

(3)

L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 16(1), għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO għandu jkun ta’ EUR 265 000 000.”;

2.

L-Artikolu 20 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 20

Dħul fis-seħħ u perijodu ta’ validità

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hi għandha tiskadi fl-14 ta’ Ġunju 2010.”.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fill-Lussemburgu, 9 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. JANOTA


(1)  Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999).

(2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.