|
24.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 347/26 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Diċembru 2009
li temenda l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali - Il-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam tal-enerġija fil-kuntest tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku
(2009/1005/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punti 21, 22, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, u 23 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta emendati mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Fil-laqgħa tal-konċiljazzjoni tal-baġit tat-18 ta’ Novembru 2009, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar il-modalitajiet biex jingħata finanzjament addizzjonali, fil-qafas tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku, għal proġetti fil-qasam tal-enerġija u l-internet broadband, kif ukoll għal investimenti għat-tisħiħ tal-operazzjonijiet relatati mal-“isfidi ġodda” definiti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tar-riforma ta’ nofs iż-żmien tal-2003 tal-Politika Agrikola Komuni (“Il-Kontroll tas-Saħħa”) (2). Il-finanzjament jeħtieġ reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013 f’konformità mal-punti 21, 22 u 23 tal-Ftehima Interistituzzjonali, sabiex jiġi mgħolli l-limitu massimu għas-sena 2010 għall-approprjazzjonijiet għall-impenji fis-sottointestatura 1a b’ammont ta’ EUR 1 779 miljun fi prezzijiet attwali. |
|
(2) |
Iż-żieda tal-limitu massimu għas-sottointestatura 1a għas-sena 2010 se jkun hemm kumpens sħiħ għaliha billi jonqsu l-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet għall-impenji fl-intestaturi 1a, 1b, 2, 3a u 5 għas-sena 2009, kif ukoll il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet għall-impenji fl-intestaturi 1a, 2 u 5 għall-2010. |
|
(3) |
Sabiex tinżamm relazzjoni xierqa bejn l-impenji u l-ħlasijiet, il-limiti massimi annwali għall- approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet se jiġu aġġustati. L-aġġustament se jkun newtrali. |
|
(4) |
L-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba għandu għaldaqstant jiġi emendat (3), |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu Waħdani
L-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba huwa ssostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
H. LINDBLAD
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) COM(2008) 800, COM(2008) 859, COM(2009) 171, u ĠU L 132, 29.5.2009, p. 8.
(3) Għal dak il-għan, iċ-ċifri li jirriżultaw mill-ftehim imsemmi hawn fuq huma maqluba għal prezzijiet tal-2004.
ANNESS
QAFAS FINANZJARJU 2007-2013
|
(EUR million - constant 2004 prices) |
||||||||||
|
APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-IMPENJI |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
Total 2007-2013 |
||
|
50 865 |
53 262 |
55 879 |
56 435 |
55 400 |
56 866 |
58 256 |
386 963 |
||
|
8 404 |
9 595 |
12 018 |
12 580 |
11 306 |
12 122 |
12 914 |
78 939 |
||
|
42 461 |
43 667 |
43 861 |
43 855 |
44 094 |
44 744 |
45 342 |
308 024 |
||
|
51 962 |
54 685 |
51 023 |
53 238 |
52 528 |
51 901 |
51 284 |
366 621 |
||
|
li minnhom: infiq relatat mas-suq u ħlasijiet diretti |
43 120 |
42 697 |
42 279 |
41 864 |
41 453 |
41 047 |
40 645 |
293 105 |
||
|
1 199 |
1 258 |
1 375 |
1 503 |
1 645 |
1 797 |
1 988 |
10 765 |
||
|
600 |
690 |
785 |
910 |
1 050 |
1 200 |
1 390 |
6 625 |
||
|
599 |
568 |
590 |
593 |
595 |
597 |
598 |
4 140 |
||
|
6 199 |
6 469 |
6 739 |
7 009 |
7 339 |
7 679 |
8 029 |
49 463 |
||
|
6 633 |
6 818 |
6 816 |
6 999 |
7 255 |
7 400 |
7 610 |
49 531 |
||
|
419 |
191 |
190 |
|
|
|
|
800 |
||
|
TOTAL APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-IMPENJI |
117 277 |
122 683 |
122 022 |
125 184 |
124 167 |
125 643 |
127 167 |
864 143 |
||
|
bħala perċentwal tal-GNI |
1,08 % |
1,09 % |
1,06 % |
1,06 % |
1,03 % |
1,02 % |
1,01 % |
1,048 % |
||
|
TOTAL APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-ĦLASIJIET |
115 142 |
119 805 |
109 091 |
119 245 |
116 884 |
120 575 |
119 784 |
820 526 |
||
|
bħala perċentwal tal-GNI |
1,06 % |
1,06 % |
0,95 % |
1,01 % |
0,97 % |
0,98 % |
0,95 % |
1,00 % |
||
|
Marġni disponibbli |
0,18 % |
0,18 % |
0,29 % |
0,23 % |
0,27 % |
0,26 % |
0,29 % |
0,24 % |
||
|
Limitu Massimu tar-Riżorsi Proprjibħala perċentwal tal-GNI |
1,24 % |
1,24 % |
1,24 % |
1,24 % |
1,24 % |
1,24 % |
1,24 % |
1,24 % |
||
(1) In-nefqa fuq il-pensjonijiet inkluża taħt il-limitu massimu għal din l-intestatura hija kkalkulata net tal-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema rilevanti, fil-limitu ta' EUR 500 miljun fi prezzijiet tal-2004 għall-perjodu 2007-2013.