23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/58


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/1004/PESK

tat-22 ta' Diċembru 2009

li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

(2)

Fil-15 ta' Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2009/468/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2).

(3)

F'konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, hu meħtieġ li titwettaq reviżjoni kompleta tal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2009/468/PESK.

(4)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-reviżjoni li l-Kunsill wettaq fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(5)

B'segwitu tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Settembru 2009 fil-Każ T-341/07, persuna waħda ma ġietx inkluża fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tall-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(6)

Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li l-entrata rigward wieħed mill-gruppi fil-lista għandha tiġi emendata.

(7)

Il-Kunsill ikkonkluda li bl-eċċezzjoni tal-persuna msemmija fil-premessa (5), il-persuni, gruppi u entitajiet l-oħra li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK kienu involuti f'atti terroristiċi fit-tifsira tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

(8)

Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun aġġornata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun dik stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Pożizzjoni Komuni 2009/468/PESK hija b'hekk imħassra safejn tikkonċerna persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. CARLGREN


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 151, 16.6.2009, p. 45.


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

1.   PERSUNI

1.

ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-01.02.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al- Hijra”)

2.

ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala l-Abderrahmane Svizzeru) imwieled fis- 17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

3.

AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (Arabja Sawdita); ċittadin tal-Arabja Sawdita

4.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Arabja Sawdita); ċittadin ta' Arabja Sawdita

5.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Arabja Sawdita; ċittadin tal-Arabja Sawdita

6.

ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit-18.08.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

7.

ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.05.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

8.

ASLI, Rabah imwieled fit-13.05.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

9.

ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), il-Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu

10.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-08.03.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) (Membru tal-“Hofstadgroep”)

11.

DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-01.02.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

12.

DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-01.06.1970 fl- Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

13.

EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.08.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

14.

EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl-10.7.1965 jew il- 11.7.1965 f'El Dibabiya, (l-Arabja Sawdita); ċittadin tal-Arabja Sawdita

15.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.09.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’“al-Takfir” u “al-Hijra”)

16.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu

17.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

18.

MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

19.

NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

20.

RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.09.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

21.

SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.06.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

22.

SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.06.1974 f’Alġeri (l- Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

23.

SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.04.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’“al-Takfir” u “al-Hijra”)

24.

TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil- 21.04.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

25.

WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-06.03.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l- Olanda) NE8146378 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-Organizzazzjoni Abu Nidal (“ANO”), (magħrufa ukoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah”, il-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, “Settembru l- Iswed”, u l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”)

2.

“Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa”

3.

“Al-Aqsa e.V.”

4.

“Al-Takfir” u “Al-Hijra”

5.

“Aum Shinrikyo” (magħruf ukoll bħala “AUM”, magħruf ukoll bħala “Aum Verita Suprema,” magħruf ukoll bħala “Aleph”)

6.

“Babbar Khalsa”

7.

Il-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż “l-Armata l-Ġdida tal-Poplu” - “NPA”, il-Filippini

8.

“Gama'a al-Islamiyya” (“Grupp Islamiku”), (magħruf ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya” - “IG”) “İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi”“IBDA-C”(Il-Front Kbir Islamiku tal- Ġellieda tal-Lvant)

9.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” – “IBDA-C” (“Great Islamic Eastern Warriors Front”)

10.

“Hamas” (inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”)

11.

“Hizbul Mujahideen” (“HM”)

12.

“Hofstadgroep”

13.

Il-“Fondazzjoni ta' l-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp”

14.

Il-“Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh” (“ISYF”)

15.

“Kahane Chai” (“Kach”)

16.

Il-“Forza Khalisan Zindabad” (“KZF”)

17.

Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” (“PKK”), (magħruf ukoll bħala “KADEK”; magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”)

18.

“Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam” (“LTTE”)

19.

L-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali” (“Ejército de Liberación Nacional”)

20.

Il-“Front għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PLF”)

21.

Il-“Jihad Islamika Palestinjana” (“PIJ”)

22.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PFLP”)

23.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali”, (magħruf ukoll bħala “PFLP – Kmand Ġenerali”)

24.

“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia”“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja” (“FARC”)

25.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi”“L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu” (“DHKP/C”), (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), “Dev Sol”)

26.

It-“Triq li Tiddi” (SL) (“Sendero Luminoso”)

27.

“Stichting Al Aqsa” (magħruf ukoll bħala “Stichting Al Aqsa Nederland”, magħruf ukoll bħala “Al Aqsa Nederland”)

28.

“TAK” - “Teyrbazen Azadiya Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks”

29.

Il-“Forzi/Grupp Magħqud(a) għad-Difiża Leġittima tal-Kolombja” (“AUC”) (“Autodefensas Unidas de Colombia”)