22.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 341/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Novembru 2009
dwar id-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità
(notifikata bid-dokument C(2009) 8680)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/965/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li l-kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità, u b’mod partikolari, l-Artikolu 27(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (Nru ERA/REC/XA/01-2009) tas-17 ta’ April 2009,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2008/57/KE jirrikjedi lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea tabbozza dokument ta’ referenza li jagħmel referenza għar-regoli nazzjonali kollha applikati minn Stati Membri biex jibdew jintużaw il-vetturi. Dan id-dokument għandu jkun fih ir-regoli nazzjonali ta’ kull Stat Membru għal kull parametru mniżżel fl-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE u jispeċifika l-grupp imsemmi fl-Artikolu 2 ta’ dak l-Anness li għalih jgħoddu dawn ir-regoli. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu dawk notifikati taħt l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/57/KE, inklużi dawk notifikati wara l-adozzjoni ta’ TSIs (każijiet speċifiċi, punti miftuħa, derogi) u dawk notifikati taħt l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-ewwel verżjoni tad-dokument ta’ referenza għandha tiġi preżentata lill-Kummissjoni mhux iżjed tard mill-1 ta’ Jannar 2010. |
(2) |
Sabiex ikunu jistgħu jsiru t-tqabbil u r-referenza minn dokument għal ieħor, fir-rigward ta’ parametru partikolari, bejn ir-rekwiżiti li hemm fit-TSIs u dawk li hemm fir-regoli nazzjonali, il-lista ta’ parametri li għandha tiġi vverifikata b’rabta mal-bidu tal-użu ta’ vetturi li ma jikkonformawx mat-TSI, għandha min-naħa l-waħda, tippreserva l-kompatibilità ma’, u tibni fuq ftehim eżistenti bbażat fuq ir-regoli nazzjonali, u min-naħa l-oħra, tirrifletti t-TSIs. Għaldaqstant hu neċessarju li l-lista ta’ parametri jkollha livell ta’ dettall li hu sinifikament ogħla minn dak li hu preżentament rifless fl-Artikolu 1 tal-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE. Hu xieraq li tiġi adottata l-lista dettaljata stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni bħala l-bażi għad-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma bbażati fuq l-opinjoni tal-Kumitat stabbiliti skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE għandu jitfassal fuq il-bażi ta’ lista ta’ parametri stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Għandu jkun fih ukoll, għal kull Stat Membru, xi informazzjoni bażika dwar il-kwadru legali nazzjonali applikabbli għall-bidu tal-użu ta’ vetturi ferrovjarji.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri u lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, kif rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
(2) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.
ANNESS
Lista ta’ parametri li għandhom jintużaw għall-klassifikazzjoni ta’ regoli nazzjonali fid-Dokument ta’ Referenza msemmi fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2008/57/KE
Ref. |
Parametri |
Spjegi |
||||||||
1.0 |
Dokumentazzjoni ġenerali |
Dokumentazzjoni ġenerali (inklużi deskrizzjonijiet ta’ vetturi ġodda, rinnovati jew imtejba u informazzjoni dwar l-użu intiż, id-disinn, it-tiswija, it-tħaddim u l-manutenzjoni, fajl tekniku, eċċ.) |
||||||||
1.1 |
Dokumentazzjoni ġenerali |
Dokumentazzjoni ġenerali, deskrizzjoni teknika tal-vetturi, id-disinn tiegħu u l-użu intiż għat-tip ta’ traffiku (ferrovija ta’ distanza twila, vetturi sotto-urbani, servizzi tal-vjaġġaturi, eċċ.) inklużi l-veloċità intiża u l-veloċità tad-disinn massima, inklużi pjanijiet ġenerali, dijagrammi u dejta neċessarja għal reġistri, eż. tul tal-vettura, arranġament tal-fus, spazjar tal-fus, massa għal kull unità, eċċ.. |
||||||||
1.2 |
Struzzjonijiet u rekwiżiti tal-manutenzjoni |
|
||||||||
1.2.1 |
Struzzjonijiet tal-manutenzjoni |
Manwali u fuljetti ta’ manutenzjoni, inklużi rekwiżiti meħtieġa sabiex jinżamm il-livell tas-sikurezza disinn tal-vettura Kwalunkwe kwalifiċi professjonali jiġifieri ħiliet li huma meħtieġa għall-manutenzjoni tat-tagħmir |
||||||||
1.2.2 |
Il-fajl tal-ġustifikazzjoni tad-disinn tal-manutenzjoni |
|
||||||||
1.3 |
Struzzjonijiet u dokumentazzjoni għat-tħaddim |
|
||||||||
1.3.1 |
Struzzjonijiet għat-tħaddim tal-vetturi f’moduli normali u degradati |
|
||||||||
1.4 |
Testijiet tal-infrastruttura tal-art, tal-vettura kompluta |
|
||||||||
2.0 |
Struttura u partijiet mekkaniċi |
L-integrità mekkanika u l-interfaċċa bejn il-vetturi (inklużi respinġenti u tagħmir ta’ trazzjoni, passaġġi), is-saħħa tal-istruttura tal-vettura u tal-aċċessorji ta’ ġo fiha (eż. s-sits), il-kapaċità tat-tagħbija, is-sikurezza passiva (inkl. ir-reżistenza ta’ ġewwa u ta’ barra għall-ħabtiet). |
||||||||
2.1 |
Struttura tal-vettura |
|
||||||||
2.1.1 |
Saħħa u integrità |
Dan il-parametru jkopri eż. rekwiżiti tas-saħħa mekkanika tal-karrozzerija, il-qafas ta’ taħt, is-sistemi tas-sospensjoni, it-tagħmir tal-igganċjar, it-tagħmir li jiknes il-binarji u dak li jnaddafhom mis-silġ. Is-saħħa mekkanika ta’ oġġetti separati ta’ din il-lista bħal karru bir-roti b’tarf ta’ vagun/tagħmir tal-moviment, kaxxa tal-fus, fus, rota u pantografu għandhom jiġu definiti b’mod separat. |
||||||||
2.1.2 |
Kapaċità tat-tagħbija |
|
||||||||
2.1.2.1 |
Kundizzjonijiet tat-tagħbija u massa differenzjata |
|
||||||||
2.1.2.2 |
Tagħbija tal-fus u tagħbija tar-roti |
Għal roti/fusijiet individwali skont il-kundizzjonijiet tat-tagħbija tal-oġġett 2.1.2.1 |
||||||||
2.1.3 |
Teknoloġija tal-immuntar |
|
||||||||
2.1.4 |
Irfigħ u ġġakkjar |
|
||||||||
2.1.5 |
Twaħħil ta’ tagħmir mal-istruttura tal-karozzerija |
|
||||||||
2.1.7 |
Konnessjonijiet użati bejn partijiet differenti tal-vettura |
eż. konnessjoni/sospensjoni bejn il-karrozzerija u karru bir-roti f’tarf ta’ vagun |
||||||||
2.2 |
Interfaċċi mekkaniċi għal igganċjar tat-Tarf jew igganċjar ta’ Ġewwa |
|
||||||||
2.2.1 |
Igganċjar awtomatiku |
|
||||||||
2.2.2 |
Karatteristiċi tal-igganċjar tas-salvataġġ |
Għal rekwiżiti operattivi għas-salvataġġ tal-ferroviji ara wkoll 13.1 u 13.3 |
||||||||
2.2.3 |
Igganċjar bil-kamin |
|
||||||||
2.2.4 |
Respinġenti, igganċjar ta’ ġewwa u komponenti tat-tagħmir ta’ trazzjoni |
Inklużi disinn, funzjonalità u karatteristiċi eż. elastiċità tar-respinġenti |
||||||||
2.2.5 |
Immarkar tar-respinġenti |
|
||||||||
2.2.6 |
Ganċ tat-trazzjoni |
|
||||||||
2.2.7 |
Passaġġi |
|
||||||||
2.3 |
Sikurezza passiva |
Inklużi eż. difletturi tal-ostakoli, limitazzjoni tat-tnaqqis tal-veloċità, spazju tar-reżistenza, integrità strutturali taż-żoni okkupati, tnaqqis tar-riskju tad-deraljament u l-irkib żejjed, il-limitazzjoni tal-konsegwenzi li jintlaqat ostaklu fuq il-binarju, aċċessorji tal-intern għas-sikurezza passiva |
||||||||
3 |
Interazzjoni tal-binarji u daqsijiet (gauging) |
Interfaċċi mekkaniċi tal-infrastruttura (inklużi imġiba statika u dinamika, tolleranzi u ffittjar, daqs, tagħmir relatat mar-roti passivi, eċċ.) |
||||||||
3.1 |
Daqs tal-vettura |
Kompatibilità tal-profil tal-vettura mal-infrastruttura u ma’ vetturi oħra (daqs statiku u dinamiku) ibbażati fuq daqs statiku u dinamiku ta’ referenza |
||||||||
3.1.1 |
Każ speċifiku |
każ speċifiku (eż. vetturi li għandhom jinġarru fuq lanċa) |
||||||||
3.2 |
Dinamiċi tal-vettura |
Imġiba dinamika ta’ magni u vaguni ta’ ferrovija inklużi koniċità ekwivalenti, kriterju tal-instabilità, tmejjil, sikurezza kontra d-deraljamenti jew binarji mgħawġa, tagħbija tal-binarji, eċċ. |
||||||||
3.2.1 |
Sikurezza waqt il-moviment u dinamika |
Inkl. tolleranza tal-vettura għal distorzjoni tal-binarji, moviment fuq binarji milwija jew mgħawġa, moviment sigur fuq punti ta’ binarji u binarji traversati, eċċ. |
||||||||
3.2.2 |
Koniċità ekwivalenti, profil u limiti tar-roti |
|
||||||||
3.2.3 |
Parametri tal-kompatibilità tat-tagħbija tal-binarji |
eż. forza dinamika tar-rota, forza li s-sett tar-roti jagħmel fuq il-binarji (forza kważi statika tar-rota, forza laterali dinamika totali massima, forza gwida kważi statika) |
||||||||
3.2.4 |
Aċċellerazzoni vertikali |
eż. effetti dinamiċi trasmessi fuq gverti tal-pont, inklużi reżonanzi fil-pontijiet |
||||||||
3.3 |
Karri bir-roti fit-tarf ta’ vagun/tagħmir relatat mar-roti passivi |
|
||||||||
3.3.1 |
Karri bir-roti fit-tarf ta’ vagun |
|
||||||||
3.3.2 |
Sett tar-roti (Fus + roti) |
Inklużi settijiet tar-roti ta’ daqs varjabbli, l-istruttura tal-fus, eċċ. |
||||||||
3.3.3 |
Rota |
|
||||||||
3.3.4 |
Interfaċċa bejn ir-roti/binarju (inklużi lubrikazzjoni tal-flanġ tar-roti u trammil) |
Interfaċċa bejn ir-roti/binarji (inklużi lubrikazzjoni tal-flanġ tar-roti, ċaqliq ta’ fuq/interazzjonijiet tar-roti li permezz tagħhom jittiekel il-binarju u rekwiżiti tat-trammil derivanti mit-trazzjoni, ibbrejkar, ditezzjoni tal-ferrovija) |
||||||||
3.3.5 |
Berings tas-sett tar-roti |
|
||||||||
3.3.6 |
Raġġ tal-kurvatura minimu, li għandu jiġi negozjat |
Valuri u kundizzjonijiet (eż. kowċ igganċjat/mhux igganċjat) |
||||||||
3.3.7 |
Ilqugħ fuq il-binarji |
“protezzjoni ta’ roti minn ostakli fuq il-binarji” |
||||||||
3.4 |
Limitu ta’ aċċellerazzjoni massima lonġitudinali pożittiva u negattiva |
|
||||||||
4 |
Ibbrejkjar |
Oġġetti relatati mal-ibbrejkjar (inklużi protezzjoni miż-żlieq tar-roti, kontroll tal-ibbrejkjar u prestazzjoni tal-ibbrejkjar f’moduli tas-servizz, emerġenza u parkeġġ) |
||||||||
4.1 |
Rekwiżiti funzjonali għall-ibbrejkjar tal-ferrovija |
eż. awtomatiċità, kontinwità, ineżawribbiltà … |
||||||||
4.2 |
Rekwiżiti tas-sikurezza għall-ibbrejkjar tal-ferrovija |
|
||||||||
4.2.1 |
Illokkjar tat-trazzjoni/ibbrejkjar |
eż. inibizzjoni tat-trazzjoni |
||||||||
4.3 |
Sistema tal-brejkijiet Arkitettura rikonoxxuta u standards assoċjati |
Referenza għal soluzzjonijiet eżistenti eż. UIC |
||||||||
4.4 |
Kmand tal-ibbrejkjar |
Rekwiżit dwar kmand tal-ibbrejkjar għal kull tip ta’ brejk eż. numru u tip ta’ tagħmir, dewmien permess bejn il-kmand u l-azzjoni fuq il-brejk … |
||||||||
4.4.1 |
Kmand tal-ibbrejkjar f’każ ta’ emerġenza |
|
||||||||
4.4.2 |
Kmand tal-ibbrejkjar tas-servizz |
|
||||||||
4.4.3 |
Kmand tal-ibbrejkjar dirett |
|
||||||||
4.4.4 |
Kmand tal-ibbrejkjar dinamiku |
|
||||||||
4.4.5 |
Kmand tal-ibbrejkjar tal-parkeġġ |
|
||||||||
4.5 |
Prestazzjoni tal-ibbrejkjar |
|
||||||||
4.5.1 |
Ibbrejkjar f’każ ta’ emerġenza |
|
||||||||
4.5.2 |
Ibbrejkjar tas-servizz |
|
||||||||
4.5.3 |
Kalkoli relatati mal-kapaċità termali |
|
||||||||
4.5.4 |
Ibbrejkjar tal-parkeġġ |
|
||||||||
4.6 |
Ġestjoni tal-adeżjoni tal-ibbrejkjar |
|
||||||||
4.6.1 |
Limitu tal-profil tal-adeżjoni tal-binarji mar-roti |
|
||||||||
4.6.2 |
Sistema tal-protezzjoni miż-żlieq tar-roti |
|
||||||||
4.7 |
Ħolqien tal-forza tal-ibbrejkjar |
Rekwiżit fuq it-tagħmir li joħloq il-forza tal-ibbrejkjar, skont it-tip ta’ brejk |
||||||||
4.7.1 |
Brejk tal-frizzjoni |
Inklużi karatteristiċi materjali eż. għal blokok tal-brejk komposti |
||||||||
4.7.1.1 |
Blokok tal-brejk |
|
||||||||
4.7.1.2 |
Diski tal-brejk |
|
||||||||
4.7.1.3 |
Peds tal-brejkijiet |
|
||||||||
4.7.2 |
Brejk dinamiku konness mat-trazzjoni |
|
||||||||
4.7.3 |
Brejk manjetiku tal-binarju |
|
||||||||
4.7.4 |
Brejk Eddy Current tal-binarju |
|
||||||||
4.7.5 |
Brejk tal-ipparkjar |
|
||||||||
4.8 |
Stat tal-brejk u indikazzjoni tad-difett |
|
||||||||
4.9 |
Rekwiżiti tal-brejk għal skopijiet ta’ salvataġġ |
|
||||||||
5.0 |
Oġġetti relatati mal-passiġġieri |
Faċilitajiet tal-passiġġier u ambjent tal-passiġġier inklużi twieqi u bibien tal-passiġġier u rekwiżiti għal persuni b’mobilità mnaqqsa eċċ. |
||||||||
5.1 |
Aċċess |
Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi eż. għal nies b’mobilità mnaqqsa |
||||||||
5.1.1 |
Bibien esterni |
|
||||||||
5.1.2 |
Bibien interni |
|
||||||||
5.1.3 |
Clearways |
|
||||||||
5.1.4 |
Turġien u dwal |
|
||||||||
5.1.5 |
Bidliet fl-għoli tal-art |
|
||||||||
5.1.6 |
Poġġamani |
|
||||||||
5.1.7 |
Tagħmir ta’ għajnuna li jgħin lill-passiġġieri jitilgħu fuq il-ferrovija |
|
||||||||
5.2 |
Twieqi |
eż. karatteristiċi mekkaniċi ta’ twieqi u ħġieġ, rekwiżiti għall-emerġenzi għal karatteristiċi mekkaniċi tal-windskrins ara 9.1.3.1 |
||||||||
5.3 |
Tojlits |
Ara 6.2.1.1 għal emissjonijiet tat-tojlit |
||||||||
5.4 |
Informazzjoni dwar il-passiġġieri |
|
||||||||
5.4.1 |
Sistema ta’ komunikazzjoni pubblika |
|
||||||||
5.4.2 |
Sinjali u informazzjoni |
Inklużi struzzjonijiet tas-sikurezza għal passiġġieri u immarkar tal-emerġenza għall-passiġġieri |
||||||||
5.5 |
Sits u arranġamenti speċifiċi għal persuni b’mobilità mnaqqsa |
minbarra l-aċċess (kopert b’5.1) |
||||||||
5.6 |
Faċilitajiet speċifiċi relatati mal-passiġġieri |
|
||||||||
5.6.1 |
Sistemi ta’ lift |
Konformità ma’ regolament tal-KE jew nazzjonali, jekk ikun hemm |
||||||||
5.6.2 |
Sistemi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kkondizzjonata |
eż. kwalità tal-arja interna, rekwiżit fil-każ ta’ nar (skonnessjoni) |
||||||||
5.6.3 |
Oħrajn |
eż. unitajiet għad-distribuzzjoni ta’ xarbiet |
||||||||
6.0 |
Kundizzjonijiet ambjentali u effetti ajrudinamiċi |
Impatt tal-ambjent fuq il-vettura u impatt tal-vettura fuq l-ambjent (inklużi kundizzjonijiet ajrudinamiċi u kemm l-interfaċċa bejn il-vettura u l-parti tal-infrastruttura tal-art tas-sistema ferrovjarja u l-interfaċċa mal-ambjent estern) |
||||||||
6.1 |
Impatt tal-ambjent fuq il-vettura |
|
||||||||
6.1.1 |
Kundizzjonijiet ambjentali li jaffetwaw il-vettura |
|
||||||||
6.1.1.1 |
Altitudni |
|
||||||||
6.1.1.2 |
Temperatura |
|
||||||||
6.1.1.3 |
Umdità |
eż. miżuri ta’ kontra l-kondensazzjoni u miżuri ta’ kontra l-iffriżar |
||||||||
6.1.1.4 |
Xita |
|
||||||||
6.1.1.5 |
Borra, silġ u boċċi tas-silġ |
eż. tagħmir li jiknes il-binarji u tagħmir li jnaddafhom mis-silġ, ħiters mingħajr silġ, eċċ |
||||||||
6.1.1.6 |
Radjazzjoni solari |
|
||||||||
6.1.1.7 |
Materja kimika u materja f’forma ta’ partikuli |
Impatt fuq it-tagħmir tal-vettura u funzjonijiet minħabba kimiċi u oġġetti żgħar fl-arja (eż. saborra) |
||||||||
6.1.2 |
Effetti ajrudinamiċi fuq il-vettura |
Impatti ajrudinamiċi fuq it-tagħmir u l-funzjonijiet tal-vettura |
||||||||
6.1.2.1 |
Effetti tar-riħ fid-direzzjoni traversa għal dik tal-ivvjaġġar |
Impatt fuq it-tagħmir tal-vettura u funzjonijiet minħabba r-riħ fid-direzzjoni traversa għal dik tal-ivvjaġġar |
||||||||
6.1.2.2 |
Varjazzjoni massima tal-pressjoni fil-mini |
Impatt fuq it-tagħmir tal-vetturi u funzjonijiet minħabba bidliet ta’ malajr fil-pressjoni tal-ambjent |
||||||||
6.2 |
Impatt tal-vettura fuq l-ambjent |
|
||||||||
6.2.1 |
Emissjonijiet kimiċi u ta’ materja f’forma ta’ partikuli |
Limiti għal emissjonijiet kimiċi u ta’ materja f’forma ta’ partikuli mill-vettura |
||||||||
6.2.1.1 |
Emissjonijiet tat-tojlit |
Emissjonijiet tat-tojlit fl-ambjent ta’ barra |
||||||||
6.2.1.2 |
Emissjonijiet tal-gass tal-egżost |
Emissjonijiet tal-gass tal-egżost fl-ambjent ta’ barra |
||||||||
6.2.2 |
Limiti għal emissjonijiet tal-istorbju |
Limiti għal emissjonijiet tal-istorbju mill-vettura għall-ambjent ta’ barra |
||||||||
6.2.2.1 |
Impatt tal-istorbju minn barra |
Impatt tal-istorbju minn barra kkawżat mill-vettura fuq l-ambjent ta’ barra mis-sistema ferrovjarja |
||||||||
6.2.2.2 |
Impatt tal-istorbju x’ħin il-ferrovija tkun wieqfa |
Impatt tal-istorbju meta l-ferrovija tkun wieqfa kkawżat mill-vettura fuq l-ambjent ta’ barra mis-sistema ferrovjarja |
||||||||
6.2.2.3 |
Impatt tal-istorbju x’ħin il-ferrovija tistartja |
Impatt tal-istorbju x’ħin il-ferrovija tistartja kkawżat mill-vettura fuq l-ambjent ta’ barra mis-sistema ferrovjarja |
||||||||
6.2.2.4 |
Impatt tal-istorbju mal-moviment |
Impatt tal-istorbju mal-moviment tal-ferrovija kkawżat mill-vettura fuq l-ambjent ta’ barra mis-sistema ferrovjarja |
||||||||
6.2.3 |
Limiti tal-impatt tat-tagħbijiet ajrudinamiċi |
Limiti tal-impatt tat-tagħbijiet ajrudinamiċi kkawżat mill-vettura fuq partijiet oħra tas-sistema ferrovjarja u fuq l-ambjent |
||||||||
6.2.3.1 |
Skossi ta’ pressjoni mill-parti ta’ quddiem tal-ferrovija |
Effett ta’ skossi ta’ pressjoni kkawżati mill-parti ta’ quddiem tal-ferrovija mal-infrastruttura tal-art |
||||||||
6.2.3.2 |
Impatt ajrudinamiku fuq il-passiġġieri/materjali fuq il-pjattaforma |
Impatt ajrudinamiku fuq il-passiġġieri/materjali fuq il-pjattaforma inkluż metodi tal-valutazzjoni u kundizzjoniet tat-tagħbija operattivi |
||||||||
6.2.3.3 |
Impatt ajrudinamiku fuq il-ħaddiema tal-binarju |
Disturbanza ajrudinamika għal ħaddiema tal-binarju |
||||||||
6.2.3.4 |
Ġbir u rimi ta’ saborra fi proprjetà li tinsab fil-viċin |
|
||||||||
7.0 |
Twissija esterna, funzjonijiet tal-immarkar u rekwiżiti tal-integrità tas-softwer |
Twissijiet esterni, funzjonijiet tal-immarkar u integrità tas-softwer, eż. funzjonijiet relatati mas-sikurezza b’impatt fuq l-imġiba tal-ferrovija inklużi vaguni tal-ferrovija |
||||||||
7.1 |
Integrità tas-softwer imħaddma għal funzjonijiet relatati mas-sikurezza |
eż. Integrità ta’ softwer ta’ vagun tal-ferrovija |
||||||||
7.2 |
Identifikazzjoni viżiva u li tinstema’ tal-vettura u funzjonijiet tat-twissija |
|
||||||||
7.2.1 |
Immarkar tal-vettura |
|
||||||||
7.2.2 |
Dwal esterni |
|
||||||||
7.2.2.1 |
Dwal ta’ quddiem |
|
||||||||
7.2.2.2 |
Dwal tal-immarkar tal-pożizzjoni |
|
||||||||
7.2.2.3 |
Dwal ta’ wara |
|
||||||||
7.2.2.4 |
Kontrolli tad-dwal |
|
||||||||
7.2.3 |
Ħorn tat-twissija |
|
||||||||
7.2.3.1 |
Tonijiet tal-ħorn tat-twissija |
|
||||||||
7.2.3.2 |
Livelli ta’ pressjoni akustika tal-ħorn tat-twissija |
Barra l-kabina – Għal livell tal-ħsejjes interni, ara 9.2.1.2 |
||||||||
7.2.3.3 |
Ħornijiet ta’ twissija, protezzjoni |
|
||||||||
7.2.3.4 |
Ħorn ta’ twissija, kontroll |
|
||||||||
7.2.3.5 |
Verifika tal-livelli ta’ pressjoni akustika tal-ħorn tat-twissija |
|
||||||||
7.2.4 |
Brekits |
eż. rekwiżiti għal sinjali ta’ wara: dwal, bnadar, eċċ. |
||||||||
8.0 |
Sistemi ta’ provvista tal-enerġija u ta’ kontroll abbord |
Sistemi ta’ propulsjoni, ta’ provvist tal-enerġija u tal-kontroll abbord flimkien mal-interfaċċa tal-vettura għall-infrastruttura tal-provvista tal-enerġija flimkien mal-kompatibilità elettromanjetika (l-aspetti kollha) |
||||||||
8.1 |
Rekwiżiti għal prestazzjoni tat-trazzjoni |
|
||||||||
8.1.1 |
Aċċellerazzjoni residwa b’veloċità massima |
|
||||||||
8.1.2 |
Kapaċità tat-trazzjoni residwa f’modulu degradat |
|
||||||||
8.1.3 |
Limiti tar-rekwiżiti ta’ adeżjoni tar-roti/binarji tat-trazzjoni |
|
||||||||
8.2 |
Speċifikazzjoni funzjonali u teknika relatata mal-interfaċċa bejn il-vettura u s-sottosistema tal-elettriku |
|
||||||||
8.2.1 |
Speċifikazzjoni funzjonali u teknika relatata mal-provvista tal-elettriku |
|
||||||||
8.2.1.1 |
Provvista tal-elettriku |
|
||||||||
8.2.1.2 |
Impedenza bejn il-pantografu u r-roti |
|
||||||||
8.2.1.3 |
Vultaġġ u frekwenza ta’ provvista tal-elettriku tal-linja tal-kuntatt fl-għoli |
|
||||||||
8.2.1.4 |
Rkupru tal-enerġija |
|
||||||||
8.2.1.5 |
Qawwa Elettrika massima u kurrent massimu li huma permessibbli li jinġibdu minn linja tal-kuntatt fl-għoli |
Inkl. kurrent massimu meta wieqaf |
||||||||
8.2.1.6 |
Fattur tal-qawwa elettrika |
|
||||||||
8.2.1.7 |
Disturbanzi fis-sistema tal-enerġija |
|
||||||||
8.2.1.7.1 |
Karatteristiċi armoniċi u vultaġġ żejjed relatat fil-linja tal-kuntatt fl-għoli |
|
||||||||
8.2.1.7.2 |
Effetti tal-kontenut DC fil-provvista AC |
|
||||||||
8.2.1.8 |
Protezzjoni elettrika |
eż. għażla ta’ sistema tal-protezzjoni abbord u tal-protezzjoni tas-sottostazzjon |
||||||||
8.2.2 |
Parametri funzjonali u tad-disinn tal-pantografu |
|
||||||||
8.2.2.1 |
Disinn ġenerali tal-pantografu |
|
||||||||
8.2.2.2 |
Ġeometrija tal-parti ta’ fuq tal-pantografu |
|
||||||||
8.2.2.3 |
Forza statika tal-kuntatt tal-pantografu |
|
||||||||
8.2.2.4 |
Forza tal-kuntatt tal-pantografu (inklużi effetti tal-imġiba dinamika u effetti ajrudinamiċi) |
Inkl. il-kwalità tal-qbid ta’ kurrent |
||||||||
8.2.2.5 |
Firxa ta’ ħidma tal-pantografi |
|
||||||||
8.2.2.6 |
Kapaċità tal-kurrent |
|
||||||||
8.2.2.7 |
Arranġament tal-pantografi |
|
||||||||
8.2.2.8 |
Iżolament tal-pantografu mill-vettura |
|
||||||||
8.2.2.9 |
Tniżżil tal-pantografu |
|
||||||||
8.2.2.10 |
Ċirkolazzjoni minn taqsimiet ta’ separazzjoni ta’ phases |
|
||||||||
8.2.2.11 |
Ċirkolazzjoni minn taqsimiet ta’ separazzjoni ta’ sistemi |
|
||||||||
8.2.3 |
Parametri funzjonali u disinn tal-istrixxa tal-kuntatt |
|
||||||||
8.2.3.1 |
Ġeometrija tal-istrixxa tal-kuntatt |
|
||||||||
8.2.3.2 |
Materjal tal-istrixxa tal-kuntatt |
|
||||||||
8.2.3.3 |
Valutazzjoni tal-istrixxa tal-kuntatt. |
|
||||||||
8.2.3.4 |
Ditezzjoni ta’ ksur fl-istrixxa tal-kuntatt |
|
||||||||
8.2.3.5 |
Kapaċità ta’ trasport ta’ kurrent |
|
||||||||
8.3 |
Provvista tal-enerġija elettrika u sistema tat-trazzjoni |
|
||||||||
8.3.1 |
Kejl tal-konsum tal-enerġija |
|
||||||||
8.3.2 |
Konfigurazzjoni taċ-ċirkwit elettriku ewlieni |
|
||||||||
8.3.3 |
Komponenti ta’ vultaġġ għoli |
|
||||||||
8.3.4 |
Ertjar |
|
||||||||
8.4 |
Kompatibilità elettromanjetika |
Il-kompatibilità elettromanjetika bejn il-provvista tal-elettriku u s-sistema tal-kontroll abbord u:
|
||||||||
8.4.1 |
Kompatibilità elettromanjetika mal-provvista tal-elettriku u s-sistema tal-kontroll abbord |
Il-kompatibilità elettromanjetika bejn il-partijiet tal-provvista tal-elettriku u sistema tal-kontroll abbord |
||||||||
8.4.2 |
Kompatibilità elettromanjetika mas-sinjalar u n-netwerk tat-telekomunikazzjonijiet |
Il-kompatibilità elettromanjetika bejn il-provvista tal-elettriku u s-sistema tal-kontroll abbord u mas-sinjalar u n-netwerk tat-telekomunikazzjonijiet tal-infrastruttura tal-art |
||||||||
8.4.3 |
Kompatibilità elettromanjetika ma’ vetturi oħra u mal-infrastruttura tal-art tas-sistema ferrovjarja |
Il-kompatibilità elettromanjetika bejn il-provvista tal-elettriku u sistema tal-kontroll abbord u vetturi oħra u l-infrastruttura tal-art tas-sistema ferrovjarja minbarra n-netwerk tas-sinjalar u tat-telekomunikazzjonijiet |
||||||||
8.4.4 |
Kompatibilità elettromanjetika mal-ambjent |
Il-kompatibilità elettromanjetika bejn il-provvista tal-elettriku u sistema tal-kontroll abbord u l-ambjent ta’ barra mis-sistema ferrovjarja (inklużi nies fil-viċinanza, passiġġieri, xufiera/persunal) |
||||||||
8.5 |
Protezzjoni kontra perikli elettriċi |
|
||||||||
8.6 |
Rekwiżiti ta’ sistemi tad-diżil u sisteni oħra ta’ trazzjoni termali |
|
||||||||
8.7 |
Sistemi li jirrikjedu miżuri ta’ sorveljanza u protezzjoni speċjali |
|
||||||||
8.7.1 |
Tankijiet u sistemi tal-pajpijiet għal likwidi li jaqbdu |
Rekwiżiti speċjali għal tankijiet u sistemi tal-pajpijiet għal likwidi li jaqbdu (inklużi fjuwils) |
||||||||
8.7.2 |
Sistemi ta’ reċipjenti tal-pressjoni/tagħmir tal-pressjoni |
|
||||||||
8.7.3 |
Installazzjonijiet ta’ kaldarun tal-fwar |
|
||||||||
8.7.4 |
Sistemi tekniċi f’atmosferi potenzjalment splussivi |
Rekwiżiti speċjali għal sistemi tekniċi f’atmosferi potenzjalment splussivi (eż. gass likwidu, gass naturali u sistemi mħaddma bil-batterija, inkluża protezzjoni tat-tank tat-trasformatur) |
||||||||
8.7.5 |
Ditetturi tal-jonizzazzjoni |
|
||||||||
8.7.6 |
Sistemi tal-provvista u l-kontroll idrawliċi/pnewmatiċi |
Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi, eż. provvista tal-arja kumpressata, kapaċità, tip, firxa tat-temperatura, nixxiefa tal-arja (torrijiet), indikaturi tal-punt tan-nida, iżolament, karatteristiċi tad-dħul tal-arja, indikaturi tad-difetti, eċċ. |
||||||||
9.0 |
Faċilitajiet tal-persunal, interfaċċi u ambjent |
Il-faċilitajiet abbord, interfaċċi, kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent tal-persunal (inklużi kabini tax-xufiera u interfaċċi tax-xufier/magna) |
||||||||
9.1 |
Disinn tal-kabina tax-xufier |
|
||||||||
9.1.1 |
Disinn tal-kabina |
|
||||||||
9.1.1.1 |
Disinn intern |
eż. disponibbiltà tal-ispazju, arranġament tal-kabina u rekwiżiti ergonomiċi |
||||||||
9.1.1.2 |
Ergonomija tal-bank tax-xufier |
|
||||||||
9.1.1.3 |
Sit tax-xufier |
|
||||||||
9.1.1.4 |
Mezzi għall-iskambju ta’ dokumenti bejn ix-xufiera |
|
||||||||
9.1.1.5 |
Faċilitajiet oħra għall-kontroll tat-tħaddim tal-ferrovija |
|
||||||||
9.1.2 |
Aċċess għall-kabina tax-xufier |
|
||||||||
9.1.2.1 |
Aċċess, ħruġ u bibien |
|
||||||||
9.1.2.2 |
Ħarġiet tal-emerġenza mill-kabina tax-xufier |
|
||||||||
9.1.3 |
Windskrin fil-kabina tax-xufier |
|
||||||||
9.1.3.1 |
karatteristiċi mekkaniċi |
|
||||||||
9.1.3.2 |
karatteristiċi ottiċi |
|
||||||||
9.1.3.3 |
tagħmir |
eż. tneħħija tas-silġ, tneħħija tal-fwar, tagħmir tat-tindif esterni, eċċ. |
||||||||
9.1.3.4 |
viżibilità ta’ quddiem |
|
||||||||
9.2 |
Kundizzjonijiet tax-xogħol |
|
||||||||
9.2.1 |
Kundizzjonijiet ambjentali |
|
||||||||
9.2.1.1 |
Sistemi tat-tisħin, ventilazzjoni, u tal-arja kkondizzjonata fil-kabini tax-xufier |
|
||||||||
9.2.1.2 |
Storbju fil-kabini tax-xufier |
Inkluż livell tal-ħorn ta’ ġewwa l-kabina |
||||||||
9.2.1.3 |
Tidwil fil-kabini tax-xufier |
|
||||||||
9.2.2 |
Oħrajn |
|
||||||||
9.3 |
Interfaċċa tax-xufier/tal-magna |
Tagħmir fil-kabina tax-xufier għas-superviżjoni u l-kontroll tat-tħaddim sigur tal-ferrovija |
||||||||
9.3.1 |
Interfaċċa tax-xufier/tal-magna |
|
||||||||
9.3.1.1 |
indikazzjoni tal-veloċità |
reġistrazzjoni tal-veloċità koperta bil-punt 9.6 |
||||||||
9.3.1.2 |
unità tad-displej u skrins tax-xufier |
|
||||||||
9.3.1.3 |
Kontrolli u indikaturi |
|
||||||||
9.3.2 |
Superviżjoni tax-xufier |
Funzjoni tal-kontroll tal-attività tax-xufier eż. viġilanza |
||||||||
9.3.3 |
vista ta’ wara u tal-ġenb |
|
||||||||
9.4 |
Immarkar u tikkettjar fil-kabini tax-xufier |
Displej statika tal-informazzjoni bażika għax-xufier |
||||||||
9.5 |
Tagħmir u faċilitajiet oħra abbord għall-persunal |
|
||||||||
9.5.1 |
Faċilitajiet abbord għall-persunal |
|
||||||||
9.5.1.1 |
Aċċess tal-persunal għat-tagħmir tal-igganċjar/tal-ħall ta’ igganċjar |
|
||||||||
9.5.1.2 |
Tarġiet esterni u poġġamani għall-użu mill-persunal tal-ferrovija |
|
||||||||
9.5.1.3 |
Faċilitajiet tal-ħżin għall-użu mill-persunal |
|
||||||||
9.5.1.4 |
Faċilitajiet oħra |
|
||||||||
9.5.2 |
Bibien tal-aċċess għall-persunalu u l-merkanzija |
bibien mgħammra b’tagħmir tas-sikurezza biex ikun jista’ jinfetaħ biss minn persunal, inkluż dak inkariġat mill-forniment tal-ikel u x-xorb |
||||||||
9.5.3 |
Għodod abbord u tagħmir li jinġarr |
eż. tagħmir meħtieġ minn xufier jew persunal f’sitwazzjoni ta’ emerġenza |
||||||||
9.5.4 |
Sistemi tal-komunikazzjoni li tinstema’ |
eż. għal komunikazzjoni bejn
|
||||||||
9.6 |
Tagħmir tar-reġistrazzjoni |
għall-iskop tas-sorveljanza tal-imġiba tax-xufier u tal-ferrovija |
||||||||
9.8 |
Funzjoni tal-kontroll mill-bogħod |
|
||||||||
10 |
Sikurezza kontra n-nirien u evakwazzjoni |
|
||||||||
10.1 |
Sikurezza kontra n-nirien |
|
||||||||
10.1.1 |
Il-kunċett ta’ protezzjoni kontra n-nirien |
|
||||||||
10.1.1.1 |
Klassifikazzjoni tal-vetturi/Kategoriji ta’ nirien |
|
||||||||
10.1.2 |
Miżuri ta’ protezzjoni kontra n-nirien |
|
||||||||
10.1.2.1 |
Miżuri ta’ protezzjoni ġenerali għal vetturi |
|
||||||||
10.1.2.2 |
Miżuri ta’ protezzjoni kontra n-nirien għal tipi speċifiċi ta’ vetturi |
eż. rekwiżiti għal ferroviji tal-merkanzija jew ferroviji tal-passiġġieri dwar kapaċità tal-moviment, protezzjoni tax-xufiera, eċċ… |
||||||||
10.1.2.3 |
Protezzjoni tal-kabina tax-xufier |
|
||||||||
10.1.2.4 |
Ostakli kontra n-nirien |
|
||||||||
10.1.2.5 |
Karatteristiċi tal-materjali |
|
||||||||
10.1.2.6 |
Ditekters tan-nirien |
|
||||||||
10.1.2.7 |
Tagħmir għall-estinzjoni ta’ nirien |
|
||||||||
10.2 |
Emergenza |
|
||||||||
10.2.1 |
Ħruġ tal-emerġenza għall-passiġġieri |
|
||||||||
10.2.2 |
Informazzjoni, tagħmir u aċċess għal servizzi tas-salvataġġ |
|
||||||||
10.2.3 |
Allarm tal-passiġġieri |
|
||||||||
10.2.4 |
Tidwil f’każ ta’ emerġenza |
|
||||||||
10.3 |
Miżuri addizzjonali |
|
||||||||
11 |
Servicing |
Faċilitajiet u interfaċċi abbord għal servicing |
||||||||
11.1 |
Faċilitajiet tat-tindif tal-ferrovija |
|
||||||||
11.1.1 |
Faċilitajiet tat-tindif estern tal-ferrovija |
eż. tindif estern permezz ta’ impjant tal-ħasil |
||||||||
11.1.2 |
Tindif intern tal-ferrovija |
|
||||||||
11.2 |
Faċilitajiet tal-għoti tal-fjuwil mill-ġdid lill-ferrovija |
|
||||||||
11.2.1 |
Sistemi tar-rimi tal-ilma tal-iskart |
Inkluża interfaċċa għal sistema ta’ rimi tal-emissjonijiet tat-tojlit |
||||||||
11.2.2 |
Sistema tal-provvista tal-ilma |
Konformità ma’ regolamenti sanitarji |
||||||||
11.2.3 |
Faċilitajiet oħra tal-provvista |
eż. rekwiżiti speċjali għall-istabilizzazzjoni tal-ferroviji |
||||||||
11.2.4 |
Interfaċċa għal tagħmir tal-għoti tal-fjuwil mill-ġdid għal magni u vaguni tal-ferrovija mhux elettriċi |
eż. żennuni użati għal fjuwils tad-diżil u fjuwils oħra |
||||||||
12.0 |
Kmand u sinjalar tal-kontroll abbord |
It-tagħmir kollu neċessarju abbord li jiżgura sikurezza u għall-kmand u l-kontroll tal-movimenti tal-ferroviji awtorizzati għall-ivvjaġġar fuq in-netwerk u l-effetti tiegħu fuq l-infrastruttura tal-art tas-sistema ferrovjarja |
||||||||
12.1 |
Sistema tar-radju abbord |
|
||||||||
12.1.1 |
Sistema tar-radju NON GSM-R |
|
||||||||
12.1.2 |
Sistema tar-radju kompatibbli ma’ GSM-R |
|
||||||||
12.1.2.1 |
Messaġġi tat-test |
Rekwiżiti speċifiċi għal messaġġi tat-test (eż. f’każ ta’ emerġenza) |
||||||||
12.1.2.2 |
Trasmissjoni ‘l quddiem tas-sejħiet |
Rekwiżiti u kundizzjonijiet li jirregolaw it-trasmissjoni ‘l quddiem tas-sejħiet |
||||||||
12.1.2.3 |
Sejħiet permezz tar-radju |
Rekwiżiti u kundizzjonijiet li jirregolaw is-sejħiet permezz tar-radju |
||||||||
12.1.2.4 |
Rekwiżiti relatati mar-radju tal-kabina |
jiġifieri rekwiżiti oħra mandatorji relatati mar-radju tal-kabina li m’humiex mandatorji mit-TSI |
||||||||
12.1.2.5 |
Għażla tan-netwerk b’attivazzjoni esterna |
|
||||||||
12.1.2.6 |
Funzjonijiet ġenerali relatati mar-radju |
jiġifieri funzjonijiet ġenerali oħra nazzjonali mandatorji li huma relatati mar-radju u li m’humiex mandatorji mit-TSI |
||||||||
12.1.2.7 |
Funzjonalità tal-MMI tal-kontrollur primarju |
Rekwiżiti oħra mibgħuta lejn il-mobbli tal-kabina li ġejjin mill-funzjonalità tal-MMI tal-kontrollur |
||||||||
12.1.2.8 |
Użu ta’ oġġetti li jinġarru fl-idejn bħal radju mobbli tal-kabina |
Bħala radju primarju jew ta’ riserva |
||||||||
12.1.2.9 |
Kapaċità ta’ GSMR abbord |
eż. rekwiżit għal kapaċità tal-iswiċċjar tal-pakketti |
||||||||
12.1.2.10 |
Interfaċċa GSM-R-ETCS |
eż. sinkronizzazzjoni tal-ID tal-ferrovija |
||||||||
12.1.2.11 |
Interkonessjoni u roaming bejn netwerks GSM-R |
applikabbli sal-ħruġ mill-ġdid tal-mira Eirene matul l-2010 |
||||||||
12.1.2.12 |
Qsim ta’ fruntieri |
applikabbli sal-ħruġ mill-ġdid tal-mira Eirene matul l-2010 |
||||||||
12.1.2.13 |
GPRS u ASCI |
Koperti b’talba għall-bidla; l-ebda bidla fir-regoli nazzjonali m’hi mistennija. |
||||||||
12.1.2.14 |
Interfaċċa bejn it-tagħmir tas-sikurezza tax-xufier, it-tagħmir ta’ ta’ viġilanza, u l-immuntar abbord GSM-E tal-magni u l-vaguni tal-ferrovija |
applikabbli sal-ħruġ mill-ġdid tal-mira Eirene matul l-2010 |
||||||||
12.1.2.15 |
Speċifikazzjoni tat-test għal tagħmir mobbli tal-GSM-R |
li għandha tingħalaq b’żidiet mal-ispeċifikazzjonijiet Eirene |
||||||||
12.1.2.16 |
Għażla tan-neterk dirett/awtomatiku |
|
||||||||
12.1.2.17 |
Reġistrazzjoni u dereġistrazzjoni |
|
||||||||
12.1.2.18 |
Ġestjoni tal-Verżjoni GSM-R |
Ma għadux punt pendenti – kopert mill-Proċedura tal-Aġenzija –għandu jitneħħa minn punti pendenti fit-TSI. L-ebda regoli nazzjonali m’huma mistennija |
||||||||
12.2 |
Sinjalar abbord |
|
||||||||
12.2.1 |
Sistemi tas-sinjalar nazzjonali abbord |
Sistemi tal-kontroll u tat-twissija inkluż eż. “funzjoni tal-ibbrejkjar taż-żona f’każ ta’ emerġenza” u rekwiżiti nazzjonali oħra għall-protezzjoni tal-ferrovija |
||||||||
12.2.2 |
Kompatibilità ta’ sistema tas-sinjalar mal-bqija tal-ferrovija |
Kompatibilitàta’ tagħmir tas-sinjalar ma’ sistemi oħra abbord ferrovija eż. brejkijiet, forza tat-trazzjoni, eċċ. |
||||||||
12.2.3 |
Kompatibilità ta’ magni u vaguni tal-ferrovija mal-infrastruttura tal-binarji |
Kompatibilitàeż. ma’ sistemi tad-ditezzjoni tal-infrastruttura tal-art jew ditekters tal-kaxxa tal-Fus Sħun, għall-kompatibilità elettromanjetika ara 8.4.2 |
||||||||
12.2.3.1 |
Relazzjoni bejn id-distanza tal-fus u d-dijametru tar-roti |
|
||||||||
12.2.3.2 |
Spazju mingħajr metall madwar ir-roti |
|
||||||||
12.2.3.3 |
Massa tal-metall ta’ vettura |
|
||||||||
12.2.4 |
Sistema tas-sinjalar tal-kabina ETCS |
|
||||||||
12.2.4.1 |
Awakening |
għandha tiġi riżolta fil-Linja Bażi 3 |
||||||||
12.2.4.2 |
Kategoriji ta’ ferroviji |
għandha tiġi riżolta fil-Linja Bażi 3 |
||||||||
12.2.4.3 |
Rekwiżiti tal-prestazzjoni għal tagħmir GSM-R abbord relatati mal-kwalità tas-servizz |
Kwalità tas-servizz ta’ GSM-R meħtieġa għal ETCS |
||||||||
12.2.4.4 |
Użu ta’ moduli ETCS |
Rekwiżiti għall-użu tal-moduli ETCS li jaffetwaw l-awtorizzazzjoni tal-vetturi, differenti minn dawk fit-TSIs |
||||||||
12.2.4.5 |
Rekwiżiti ETCS meta l-vettura tkun misjuqa minn barra l-kabina |
Rekwiżiti differenti minn jew li jikkunflittaw mat-TSIs fir-rigward tas-sewqan barra l-kabina eż. kontroll tar-radju mill-persunal ta’ fuq l-art meta tkun qed tiċċaqlaq il-ferrovija |
||||||||
12.2.4.6 |
Funzjonalità tal-intersezzjoni fuq l-istess livell |
għandha tiġi riżolta fil-Linja Bażi 3 |
||||||||
12.2.4.7 |
Marġini tas-sikurezza tal-ibbrejkjar |
għandhom jiġu riżolti fil-Linja Bażi 3 |
||||||||
12.2.4.8 |
Rekwiżiti tal-Affidabbiltà - Disponibbiltà – Sikurezza |
għandhom jiġu riżolti bir-reviżjoni TSI |
||||||||
12.2.4.9 |
Bords indikaturi |
Rekwiżiti mibgħuta lill-vettura sabiex tiżgura l-viżibiltà tal-bords (eż. separazzjoni tar-raġġ tad-dawl, viżibilità mill-kabina) solvuti parzjalment f’2.3.0d u għandhom jiġu riżolti fil-Linja Bażi 3 |
||||||||
12.2.4.10 |
Aspetti ergonomiċi tad-DMI (l-interfaċċa xufier/magna) |
għandhom jiġu riżolti fil-Linja Bażi 3 |
||||||||
12.2.4.11 |
Valuri ETCS ta’ elementi varjabbli kontrollati barra l-UNISIG — Manwali |
għandhom jiġu riżolti fil-Linja Bażi 3 |
||||||||
12.2.4.12 |
Rekwiżiti tal-Konformità KM |
għandhom jiġu riżolti fil-Linja Bażi 3 |
||||||||
12.2.4.13 |
Rekwiżiti għal iffittjar minn qabel ta’ tagħmir ETCS abbord |
Ma għadux punt pendenti – kopert bil-Kapitolu 7 maqbul mill-RISC ta’ Marzu 2009 – se jitneħħa mill-verżjoni li jmiss tat-TSI. M’huma mistennija l-ebda regoli nazzjonali. |
||||||||
12.2.4.14 |
Ġestjoni tal-Verżjoni tal-ETCS |
Ma għadux punt pendenti – koperta bil-Proċedura tal-Aġenzija – ugħandu jitneħħa mill-punti pemdenti fit-TSI. M’huma mistennija l-ebda regoli nazzjonali. |
||||||||
12.2.4.15 |
Speċifikazzjoni ta’ elementi varjabbli tal-ETCS |
li għandhom jiġu riżolti fil-Linja Bażi 3 |
||||||||
12.2.4.16 |
Interfaċċa RBC – RBC |
se jkun kopert fil-punt 2.3.0d, u l-ispeċifikazzjoni tat-test għandha tiġi rrakkomandata mir-RISC f’Ġunju 2009 |
||||||||
12.2.4.17 |
Rekwiżiti oħra fuq lokomotivi u unitajiet multipliċi |
|
||||||||
12.2.4.18 |
Funzjonalità u interfaċċi ta’ sistemi tal-protezzjoni tal-persunal għas-sistema tas-sinjalar |
għandhom jiġu riżolti fil-Linja Bażi 3 |
||||||||
12.2.4.19 |
Interfaċċa bi brejk tas-servizz |
għandhom jiġu riżolti mir-reviżjoni TSI CCS |
||||||||
13 |
Rekwiżiti operattivi speċifiċi |
Rekwiżiti speċifiċi fuq vetturi għal operazzjonijiet (inklużi modulu degradat, rkupru tal-vetturi, eċċ) |
||||||||
13.1 |
Oġġetti speċifiċi abbord |
|
||||||||
13.2 |
Saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol |
|
||||||||
13.3 |
Dijagramma tal-irfigħ u struzzjonijiet għas-salvataġġ |
Salvataġġ, irfigħ u rerailing |
||||||||
14 |
Oġġetti relatati mal-merkanzija |
Rekwiżiti u ambjent speċifiċi għall-merkanzija (inklużi faċilitajiet meħtieġa speċifikament għal oġġetti perikolużi) |
||||||||
14.1 |
Restrizzjonijiet tad-disinn, l-operazzjoni u l-manutenzjoni għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi |
eż. rekwiżiti li ġejjin minn RID, regoli nazzjonali jew regolamenti oħra għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi |
||||||||
14.2 |
Faċilitajiet speċifiċi għat-trasport tal-merkanzija |
|
||||||||
14.3 |
Bibien u faċilitajiet tat-tagħbija |
|