|
16.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/82 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Diċembru 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2004/407/KE dwar l-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet tal-ġelatina fotografika fir-Repubblika Ċeka
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9899)
(It-testi biċ-Ċek, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)
(2009/960/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) u Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprojbixxi l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti sekondarji u pproċessati tal-annimali fl-Unjoni sakemm ma jkunux ġew awtorizzati skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/407/KE tas-26 ta’ April 2004 dwar regoli tranżitorji rigward is-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill l-dwar importazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi ta’ ġelatina fotografika (2) tipprevedi, li l-Belġju, il-Lussemburgu, l-Olanda u r-Renju Unit għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerta ġelatina maħsuba b’mod esklużiv għall-industrija fotografika (ġelatina fotografika), b’konformità ma’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2004/407/KE tipprevedi li tiġi awtorizzata biss l-importazzjoni tal-ġelatina fotografika mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni, jiġifieri l-Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerika. Skont din id-Deċiżjoni, il-kunsinni importati għandhom jiġu trasportati sal-impjant destinatarju f’kundizzjonijiet stretti ta’ passaġġ, sabiex jiġu evitati riskji potenzjali għas-saħħla pubblika u dik tal-annimali. |
|
(4) |
Ir-Repubblika Ċeka ressqet talba għall-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-ġelatina fotografika minn dawk il-pajjiżi terzi lejn stabbiliment fit-territorju tagħha. Ir-Repubblika Ċeka kkonfermat li l-kundizzjonijiet stretti ta’ passaġġ skont id-Deċiżjoni 2004/407/KE se jiġi applikati sabiex jiġu evitati r-riskji potenzjali għas-saħħa. |
|
(5) |
Skont dan, u bi stennija għar-reviżjoni tar-rekwiżiti tekniċi għall-importazzjoni tal-prodotti sekondarji mill-annimali skont ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-Annimali, (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ir-Repubblika Ċeka tista’ titħalla tawtorizza l-importazzjoni tal-ġelatina fotografika suġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2004/407/KE. Madankollu, minħabba raġunijiet ġeografiċi, dawn l-importazzjonijiet jafu jgħaddu mill-Ġermanja. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 2004/407/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2004/407/KE hija emendata kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Deroga li tikkonċerna l-importazzjoni tal-ġelatina fotografika B’deroga mill-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Lussemburgu, l-Olanda u r-Renju Unit għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ġelatina prodotta minn materjali li fihom il-kolonna vertebrali bovina kklassifikata bħala materjal tal-Kategorija 1 skont dak ir-Regolament, maħsuba esklużivament għall-industrija fotografika (ġelatina fotografika), b’konformità ma’ din id-Deċiżjoni.” |
|
2. |
L-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarji Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.” |
|
3. |
L-Annessi I u III huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.
ANNESS
L-Annessi I u III qed jiġu emendati kif ġej:
|
1. |
L-Anness I jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS I Il-Pajjiżi terzi u l-impjanti tal-oriġini, l-Istati membri destinatarji, l-istazzjonijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-ewwel dħul fl-unjoni u l-fabbriki fotografiċi approvati
|
|
(2) |
L-Anness III għandu jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS III MUDELLI TAĊ-ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA GĦALL-IMPORTAZZJONI MINN PAJJIŻI TERZI TA’ ĠELATINA TEKNIKA GĦALL-UŻU MILL-INDUSTRIJA FOTOGRAFIKA Noti
|