|
16.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/80 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Diċembru 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2007/230/KE dwar formola li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni soċjali marbuta mal-attivitajiet tat-trasport bit-triq
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9895)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/959/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 13 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Is-sors primarju tal-informazzjoni fil-kontrolli tat-triq huwa r-reġistrazzjonijiet li jsiru fit-takografu. In-nuqqas ta’ reġistrazzjonijiet għandu jkun ġustifikat biss fejn ir-reġistrazzjonijiet tat-takografu, inkluż dawk imdaħħlin manwalment, ma kenux possibbli għal raġunijiet oġġettivi. F’dawn il-każijiet għandha tiġi stabbilita ċ-ċertifikazzjoni li tikkonferma dawn ir-raġunijiet. |
|
(2) |
Il-formola taċ-ċertifikazzjoni pprovduta fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/230/KE (2) ma kenitx suffiċjenti biex tkopri l-każijiet kollha fejn huwa teknikament impossibbli li jkun hemm reġistrazzjoni tal-attivitajiet ta’ sewwieq fuq it-tagħmir tar-reġistrazzjoni. |
|
(3) |
Sabiex tittejjeb l-effiċjenza u l-effettività tal-kontrolli mill-Istati Membri, tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (3), il-formola għandha tiġi modifikata billi jiddaħħlu elementi addizzjonali ma’ dawk indikati fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2006/22/KE. |
|
(4) |
Il-formola taċ-ċertifikazzjoni għandha tintuża biss jekk ir-reġistrazzjonijiet tat-takografiċi, għal raġunijiet tekniċi oġġettivi, mhumiex kapaċi juru li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 ġew rispettati. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (4), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/230/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.
(2) ĠU L 99, 14.4.2007, p. 14.