|
15.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/76 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Diċembru 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9909)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/952/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew reġjuni tagħhom kif stipulat fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE jistabbilixxi li l-ebda kunsinji ta’ laħam frisk tal-majjal minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam għandhom jintbagħtu lil Stati Membri oħrajn mill-Istati Membri kkonċernati minn dawk iż-żoni. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2009. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-marda f’ċerti żoni tal-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, l-Ungerija u s-Slovakkja, hu xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011. |
|
(4) |
Sabiex jiġi evitat it-tixrid tad-deni klassiku tal-ħnieżer mir-Rumanija għal Stati Membri oħra, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/779KE tal-14 ta’ Novembru 2006 dwar miżuri tranżitorji għall-kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer fir-Rumanija (4). Dik id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2009. |
|
(5) |
Ir-Rumanija pprovdiet informazzjoni lill-Kummissjoni, li juri li s-sitwazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’dak l-Istat Membru marret għall-aħjar b’mod sinifikanti. Madankollu, fid-dawl tad-dejta disponibbli, miżuri addizzjonali għall-kontroll tas-saħħa tal-annimali għandhom ikomplu japplikaw fir-Rumanija fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer. Għaldaqstant hu xieraq li r-Rumanija tiġi inkluża fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE. L-inklużjoni tar-Rumanija fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha tiġi riveduta fid-dawl tar-riżultati ta’ spezzjoni tal-Unjoni li għandha titwettaq fir-Rumanija fl-ewwel semestru tal-2010. |
|
(6) |
Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-laħam frisk tal-majjal u tal-preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu f’laħam frisk jew li fihom dan il-laħam li jidħlu f’żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE minn żoni li mhumiex elenkati f’dik il-Parti, l-istabbilimenti li qegħdin jipproduċu, jaħżnu u jipproċessaw tali komoditajiet għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti u nnotifikati lill-Kummissjoni. B’żieda ma’ dan, il-produzzjoni, ħażna u l-ipproċessar ta’ laħam u prodotti jew preparazzjonijiet tal-laħam bħal dawn għandhom jitwettqu separatament minn dawk ta’ prodotti oħra li jikkonsistu f’laħam jew li fihom laħam minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-laħam frisk tal-majjal u tal-preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu f’laħam frisk li jidħlu fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE minn żoni li mhumiex elenkati f’dik il-Parti, il-laħam u l-prodotti u l-preparazzjonijiet tal-laħam għandhom ikunu mmarkati kif xieraq. Għaldaqstant, il-laħam frisk tal-majjal għandu jkun immarkat bil-marka sanitarja stipulata fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (5). Il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam li fihom laħam tal-majjal bħal dan għandhom ikunu mmarkati bil-marka ta’ identifikazzjoni stipulata fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (6). |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2008/855/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 8a li ġej qed jiġi miżjud: “Artikolu 8a Id-dispaċċ tal-laħam frisk tal-majjal u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam li ġejjin minn żoni barra ż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness lil Stati Membri oħrajn 1. L-Istati Membri kkonċernati minn żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ għal Stati Membri oħrajn tal-laħam frisk tal-majjal li ġej minn ħnieżer ta’ stabbilimenti li jinsabu barra miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam, jekk il-laħam, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam huma prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti:
2. Il-laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun immarkat kif stipulat fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004. Il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mmarkati kif stipulat fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.” |
|
(2) |
Fl-Artikolu 15, id-data “31 ta’ Diċembru 2009” qed tinbidel bil-“31 ta’ Diċembru 2011”. |
|
(3) |
Fil-Parti III tal-Anness, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja: “ Ir-Rumanija It-territorju kollu tar-Rumanija.” |
Artikolu 2
Il-punt 3 tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.
(4) ĠU L 314, 15.11.2006, p. 48.