10.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/38 |
Rettifika għad-Deċiżjoni 2009/937/UE tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 325, tal-11 ta’ Diċembru 2009 )
F’paġna 46, fl-Anness, “Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill”, fl-Artikolu 19(2); f’paġna 47, fl-Anness, “Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill”, darbtejn fl-Artikolu 19(6), it-tieni subparagrafu; u f’paġna 48, fl-Anness, “Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill”, fil-punt (j) fin-nota (2) ta' qiegħ il-paġna:
minflok:
“… eżaminazzjoni …”,
aqra:
“… eżami …”.
F’paġna 49, fl-Anness, “Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill”, il-punt (l) fin-nota (1) ta' qiegħ il-paġna
minflok:
“l) |
Fir-rigward tal-Artikolu 22: ‘Il-membri tal-Kunsill għandhom jikkumentaw dwar proposti għal kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġislattivi fi żmien tletin jum ta’ xogħol miċ-ċirkolazzjoni ta' tali proposti mis-Segretarjat Ġenerali.’”, |
aqra:
“l) |
Fir-rigward tal-Artikolu 22: ‘Il-membri tal-Kunsill għandhom jikkumentaw dwar proposti għal kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġislattivi fi żmien tletin jum ta’ xogħol miċ-ċirkolazzjoni ta' tali proposti mis-Segretarjat Ġenerali. Il-membri tal-Kunsill għandhom jiżguraw li dawk id-dispożizzjonijiet ta' proposta għall-formulazzjoni mill-ġdid ta' testi leġislattivi li jkunu ttieħdu mill-att preċedenti mingħajr emenda sostantiva jkunu eżaminati skont il-prinċipji stabbiliti għall-eżami ta' proposti ta' kodifikazzjoni.’”. |