|
11.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/933/PESK
tat-30 ta’ Novembru 2009
dwar l-estensjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-ambitu territorjali tal-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 24 u 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/516/KE tas-6 ta’ Ġunju 2003 li tirrigwarda l-firma ta’ numru ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-estradizzjoni u l-għajnuna legali reċiproka f’materji kriminali,
Billi:
|
(1) |
B’segwitu tal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill lill-Presidenza fis-26 ta’ April 2002, bl-assistenza tal-Kummissjoni, biex tidħol f’negozjati mal-Istati Uniti tal-Amerika, ġew negozjati mal-Istati Uniti tal-Amerika żewġ Ftehimiet dwar il-koperazzjoni internazzjonali f’materji kriminali, wieħed dwar l-estradizzjoni u wieħed dwar l-assistenza legali reċiproka. |
|
(2) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/516/KE tas-6 ta’ Ġunju 2003 (1), il-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (2) u l-Ftehim dwar l-għajnuna legali reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (3) ġew iffirmati f’isem l-Unjoni Ewropea fil-25 ta’ Ġunju 2003. |
|
(3) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/820/PESK tat-23 ta’ Ottubru 2009 (4), il-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Ftehim dwar l-għajnuna legali reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika ġew konklużi. Skont din id-deċiżjoni, fit-28 ta’ Ottubru 2009, il-Presidenza tal-Kunsill, skambjat l-istrumenti ta’ approvazzjoni mal-Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti, f’Washington DC. |
|
(4) |
Iż-żewġ ftehimiet ser jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2010. |
|
(5) |
L-Olanda għarrfet lill-Presidenza li hija tixtieq testendi l-ambitu territorjali tal-Ftehim dwar l-estradizzjoni, f’konformità mal-Artikolu 20(1)(b) tiegħu, għall-Antilles tal-Olanda u Aruba. Tali estensjoni seħħet permezz tal-iskambju ta’ nota diplomatika mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill mal-Missjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika għall-Unjoni Ewropea fid-9 ta’ Ġunju 2009, rikonoxxuta fin-nota diplomatika tal-Missjoni tal-Istati Uniti għall-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Ġunju 2009. |
|
(6) |
Fid-dawl tad-dħul fis-seħħ imminenti tal-Ftehim ta’ Estradizzjoni UE-US, din l-estensjoni tal- ambitu territorjali għandha tiġi approvata mill-Kunsill, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Skont l-Artikolu 20(1)(b) tal-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika, l-estensjoni tal-ambitu territorjali ta’ dak il-Ftehim għall-Antilles tal-Olanda u l-Aruba hija b’dan approvata f’isem l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
B. ASK
(1) ĠU L 181, 19.7.2003, p. 25.
(2) ĠU L 181, 19.7.2003, p. 27.