11.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

li taħtar membru Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2009/932/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fit-24 ta’ Jannar 2006 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Piero MARRAZZO, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

Is-Sur Massimo PINESCHI, Consigliere regionale, Regione Lazio

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.