|
11.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/1 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Novembru 2009
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
(2009/931/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), b’mod partikulari il-punt 28 tagħha,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) kien stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li sfaw redundant li jsofru mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali maġġuri li jseħħu fir-ritmi tal-kummerċ u biex jgħinhom fl-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
L-għan tal-EGF twessa għall-applikazzjonijiet ippreżentati mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika. |
|
(3) |
Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF fil-livell massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. |
|
(4) |
Il-Belġju ressaq żewġ applikazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta’ redundancies fis-settur tat-tessuti, fil-5 ta’ Mejju 2009. Dawn l-applikazzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta’ EUR 9 198 874. |
|
(5) |
L-Irlanda ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta’ redundancies fis-settur tal-industrija tal-manifattura tal-kompjuters, fid-29 ta’ Ġunju 2009. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti biex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stipulat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża ammont ta’ EUR 14 831 050. |
|
(6) |
L-EGF għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa mill-Belġju u l-Irlanda, |
JIDDEĊIEDU:
Artikolu 1
Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jkun mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 24 029 924 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Novembru 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
Å. TORSTENSSON