1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/75


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Novembru 2009

li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2009 u li temenda d-Deċiżjoni 2008/897/KE fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lil ċerti Stati Membri għal programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni u mid-Deċiżjoni 2009/560/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9193)

(2009/858/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 27 (5) u (6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal programmi għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/897/KE tat-28 ta’ Novembru 2008 li tapprova programmi annwali u pluriannwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2009 u s-snin ta’ wara (2) tapprova ċerti programmi nazzjonali u tistabbilixxi r-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/560/KE tat-22 ta’ Lulju 2009 li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2009 u li temenda d-Deċiżjoni 2008/897/KE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lil ċerti Stati Membri għal programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni (3) tapprova l-verżjonijiet emendati ta’ ċerti programmi nazzjonali approvati mid-Deċiżjoni 2008/897/KE.

(4)

Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri dwar l-infiq li sar għal dawn il-programmi. Ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni juru li ċerti Stati Membri mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għall-2009 filwaqt li oħrajn se jonfqu aktar mill-ammont allokat.

(5)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal uħud minn dawn il-programmi nazzjonali għandha għalhekk tiġi aġġustata. Huwa xieraq li jiġu riallokati fondi mill-programmi nazzjonali li mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għal dawk li se jaqbżuha. Ir-riallokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-aktar tagħrif reċenti dwar in-nefqa reali li saret mill-Istati Membri kkonċernati.

(6)

Barra minn hekk, ir-Rumanija u s-Slovakkja bagħtu programmi emendati għall-qerda tal-idrofobija u l-Polonja u s-Slovenja bagħtu programmi emendati għall-Bluetongue.

(7)

Il-Kummissjoni vvalutat dawn il-programmi emendati kemm mil-lat veterinarju kif ukoll mil-lat finanzjarju. Dawn il-programmi nstabu li huma konformi mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Komunità, u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/341/KE. Il-programmi emendati għal dawk l-erbgħa Stati Membri għandhom għalhekk jiġu approvati.

(8)

Id-Deċiżjoni 2008/897/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programm emendat għall-monitoraġġ u l-qerda tal-Bluetongue ppreżentat mill-Polonja fit-30 ta’ April 2009 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 2

Il-programm emendat għall-monitoraġġ u l-qerda tal-Bluetongue ppreżentat mis-Slovenja fit-23 ta’ Lulju 2009 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 3

Il-programm emendat għall-qerda tal-idrofobija ppreżentat mir-Rumanija fl-20 ta’ Awwissu 2009 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 4

Il-programm emendat għall-qerda tal-idrofobija ppreżentat mis-Slovakkja fit-3 ta’ Awwissu 2009 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 2008/897/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punti (a) u (b) jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)

EUR 1 400 000 għall-Irlanda;

(b)

EUR 2 500 000 għal Spanja;”

(b)

Fil-punt (g), “EUR 2 000 000” tinbidel b’“EUR 1 370 000”;

(2)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu (2) jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li se jsiru minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispejjeż tat-twettiq ta’ testijiet għat-tuberculin u l-gamma-interferon u l-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġett għal dawn il-programmi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 14 000 000 għall-Irlanda;

(b)

EUR 9 100 000 għal Spanja;

(ċ)

EUR 2 900 000 għall-Italja;

(d)

EUR 120 000 għall-Polonja;

(e)

EUR 200 000 għall-Portugall.”

(3)

Fl-Artikolu 3(2), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

EUR 3 600 000 għal Spanja;”

(4)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punti (e) sa (g) jinbidlu b’dan li ġej:

“(e)

EUR 16 650 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 90 000 għall-Estonja;

(g)

EUR 60 000 għall-Irlanda;”

(b)

Il-punti (j) sa (l) jinbidlu b’dan li ġej:

“(j)

EUR 55 000 000 għal Franza;

(k)

EUR 2 000 000 għall-Italja;

(l)

EUR 20 000 għal-Latvja;”

(ċ)

Fil-punt (o), “EUR 1 400 000” tinbidel b’“EUR 300 000”;

(d)

Il-punti (r) sa (u) jinbidlu b’dan li ġej:

“(r)

EUR 3 550 000 għall-Awstrija;

(s)

EUR 100 000 għall-Polonja;

(t)

EUR 2 700 000 għall-Portugall;

(u)

EUR 100 000 għar-Rumanija;”

(e)

Il-Punti (w) u (x) jinbidlu b’dan li ġej:

“(w)

EUR 490 000 għall-Finlandja;

(x)

EUR 1 600 000 għall-Iżvezja.”

(5)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (c), “EUR 1 400 000” tinbidel b’“EUR 1 600 000”;

(b)

Fil-punt (d), “EUR 75 000” tinbidel b’“EUR 140 000”;

(ċ)

Fil-punt (f), “EUR 600 000” tinbidel b’“EUR 350 000”;

(d)

Il-punti (h) sa (m) jinbidlu b’dan li ġej:

“(h)

EUR 700 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 1 250 000 għal Spanja;

(j)

EUR 1 450 000 għal Franza;

(k)

EUR 1 700 000 għall-Italja;

(l)

EUR 100 000 għal Ċipru;

(m)

EUR 90 000 għal-Latvja;”

(e)

Fil-punt (q), “EUR 1 700 000” tinbidel b’“EUR 2 350 000”;

(f)

Il-punti (s) sa (u) jinbidlu b’dan li ġej:

“(s)

EUR 4 500 000 għall-Polonja;

(t)

EUR 650 000 għall-Portugall;

(u)

EUR 50 000 għar-Rumanija;”

(6)

Fl-Artikolu 6(2), il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

EUR 670 000 għal Franza;”

(7)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (e), “EUR 500 000” tinbidel b’“EUR 250 000”;

(b)

Fil-punt (k), “EUR 550 000” tinbidel b’“EUR 1 400 000”;

(ċ)

Fil-punt (s), “EUR 50 000” tinbidel b’“EUR 80 000”;

(d)

Fil-punt (v), “EUR 400 000” tinbidel b’“EUR 220 000”.

(8)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punti (a) sa (c) jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)

EUR 1 400 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 350 000 għall-Bulgarija;

(ċ)

EUR 1 050 000 għar-Repubblika Ċeka;”

(b)

Il-punti (g) sa (k) jinbidlu b’dan li ġej:

“(g)

EUR 3 300 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 1 200 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 5 400 000 għal Spanja;

(j)

EUR 14 100 000 għal Franza;

(k)

EUR 5 350 000 għall-Italja;”

(ċ)

Fil-punt (m), “EUR 230 000” tinbidel b’“EUR 250 000”;

(d)

Fil-punt (r), “EUR 2 900 000” tinbidel b’“EUR 2 600 000”;

(e)

Il-punti (t) sa (v) jinbidlu b’dan li ġej:

“(t)

EUR 790 000 għall-Polonja;

(u)

EUR 1 530 000 għall-Portugall;

(v)

EUR 580 000 għar-Rumanija;”

(f)

Il-punti (x) u (y) jinbidlu b’dan li ġej:

“(x)

EUR 500 000 għas-Slovakkja;

(y)

EUR 500 000 għall-Finlandja;”

(g)

Fil-punt (za), “EUR 5 900 000” tinbidel b’“EUR 4 600 000”.

(9)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu (2), huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punti (a) sa (c) jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)

EUR 1 100 000 għall-Bulgarija;

(b)

EUR 500 000 għal-Litwanja;

(ċ)

EUR 880 000 għall-Ungerija;”

(b)

Fil-punt (f), “EUR 500 000” tinbidel b’“EUR 760 000”.

(10)

Fl-Artikolu 11(2), il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

EUR 1 100 000 għall-Polonja.”

(11)

Fl-Artikolu 12(2), il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

EUR 1 650 000 għall-Polonja.”

(12)

Fl-Artikolu 13(2) il-punti (b) sa (e) jinbidlu b’dan li ġej:

“(c)

EUR 870 000 għall-Estonja;

(d)

EUR 850 000 għal-Latvja;

(e)

EUR 550 000 għas-Slovenja;”

(13)

Fl-Artikolu 14(2), “EUR 175 000” tinbidel b’“EUR 310 000”.

(14)

Fl-Artikolu 15(2), il-punt (c), jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

EUR 460 000 għall-Portugall.”

(15)

Fl-Artikolu 15a (4), “EUR 5 400 000” tinbidel b’“EUR 3 000 000”.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 322, 2.12.2008, p. 39.

(3)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 56.