18.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/64


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/840/PESK

tas-17 ta’ Novembru 2009

li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/140/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tagħha, flimkien mal-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Frar 2007 l-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

(2)

Skont l-Artikolu 8(2) tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-lista ta’ persuni u entitajiet, kif imniżżel fl-Anness II, li għalihom japplikaw l-Artikoli 4(1)(b) u 5(1)(b) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness II għall-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fih.

(4)

Il-lista ta’ persuni u entitajiet għandha tiġi emendata sabiex jittieħed kont tal-bidliet fil-Gvern u fl-amministrazzjoni fl-Iran, kif ukoll fis-sitwazzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati.

(5)

Il-lista tal-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Artikoli 4(1)(b) u 5(1)(b) tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness II għall-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK għandu jiġi sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


(1)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 49.


ANNESS

“ANNESS II

Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 5(1)(b)

A.   Persuni fiżiċi

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Reza AGHAZADEH

DtT: 15/03/1949 Numru tal-Passaport: S4409483 validu 26/04/2000 – 27/04/2010 Maħruġ: Tehran, Numru tal-passaport diplomatiku: D9001950, maħruġ fit- 22/01/2008 validu sal- 21/01/2013; Post tat-twelid: Khoy

Ex Kap tal-Atomic Energy Organisation of Iran (AEOI). L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija indikata taħt l-UNSCR 1737 (2006).

24.4.2007

2.

Brigadier-Ġenerali tal-IRGC Javad DARVISH-VAND

 

MODAFL, Deputat għall-Ispezzjoni. Responsabbli għall-faċilitajiet u l-installazzjonijiet kollha ta' MODAFL

24.6.2008

3.

Brigadier-Ġenerali tal-IRGC Seyyed Mahdi FARAHI

 

Direttur Maniġerjali tad-Defence Industries Organisation (DIO) li hija indikata fl-UNSCR 1737 (2006)

24.6.2008

4.

Dr Hoseyn (Hossein) FAQIHIAN

Indirizz tal-NFPC:AEOI-NFPD, Kaxxa Postali: 11365-8486, Tehran/Iran

Deputat u Direttur-Ġenerali tal-Nuclear Fuel Production and Procurement Company (NFPC), parti mill-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija indikata taħt l-UNSCR 1737 (2006). L-NFPC hija involuta f'attivitajiet marbutin mal-arrikkiment li l-Iran huwa rikjest jissospendi mill-Bord tal-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà.

24.4.2007

5.

Inġinier Mojtaba HAERI

 

MODAFL, Deputat għall-Industrija. Rwol superviżorju fuq l-AIO u d-DIO

24.6.2008

6.

Brigadier-Ġenerali tal-IRGC Ali HOSEYNITASH

 

Kap tad-Dipartiment Ġenerali tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali u involut fit-tfassil tal-politika dwar il-kwistjoni nukleari

24.6.2008

7.

Mohammad Ali JAFARI, IRGC

 

Għandu post ta' Kmandant fi ħdan l-IRGC

24.6.2008

8.

Mahmood JANNATIAN

DtT 21/04/1946, numru tal-passaport: T12838903

Viċi Kap tal-Atomic Energy Organisation of Iran

24.6.2008

9.

Said Esmail KHALILIPOUR (magħruf ukoll bħala: LANGROUDI)

DtT: 24/11/1945, PtT: Langroud

Viċi Kap tal-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija indikata taħt l-UNSCR 1737 (2006).

24.4.2007

10.

Ali Reza KHANCHI

Indirizz tal-NRC: AEOI-NRC Kaxxa Postali:11365-8486 Tehran/Iran; Fax: (+9821) 8021412

Kap ta' Tehran Nuclear Research Centre tal-AEOI. L-IAEA għadha tfittex kjarifika mill-Iran dwar esperimenti ta' separazzjoni tal-plutonju mwettqin fit-TNRC, inkluż dwar il-preżenza ta' partiċelli ta' HEU fil-kampjuni ambjentali meħudin mill-Karaj Waste Storage Facility fejn jinsabu kontenituri użati għall-ħażna ta' miri tal-uranju eżawrit f'dawk l-esperimenti. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija indikata taħt l-UNSCR 1737 (2006).

24.4.2007

11.

Ebrahim MAHMUDZADEH

 

Direttur Maniġerjali ta' Iran Electronic Industries

24.6.2008

12.

Brigadier-Ġenerali Beik MOHAMMADLU

 

MODAFL, Deputat għall-Provvisti u l-Loġistika

24.6.2008

13.

Anis NACCACHE

 

Amministratur tal-kumpanniji Barzagani Tejarat Tavanmad Saccal; il-kumpannija tiegħu ppruvat takkwista merkanzija sensittiva, għall-benefiċċju tal-entitajiet indikati fil-UNSCR 1737 (2006)

24.6.2008

14.

Brigadier-Ġenerali Mohammad NADERI

 

Kap tal-Organizzazzjoni tal-Industriji Ajruspazjali (AIO), l-AIO ħadet sehem fi programmi sensittivi Iranjani

24.6.2008

15.

Brigadier-Ġenerali tal-IRGC Mostafa Mohammad NAJJAR

 

Ministru tal-Intern u Ex Ministru tal-MODAFL, responsabbli għall-programmi militari kollha, inklużi l-programmi tal-missili ballistiċi.

24.6.2008

16.

Dr Javad RAHIQI (RAHIGHI)

DtT: 21/04/1954, DtT skont il-kalendarju Iranjan il-qadim: 1/05/1954, PtT: Mashad

Kap tan-Neutron Physics Group tal-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija indikata taħt l-UNSCR 1737 (2006).

24.4.2007

17.

Ali Akbar SALEHI

 

Kap tal-Atomic Energy Organisation of Iran (AEOI). L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija imsemmija taħt l-UNSCR 1737 (2006).

17.11.2009

18.

Kontro-Ammirall Mohammad SHAFI’I RUDSARI

 

MODAFL, Deputat għall-Koordinazzjoni

24.6.2008

19.

Brigadier-Ġenerali tal-IRGC Ali SHAMSHIRI

 

MODAFL, Deputat għall-Kontro-Intelligence, responsabbli għas-sigurtà tal-persunal u l-Installazzjonijiet ta' MODAFL

24.6.2008

20.

Abdollah SOLAT SANA

 

Direttur Maniġerjali tal-Uranium Conversion Facility (UCF) f'Esfahan. Din hija l-faċilità li tipproduċi l-materja prima (UF6) għall-faċilitajiet ta' arrikkiment f'Natanz. Fis-27 ta’ Awwissu 2006, Solat Sana rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu.

24.4.2007

21.

Brigadier-Ġenerali tal-IRGC Ahmad VAHIDI

 

Ministru tal-MODAFL u ex Viċi Kap tal-MODAFL

24.6.2008

B.   Persuni ġuridiċi u entitajiet

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Aerospace Industries Organisation, AIO

AIO, 28 Shian 5, Lavizan, Tehran

L-AIO tissorvelja l-produzzjoni Iranjana tal-missili, inkluż ix-Shahid Hemmat Industrial Group, ix-Shahid Bagheri Industrial Group u l-Fajr Industrial Group, li kollha kienu indikati fl-UNSCR 1737 (2006). Il-kap tal-AIO u żewġ uffiċjali anzjani oħra kienu wkoll msemmija fl-UNSCR 1737 (2006)

24.4.2007

2.

Armament Industries

Pasdaran Av., Kaxxa Postali 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO (Defence Industries Organisation).

24.4.2007

3.

Armed Forces Geographical Organisation

 

Ivvalutata li tipprovdi data ġeospazzjali għall-programm tal-Missili Ballistiċi

24.6.2008

4.

Bank Melli, Bank Melli Iran (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

Ferdowsi Avenue,Kaxxa Postali 11365-171,Tehran

Jipprovdi jew jipprova jipprovdi appoġġ finanzjarju lil kumpanniji li huma involuti fi jew li jakkwistaw merkanzija għall-programmi nukleari u tal-missili tal-Iran (AIO, SHIG, SBIG, AEOI, Novin Energy Company, Mesbah Energy Company, Kalaye Electric Company u d-DIO). Il-Bank Melli jagħmilha ta' faċilitatur għall-attivitajiet sensittivi tal-Iran. Huwa ffaċilita bosta akkwisti ta' materjali sensittivi għall-programmi nukleari u tal-missili tal-Iran. Huwa pprovda firxa ta' servizzi finanzjarji f'isem entitajiet marbuta mal-industriji nukleari u tal-missili tal-Iran, inkluż il-ftuħ ta' ittri ta' kreditu u ż-żamma tal-kontijiet. Bosta mill-kumpanniji t'hawn fuq ġew indikati fl-UNSCR 1737 (2006) u 1747 (2007).

Bank Melli jkompli f'dan ir-rwol billi jimpenja ruħu f'mudell ta' aġir li jappoġġa u jiffaċilita l-attivitajiet sensittivi tal-Iran. Bl-użu tar-relazzjonijiet bankarji tiegħu, huwa jkompli jipprovdi appoġġ għal, u servizzi finanzjarji lil, entitajiet elenkati min-NU u l-UE f'konnessjoni ma' tali attivitajiet. Huwa jaġixxi wkoll f'isem, u taħt id-direzzjoni ta' tali entitajiet, inkluż Bank Sepah, billi spiss jopera permezz tas-sussidjarji u l-assoċjati tagħhom.

24.6.2008

(a)

Melli Bank plc

London Wall,11th floor, London EC2Y 5EA, United Kingdom

(b)

Bank Melli Iran Zao

Number 9/1, Ulitsa Mashkova Moscow, 130064, Russia

5.

Defence Technology and Science Research Centre (DTSRC) – magħruf ukoll bl-isem tal-Educational Research Institute/Moassese Amozeh Va Tahgiaghati (ERI/MAVT Co.)

Pasdaran Av., Kaxxa Postali 19585/777, Tehran

Responsabbli għar-R&Z Sussidjarja tad-DIO. Id-DTSRC jittratta ħafna mill-akkwisti għad-DIO.

24.4.2007

6.

Iran Electronic Industries

Kaxxa Postali 18575-365, Tehran, Iran

Sussidjarja sħiħa ta' proprjetà ta' MODAFL (u għaldaqstant organizzazzjoni li tagħmel parti mill-istress grupp bħall-AIO, l-AvIO u d-DIO). Ir-rwol tagħha hu li timmanifattura komponenti elettroniċi għas-sistema Iranjana tal-armi.

24.6.2008

7.

IRGC Air Force

 

Tħaddem l-inventarju tal-Iran tal-missili ballistiċi ta' firxa qasira u medja. Il-kap tal-forza tal-ajru tal-IRGC kien indikat fil-UNSCR 1737.

24.6.2008

8.

Khatem-ol Anbiya Construction Organisation

Number 221, North Falamak-Zarafshan Intersection, 4th Phase, Shahkrak-E-Ghods, Tehran 14678, Iran

Grupp ta' kumpanniji ta' proprjetà tal-IRGC. Juża r-riżorsi ta' inġinerija tal-IRGC għall-kostruzzjoni filwaqt li jaġixxi bħala l-kuntrattur ewlieni fi proġetti ewlenin inkluż il-bini ta' mini, ivvalutat li jappoġġa l-programmi ta' missili ballistiċi u l-programmi nukleari Iranjani.

24.6.2008

9.

Malek Ashtar University

 

Marbuta mal-Ministeru tad-Difiża, fl-2003 ħolqot taħriġ dwar il-missili, f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-AIO

24.6.2008

10.

Marine Industries

Pasdaran Av., Kaxxa Postali 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO.

24.4.2007

11.

Mechanic Industries Group

 

Ħadet sehem fil-produzzjoni ta' komponenti għall-programm ballistiku

24.6.2008

12.

Ministeru tad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL)

West side of Dabestan Street, Abbas Abad District, Tehran

Responsabbli għall-programmi ta' riċerka, żvilupp u manifattura għad-difiża tal-Iran, inkluż appoġġ għall-programmi tal-missili u nukleari

24.6.2008

13.

Ministeru tal-Esportazzjoni tal-Loġistika għad-Difiża (MODLEX)

Kaxxa Postali 16315-189, Tehran, Iran

Huwa t-taqsima ta' MODAFL marbuta mal-esportazzjoni, u l-aġenzija użata għall-esportazzjoni ta' armi lesti f'transazzjonijiet bejn stati. Skont l-UNSCR 1747 (2007) MODLEX m'għandhiex tkun involuta f'kummerċ.

24.6.2008

14.

3M Mizan Machinery Manufacturing

 

Soċjeta fittizja tal-AIO, li tieħu sehem f'akkwisti fil-qasam ballistiku

24.6.2008

15.

Nuclear Fuel Production and Procurement Company (NFPC)

AEOI-NFPD, Kaxxa Postali: 11365-8486, Tehran/Iran

Id-Diviżjoni tal-Produzzjoni ta' Karburant Nukleari (NFPD) tal-AEOI hija responsabbli għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam taċ-ċiklu tal-karburant nukleari inklużi: l-esplorazzjoni tal-uranju, ix-xogħol fil-minjieri, it-tħin, il-konverżjoni u l-ġestjoni tal-iskart nukleari. L-NFPC hija s-suċċessur tal-NFPD, il-kumpannija sussidjarja taħt l-AEOI li tmexxi r-riċerka u l-iżvilupp fiċ-ċiklu tal-karburant nukleari inkluż il-konverżjoni u l-arrikkiment

24.4.2007

16.

Parchin Chemical Industries

 

Ħadmet fuq tekniċi ta' propulsjoni għall-programmi ballistiku tal-Iran

24.6.2008

17.

Special Industries Group

Pasdaran Av., Kaxxa Postali 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO.

24.4.2007

18.

State Purchasing Organisation (SPO)

 

Jidher li l-SPO tiffaċilita l-importazzjoni ta' armi sħaħ. Jidher li hija sussidjarja ta' MODAFL

24.6.2008”