13.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Novembru 2009

dwar l-adattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2008, l-1 ta’ Settembru 2008, l-1 ta’ Ottubru 2008, l-1 ta’ Novembru 2008, l-1 ta’ Diċembru 2008 u l-1 ta’ Jannar 2009 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi

(2009/833/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u s-sistema applikabbli għal impjegati oħrajn ta’ dawn il-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari il-paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 613/2009 (2) ġew stabbiliti, b’applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, il-koeffiċjenti korrettivi li, mill-1 ta’ Lulju 2008, jaffettwaw il-pagi tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej assenjati fil-pajjiżi terzi, li huma mħallsin fil-valuta tal-pajjiż fejn huma assenjati.

(2)

Jeħtieġ li jiġu adattati, f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, mill-1 ta’ Awwissu 2008, l-1 ta’ Settembru 2008, l-1 ta’ Ottubru 2008, l-1 ta’ Novembru 2008, l-1 ta’ Diċembru 2008 u l-1 ta’ Jannar 2009, uħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi, minħabba li, fid-dawl tal-istatistika li għandha l-Kummissjoni, irriżulta li l-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skont il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, qabżet il-5 % minn meta dawn il-koeffiċjenti korrettivi ġew aġġustati l-aħħar,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi, u li huma mħallsin fil-valuta tal-pajjiż fejn huma assenjati, huma adattati għal ċerti pajjiżi indikati fl-Anness. Dan l-Anness jinkludi sitt tabelli ta’ kull xahar li jindikaw il-pajjiżi kkonċernati kif ukoll id-dati suċċessivi ta’ applikazzjoni f’kull pajjiż (l-1 ta’ Awwissu 2008, l-1 ta’ Setttembru 2008, l-1 ta’ Ottubru 2008, l-1 ta’ Novembru 2008, l-1 ta’ Diċembru 2008 u l-1 ta’ Jannar 2009)

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mal-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-dati differenti indikati fl-ewwel paragrafu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Benita FERRERO-WALDNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)   ĠU L 181, 14.7.2009, p. 1.


ANNESS

AWWISSU 2008

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi Awwissu 2008

Rata tal-kambju Awwissu 2008

Koeffiċjenti korrettivi Awwissu 2008

Xejn

Xejn

Xejn

Xejn


SETTEMBRU 2008

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi Settembru 2008

Rati ta’ kambju Settembru 2008 (*1)

Koeffiċjenti korrettivi Settembru 2008 (*2)

Nepal (1)

75,02

103,495

72,5


OTTUBRU 2008

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi Ottubru 2008

Rati ta’ kambju Ottubru 2008 (*3)

Koeffiċjenti korrettivi Ottubru 2008 (*4)

L-Arġentina (2)

2,744

4,549

60,3

Il-Botswana (2)

5,003

10,0251

49,9

Il-Gana (3)

0,9408

1,6575

56,8

Il-Kirgiżtan (2)

52,86

52,8043

100,1

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa) (2)

1 031

828,29

124,5

Il-Veneżwela (2)

2,183

3,08504

70,8


NOVEMBRU 2008

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi Novembru 2008

Rati ta’ kambju Novembru 2008 (*5)

Koeffiċjenti korrettivi Novembru 2008 (*6)

L-Eġittu

2,971

7,18275

41,4

L-Etjopja

12,31

12,3791

99,4

Il-Ginea (Conakry)

4 108

6 121,77

67,1

Il-Liberja

80,26

80,9742

99,1

In-Namibja

7,548

13,0194

58,0

In-Nepal (4)

80,21

101,68

78,9

In-Nikaragwa

14,96

25,6812

58,3

It-Timor tal-Lvant

0,9402

1,3035

72,1


DIĊEMBRU 2008

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi Diċembru 2008

Rati ta’ kambju Diċembru 2008 (*7)

Koeffiċjenti korrettivi Diċembru 2008 (*8)

L-Arabja Sawdita

4,887

4,7336

103,2

Il-Kosta Rika

595,5

716,885

83,1

Il-Gana (5)

0,9912

1,51325

65,5

Il-Gwatemala

8,816

9,96951

88,4

Il-Ħaiti

70,13

51,8381

135,3

Il-Gżejjer Salomon

10,94

10,1026

108,3

Il-Ġamajka

99,81

95,647

104,4

Il-Malawi

146,6

177,074

82,8

L-Użbekistan

992

1 748,44

56,7

Is-Sudan (Khartoum)

1,698

2,80875

60,5

Is-Sudan tan-Nofsinhar (Juba)

2,958

2,80875

105,3

Is-Sważiland

6,188

12,7107

48,7

L-Ukrajna

8,686

8,04073

108,0

Il-Vjetnam

11 940

21 278

56,1


JANNAR 2009

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi Jannar 2009

Rati ta’ kambju Jannar 2009 (*9)

Koeffiċjenti korrettivi Jannar 2009 (*10)

L-Arġentina (6)

2,906

4,8986

59,3

Il-Botswana (6)

5,303

11,0803

47,9

Ekwador

0,9626

1,4098

68,3

Il-Kirgiżtan (6)

56,5

55,5673

101,7

Il-Madagaskar

2 216

2 429,72

91,2

In-Nepal (7)

85,82

106,865

80,3

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa) (6)

1 092

894,885

122,0

Ir-Repubblika Dominikana

31,86

50,4406

63,2

It-Tanżanija

1 188

1 666,43

71,3

It-Tajlandja

26,17

48,998

53,4

Il-Veneżwela (6)

2,344

3,03107

77,3


(*1)  EURO 1 = valuta nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).

(*2)  Brussell = 100 %

(1)  Il-koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Settembru u Novembru 2008, u għal Jannar 2009.

(*3)  EURO 1 = valuta nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).

(*4)  Brussell = 100 %

(2)  Il-koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Ottubru 2008 u għal Jannar 2009.

(3)  Il-koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Ottubru u Diċembru 2008.

(*5)  EURO 1 = valuta nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).

(*6)  Brussell = 100 %

(4)  Il-koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Settembru u Novembru 2008, u għal Jannar 2009.

(*7)  EURO 1 = valuta nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).

(*8)  Brussell = 100 %

(5)  Il-koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Ottubru u Diċembru 2008.

(*9)  EURO 1 = valuta nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).

(*10)  Brussell = 100 %

(6)  Il-koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Ottubru 2008 u għal Jannar 2009.

(7)  Il-koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Settembru u Novembru 2008, u għal Jannar 2009.