|
11.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 294/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Ottubru 2009
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7645)
(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)
(2009/827/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2003, il-kumpanija Robert Craig & Sons għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed iż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) u ż-żerriegħa mitħuna fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel; fis-7 ta’ Mejju 2004, l-entità kompetenti tar-Renju Unit dwar l-evalwazzjoni tal-ikel ħarġet ir-rapport inizjali tal-evalwazzjoni tagħha. F’dan ir-rapport l-entità kompetenti waslet għall-konklużjoni li l-użu tal-Chia (Salvia hispanica) huwa bla periklu fl-użi alimentari li ġew proposti. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni għaddiet dan l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni lill-Istati Membri kollha fl-14 ta’ Ġunju 2004. |
|
(3) |
Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tqajmu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skont din id-dispożizzjoni; għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà Alimentari (EFSA) ġiet ikkonsultata fl-4 ta’ April 2005 u ħarġet l-opinjoni tagħha fil-5 ta’ Ottubru 2005. Madankollu, minħabba li l-applikant ma setax jipprovdi biżżejjed dejta, fl-opinjoni tagħha l-EFSA ma waslitx għal opinjoni dwar is-sikurezza, iżda kienet lesta tqis l-applikazzjoni mill-ġdid sakemm l-applikant iressaq iżjed informazzjoni. |
|
(4) |
Fit-30 ta’ Settembru 2006, ir-responsabbiltà tal-applikazzjoni kienet trasferita lill-kumpanija Columbus Paradigm Institute S.A. li ressqet iżjed dejta u informazzjoni kif kien mitlub mill-EFSA. B’dan il-mod l-EFSA kienet mitluba tiffinalizza l-evalwazzjoni taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) u ż-żerriegħa mitħuna fil-21 ta’ Jannar 2008. |
|
(5) |
L-EFSA tat it-tieni opinjoni tagħha dwar is-sikurezza taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) u ż-żerriegħa mitħuna bħala ingredjent alimentari fit-13 ta’ Marzu 2009. |
|
(6) |
F’dik l-opinjoni l-EFSA għarfet li l-informazzjoni mgħoddija lilha kienet evidenza li ssostni konklużjoni pożittiva dwar is-sikurezza taż-żrieragħ tal-Chia u taż-żrieragħ sħaħ tal-Chia mitħuna. B’mod partikolari, l-EFSA waslet għall-konklużjoni li l-użu taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) u ż-żerriegħa mitħuna fil-prodotti tal-ħobż skont il-kundizzjonijiet speċifikati ma għandux ikollu effett negattiv fuq is-saħħa pubblika. |
|
(7) |
Fuq il-bażi tal-istudju xjentifiku, ġie stabbilit li ż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) u ż-żerriegħa tal-Chia mitħuna huma konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Iż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) u ż-żerriegħa tal-Chia mitħuna, kif speċifikat fl-Anness jistgħu jitqiegħdu fis-suq Komunitarju bħala ingredjent alimentari ġdid biex jintuża fil-prodotti tal-ħobż b’kontenut massimu ta’ 5 % ta’ żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica).
Artikolu 2
L-ispeċifikazzjoni tal-ingredjent alimentari ġdid, awtorizzat b’din id-Deċiżjoni, fuq it-tikketta tal-prodott alimentari li fih dan l-ingredjent, għandha tkun “żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica)”.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Columbus Paradigm Institute S.A., Chaussée de Tervuren 149, B-1410 Waterloo.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAŻ-ŻERRIEGĦA TAL-CHIA (SALVIA HISPANICA)
Deskrizzjoni
Il-Chia (Salvia hispanica) hija pjanta sajfija erbaċea annwali li tagħmel mal-familja tal-Labiatae.
Wara l-ħsad, iż-żrieragħ jitnaddfu b’mod mekkaniku. Il-fjuri, il-weraq u partijiet oħrajn tal-pjanta jitneħħew.
Iż-żerriegħa sħiħa tal-Chia mitħuna ssir billi ż-żerriegħa sħiħa tingħadda minn mitħna tal-martell li taħdem b’veloċità varjabbli.
Il-kompożizzjoni taż-żerriegħa tal-Chia
|
Materjal niexef |
91-96 % |
|
Proteina |
20-22 % |
|
Xaħam |
30-35 % |
|
Karboidrati |
25-41 % |
|
Fibra kruda (*1) |
18-30 % |
|
Irmied |
4-6 % |
(*1) Il-fibra kruda hija dik il-parti tal-fibra li tkun magħmula prinċipalment minn ċellulosa, pentosani u lignin, li mhumiex diġeribbli.