|
4.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 288/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ Ottubru 2009
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli
(2009/805/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37, 133 u 152(4)(b), flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni kienet innegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli. |
|
(2) |
Il-Ftehim, flimkien mal-Att Finali tiegħu, ġie ffirmat, f’isem il-Komunità, fit-23 ta’ Diċembru 2008 soġġett għall-konklużjoni tiegħu, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/979/KE (1). |
|
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (2), flimkien mad-Dikjarazzjoni mehmuża mal-Att Finali tiegħu, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim (3).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ERLANDSSON
(1) ĠU L 352, 31.12.2008, p. 23.
(2) ĠU L 352, 31.12.2008, p. 24.
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.