|
28.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Ottubru 2009
li teħles lir-Renju Unit minn ċerti obbligi għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE fir-rigward tal-Avena strigosa Schreb
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8038)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/786/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23a tagħha,
Wara li kkunsidrat it-talba magħmula mir-Renju Unit,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Direttiva 66/402/KEE l-Kummissjoni tista’, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, teħles Stat Membru mill-obbligi għall-marketing ta’ ċerta żerriegħa taċ-ċereali kif stipulat f’dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Ir-Renju Unit applika biex jinħeles mill-obbligi tiegħu fir-rigward tal-Avena strigosa Schreb. |
|
(3) |
Iż-żerriegħa ta’ din l-ispeċi mhix normalment prodotta mill-ġdid jew imqiegħda fis-suq fir-Renju Unit. Barra minn hekk, it-tkabbir tal-Avena strigosa Schreb. huwa ta’ importanza ekonomika minima fil-pajjiż imsemmi hawn fuq. |
|
(4) |
Sakemm jibqgħu fis-seħħ dawn il-kundizzjonijiet, l-Istat Membru rilevanti għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-dispożizzjoni tad-Direttiva 66/402/KEE għall-materjal ikkonċernat. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresterija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Renju Unit huwa meħlus mill-obbligu li japplika d-Direttiva 66/402/KEE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 14(1), għall-ispeċi Avena strigosa Schreb.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni