22.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Ottubru 2009

li taħtar lid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-perijodu mit-18 ta’ Ottubru 2009 sal-31 ta’ Ottubru 2009

(2009/773/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandat tad-Deputat Segretarju Ġenerali attwali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ser jintemm fis-17 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandu jinħatar sal-31 ta’ Ottubru 2009,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Pierre DE BOISSIEU huwa b’dan maħtur Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-perijodu mit-18 ta’ Ottubru 2009 sal-31 ta’ Ottubru 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata lis-Sur Pierre DE BOISSIEU mill-President tal-Kunsill.

Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 236, 7.7.2004, p. 17.