16.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta’ Ottubru 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE dwar l-istqarrija li l-Iskozja hija uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi bovina
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7790)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/761/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Anness A(I)(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista’ jiġi ddikjarat bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi bovina fir-rigward ta’ merħliet bovini, suġġett għall-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva. |
(2) |
Il-listi tal-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom ddikjarati ħielsa mit-tuberkulożi bovina huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enzootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri fir-rigward tal-merħliet bovini (2). |
(3) |
Ir-Renju Unit ressaq quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tat-territorju kollu tal-Iskozja sabiex dan ikun jista’ jiġi kkunsidrat bħala reġjun tar-Renju Unit uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi bovina. |
(4) |
Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mir-Renju Unit, it-territorju kollu tal-Iskozja għandu jiġi ddikjarat bħala reġjun tar-Renju Unit uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi bovina. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE hu emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(2) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74.
ANNESS
Il-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jinbidel b’dan li ġej:
“KAPITOLU 2
Reġjuni tal-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi
Fl-Italja:
— |
Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara, |
— |
Ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna, |
— |
Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia, |
— |
Ir-Reġjun tal-Lombardia: Il-Provinċji ta’ Bergamo, Como, Lecco, Sondrio, |
— |
Ir-Reġjun tal-Marche: Il-Provinċja ta’ Ascoli Piceno, |
— |
Ir-Reġjun tal-Piemonte: Il-Provinċji ta’ Novara, Verbania, Vercelli, |
— |
Ir-Reġjun ta’ Sardegna: Il-Provinċja ta’ Oristano, |
— |
Ir-Reġjun tat-Toscana: Il-Provinċji ta’ Grosseto, Livorno, Lucca, Prato, Pisa, Pistoia, Siena, |
— |
Ir-Reġjun tat-Trentino-Alto Adige: Il-Provinċji ta’ Bolzano, Trento, |
— |
Ir-Reġjun tal-Veneto. |
Fir-Renju Unit:
— |
Il-Gran Brittanja: L-Iskozja.” |