15.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/7/2009
tat-2 ta’ Ottubru 2009
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
(2009/758/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 (2) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 (3), u l-addendum magħha (4),
Billi:
(1) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE laqqa’ l-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta’ Forzi fis-17 ta’ Novembru 2008, fis-16 ta’ Diċembru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2009 u fit-3 ta’ Lulju 2009. |
(2) |
Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea dwar kontribut mill-Montenegro, il-kontribut mill-Montenegro għandu jiġi aċċettat. |
(3) |
Konformement mal-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/2/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:
“Artikolu 1
Kontributi ta’ Stati terzi
Wara l-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta’ Forzi, il-kontributi tan-Norveġja, il-Kroazja u l-Montenegro għandhom jiġu aċċettati għall-operazzjoni militari tal-UE bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (‘Atalanta’).”
Artikolu 2
L-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/3/2009 għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
O. SKOOG
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) ĠU L 109, 30.4.2009, p. 52.
(4) ĠU L 119, 14.5.2009, p. 40.
ANNESS
“ANNESS
LISTA TA’ STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)
— |
Norveġja |
— |
Kroazja |
— |
Montenegro”. |