13.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Ottubru 2009

li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7637)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/751/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu (f) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bulgarija ngħatat perjodi ta' tranżizzjoni bl-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija biex ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1).

(2)

Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li 24 stabbiliment tal-ipproċessar tal-ħalib lestew il-proċess ta' aġġornament tagħhom u issa huma konformi b'mod sħiħ mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. 17 minn dawn l-istabbilimenti għandhom il-permess li jirċievu u jipproċessaw ħalib nej, konformi u mhux konformi, mingħajr separazzjoni. Dawn l-istabbilimenti għalhekk għandhom jiżdiedu mal-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI. Stabbiliment wieħed tal-ipproċessar tal-ħalib elenkat fil-Kapitolu I se jipproċessa biss ħalib nej li hu konformi u għalhekk għandu jitqies bħala stabbiliment tal-ipproċessar tal-ħalib approvat mill-UE. Dan l-istabbiliment għalhekk għandu jitneħħa mil-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI. Żewġ stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib li fil-preżent huma elenkati fil-Kapitolu II se jkunu qed jipproċessaw biss ħalib nej li hu konformi. Dawn l-istabbilimenti għaldaqstant għandhom jitħassru mil-lista tal-Kapitolu II tal-appendiċi tal-Anness VI.

(3)

L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS

L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Kapitolu I għandhom jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

“48

BG 1012020

ET ‘Petar Mitov-Universal’

s. Gorna Grashtitsa

obsht. Kyustendil

49

BG 1112016

Mandra ‘IPZHZ’

gr. Troyan

ul. ‘V. Levski’ 281

50

BG 1712042

ET ‘Madar’

s. Terter

51

BG 2612042

‘Bulmilk’ OOD

s. Konush

obl. Haskovska

52

BG 0912011

ET ‘Alada-Mohamed Banashak’

s. Byal izvor

obsht. Ardino

53

1112026

‘ABLAMILK’ EOOD

gr. Lukovit,

ul. ‘Yordan Yovkov’ 13

54

1312005

‘Ravnogor’ OOD

s. Ravnogor

55

1712010

‘Bulagrotreyd-chastna kompaniya’ EOOD

s. Yuper

Industrialen kvartal

56

1712013

ET ‘Deniz’

s. Ezerche

57

2012011

ET ‘Ivan Gardev 52’

gr. Kermen

ul. ‘Hadzhi Dimitar’ 2

58

2012024

ET ‘Denyo Kalchev 53’

gr. Sliven

ul. ‘Samuilovsko shose’ 17

59

2112015

OOD ‘Rozhen Milk’

s. Davidkovo, obsht. Banite

60

2112026

ET ‘Vladimir Karamitev’

s. Varbina

obsht. Madan

61

2312007

ET ‘Agropromilk’

gr. Ihtiman,

ul. ‘P. Slaveikov’ 19

62

2412041

‘Mlechen svyat 2003’

OOD

s. Bratya Daskalovi

obsht. Bratya Daskalovi

63

2612038

‘Bul Milk’ EOOD

gr. Haskovo

Sev. industr. zona

64

2612049

ET ‘Todorovi-53’

gr. Topolovgrad

ul. ‘Bulgaria’ 65”

(2)

Fil-Kapitolu I għandha titħassar l-annotazzjoni li ġejja:

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

“15

BG 161 2013

‘Polidey-2’ OOD

s. Domlyan”

(3)

Fil-Kapitolu II għandhom jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

“5

BG 1612001

‘OMK’ AD

gr. Plovdiv

bul. ‘Dunav’ 3

11

BG 2712014

‘Stars kampani’ OOD

gr. Shumen

ul. ‘Trakiyska’ 3”