10.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 267/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Ottubru 2009
dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-programmi ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza tas-sajd tal-Istati Membri għall-2009
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7592)
(It-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Żvediż biss huma awtentiċi)
(2009/746/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Istati Membri bagħtu lill-Kummissjoni l-programm ta’ kontroll tas-sajd tagħhom għall-2009 flimkien mal-applikazzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-ispejjeż li se jintefqu fit-twettiq tal-proġetti fit-tali programm. |
(2) |
L-applikazzjonijiet li jirrigwardaw l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għall-finanzjament Komunitarju. |
(3) |
L-applikazzjonijiet għal finanzjament Komunitarju għandhom ikunu konformi mar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 (2). |
(4) |
Huwa xieraq li jiġu ffissati l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li skonthom tista’ tingħata t-tali kontribuzzjoni. |
(5) |
Sabiex ikun imħeġġeġ l-investiment fl-azzjonijiet prijoritarji ddefiniti mill-Kummissjoni, u fid-dawl tal-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq il-baġits tal-Istati Membri, in-nefqa relatata mas-sistemi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar elettroniċi (ERS) u sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), kif ukoll għall-prevenzjoni ta’ sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU), għandha tibbenefika minn rata għolja ta’ kofinanzjament, fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. |
(6) |
Sabiex wieħed jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatiku għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-Sistemi ta’ Sorveljanza tal-Vapuri [bastimenti] bażata fuq satellita [bbażati fuq is-satelliti] (3). |
(7) |
Sabiex jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir ta’ reġistrazzjoni u rappurtar elettroniku abbord il-bastimenti tas-sajd għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ telerilevament u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1566/2007 (4). |
(8) |
Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-2009 għall-infiq li daħlu għalih l-Istati Membri fl-2009 huma u jimplimentaw sistemi ta’ kontroll u sorveljanza applikabbli għall-politika komuni dwar is-sajd (PKS), kif jissemma fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. Tistabbilixxi l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal kull Stat Membru, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja u l-kundizzjonijiet li skonthom tista’ tingħata t-tali kontribuzzjoni.
Artikolu 2
Għeluq tal-impenji pendenti
Il-ħlasijiet kollha li għalihom qed jintalab rimborż għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta’ Ġunju 2013. Il-ħlasijiet mħallsa mill-Istat Membru wara din id-data ta’ skadenza ma għandhomx ikunu eliġibbli għar-rimborż. L-approprjazzjonijiet tal-baġit mhux użati relatati ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.
Artikolu 3
Teknoloġiji ġodda u netwerks tal-IT
1. L-ispejjeż imġarrba għax-xiri, l-istallazzjoni u l-għajnuna teknika għat-teknoloġija kompjuterizzata u t-twaqqif ta’ netwerks tal-IT sabiex l-iskambju tad-dejta jkun effiċjenti u sikur fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandhom jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati fl-Anness I.
2. Fil-każ ta’ spejjeż fl-ambitu tal-Anness I, marbuta mas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), sistemi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar elettroniċi (ERS) inkella sajd illegali, mhux regolat u mhux rappurtat, ir-rata ta’ kofinanzjament imsemmija fil-paragrafu 1 hija ta’ 95 %.
Artikolu 4
Tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatika
1. L-ispejjeż imġarrba għax-xiri u l-armar abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika li jippermetti li bastimenti jkunu jistgħu jiġu mmonitorjati mill-bogħod minn ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd permezz tal-VMS għandhom jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja massima ta’ 95 % tal-ispejjeż eliġibbli, fil-limiti stipulati fl-Anness II.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-pargrafu 1 għandha tkun limitata għal EUR 1 500 kull bastiment.
3. Sabiex jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003.
Artikolu 5
Sistemi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar elettroniċi
L-ispejjeż imġarrba għall-iżvilupp, ix-xiri, l-istallazzjoni u l-għajnuna teknika għall-komponenti meħtieġa għall-ERS, sabiex l-iskambju tad-dejta jkun effiċjenti u sikur fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandhom jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 95 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati fl-Anness III.
Artikolu 6
Tagħmir ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar elettroniku
1. L-ispejjeż mġarrba għax-xiri u l-armar abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir tal-ERS li jippermetti li l-bastimenti jirreġistraw u jirrappurtaw elettronikament dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd lil Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd, għandhom jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 95 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati fl-Anness IV.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għal EUR 4 500 kull bastiment, bla ħsara għall-paragrafu 4.
3. Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni finanzjarja tagħmir tal-ERS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1077/2008.
4. Fil-każ ta’ tagħmir li jikkombina l-funzjonijiet ERS u VMS, u li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003 u (KE) Nru 1077/2008, il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun limitata għal EUR 6 000.
Artikolu 7
Proġetti pilota
L-ispejjeż imġarrba fuq proġetti piloti fuq teknoloġiji ta’ kontroll ġodda għandhom jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 95 % tal-ispiża eliġibbli fil-limiti stabbiliti fl-Anness V.
Artikolu 8
Programmi ta’ taħriġ u ta’ skambju
L-ispejjeż imġarrba fuq it-taħriġ u l-programmi ta’ skambju ta’ impjegati taċ-ċivil responsabbli għal xogħlijiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza fil-qasam tas-sajd għandhom jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati fl-Anness VI.
Artikolu 9
Skemi pilota ta’ spezzjoni u osservazjoni
L-ispejjeż imġarrba fuq skemi pilota ta’ spezzjoni u ta’ osservazzjoni għandhom jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tal-ispiża eliġibbli fil-limiti stabbiliti fl-Anness VII.
Artikolu 10
Valutazzjoni tal-ispejjeż
L-ispejjeż imġarrba għall-implimentazzjoni ta’ sistema għall-valutazzjoni tal-ispejjeż imġarrba għall-kontroll tal-Politika Komuni tas-Sajd għandhom jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tal-ispiża eliġibbli fil-limiti stabbiliti fl-Anness VIII.
Artikolu 11
Inizjattiva għat-trawwim ta’ kuxjenza dwar ir-regoli tal-PKS
L-ispejjeż imġarrba għal inizjattivi li jinkludu seminars u għodod tal-midja mmirati lejn it-titjib tal-għarfien fost is-sajjieda u entitajiet oħra bħalma huma spetturi, prosekuturi pubbliċi u mħallfin, kif ukoll fost il-pubbliku ġenerali dwar il-ħtieġa li jiġi miġġieled is-sajd irresponsabbli u illegali u dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-politika komuni tas-sajd, għandu jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 75 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati fl-Anness IX.
Artikolu 12
Bastimenti u inġenji tal-ajru tal-għassa tas-sajd
1. L-ispejjeż marbuta max-xiri u l-modernizzazzjoni tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri se tikkwalifika, fil-limiti stabbiliti fl-Anness X, għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tal-ispiża eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifikata għal kull Stat Membru fl-Anness X hija kkalkulata abbażi tal-utilizzazzjoni tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru kkonċernati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza bħala perċentwal tal-attività totali tagħhom fis-sena, kif dikjarata mill-Istati Membri.
Artikolu 13
Kontribuzzjoni massima totali mill-Komunità għal kull Stat Membru
L-ispejjeż totali ppjanati għal kull Stat Membru, is-sehem eliġibbli tagħhom u l-kontribuzzjoni Komunitarja massima għal kull Stat Membru għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 sa 12 huma dawn li ġejjin:
(f’Eur) |
|||
Stat Membru |
Spiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Spiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Il-Belġju |
805 000 |
805 000 |
764 750 |
Il-Bulgarija |
352 000 |
362 000 |
282 250 |
Id-Danimarka |
1 945 552 |
1 945 552 |
1 667 139 |
Il-Ġermanja |
222 000 |
278 000 |
220 000 |
L-Estonja |
706 000 |
706 000 |
645 500 |
L-Irlanda |
120 000 |
90 000 |
45 000 |
Il-Greċja |
16 867 000 |
8 928 000 |
4 735 400 |
Spanja |
17 218 103 |
14 772 123 |
8 190 517 |
Franza |
2 631 500 |
2 333 000 |
1 049 750 |
L-Italja |
19 589 925 |
6 361 340 |
3 273 170 |
Il-Litwanja |
407 900 |
407 900 |
378 300 |
Malta |
1 003 475 |
1 003 475 |
922 127 |
L-Olanda |
3 145 000 |
2 750 000 |
2 560 750 |
Il-Polonja |
497 713 |
468 713 |
416 479 |
Il-Portugall |
783 500 |
759 250 |
629 038 |
Ir-Rumanija |
80 000 |
80 000 |
62 500 |
Il-Finlandja |
920 000 |
820 000 |
659 750 |
L-Iżvezja |
1 715 000 |
1 715 000 |
1 541 750 |
Ir-Renju Unit |
4 309 798 |
3 601 555 |
2 055 830 |
Total |
73 319 466 |
48 186 908 |
30 100 000 |
Artikolu 14
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.
(3) ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.
(4) ĠU L 295, 4.11.2008, p. 3.
ANNESS I
TEKNOLOĠIJI ĠODDA U NETWERKS TAL-IT
(f’Eur) |
|||
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Il-Bulgarija |
|||
BG/09/01 |
20 000 |
30 000 |
15 000 |
BG/09/02 |
13 000 |
13 000 |
6 500 |
BG/09/03 |
12 000 |
12 000 |
6 000 |
BG/09/04 |
25 000 |
25 000 |
23 750 |
BG/09/05 |
70 000 |
70 000 |
66 500 |
Subtotal |
140 000 |
150 000 |
117 750 |
Id-Danimarka |
|||
DK/09/01 |
134 176 |
134 176 |
127 468 |
DK/09/02 |
402 528 |
402 528 |
201 264 |
DK/09/03 |
670 880 |
670 880 |
637 336 |
DK/09/04 |
167 720 |
167 720 |
159 334 |
DK/09/05 |
167 720 |
167 720 |
159 334 |
Subtotal |
1 543 024 |
1 543 024 |
1 284 736 |
Il-Ġermanja |
|||
DE/09/01 |
90 000 |
90 000 |
85 000 |
DE/09/02 |
16 000 |
72 000 |
36 000 |
Subtotal |
106 000 |
162 000 |
121 500 |
L-Estonja |
|||
EE/09/01 |
600 000 |
600 000 |
570 000 |
EE/09/02 |
50 000 |
50 000 |
25 000 |
Subtotal |
650 000 |
650 000 |
595 000 |
L-Irlanda |
|||
IE/09/01 |
90 000 |
60 000 |
30 000 |
Subtotal |
90 000 |
60 000 |
30 000 |
Il-Greċja |
|||
EL/09/01 |
1 500 000 |
368 000 |
64 400 |
EL/09/02 |
210 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
1 710 000 |
368 000 |
64 400 |
Spanja |
|||
ES/09/01 |
530 000 |
530 000 |
265 000 |
ES/09/02 |
146 000 |
146 000 |
73 000 |
ES/09/03 |
99 000 |
99 000 |
49 500 |
ES/09/04 |
16 000 |
0 |
0 |
ES/09/05 |
28 000 |
28 000 |
14 000 |
ES/09/06 |
353 000 |
353 000 |
176 500 |
ES/09/07 |
800 000 |
800 000 |
760 000 |
ES/09/24 |
81 459 |
0 |
0 |
ES/09/28 |
141 120 |
141 120 |
70 560 |
ES/09/32 |
282 000 |
282 000 |
141 000 |
ES/09/35 |
360 000 |
360 000 |
342 000 |
Subtotal |
2 836 579 |
2 739 120 |
1 891 560 |
Franza |
|||
FR/09/01 |
553 500 |
410 000 |
205 000 |
FR/09/02 |
130 000 |
130 000 |
65 000 |
FR/09/03 |
120 000 |
120 000 |
60 000 |
Subtotal |
803 500 |
660 000 |
330 000 |
L-Italja |
|||
IT/09/01 |
220 000 |
55 000 |
27 500 |
Subtotal |
220 000 |
55 000 |
27 500 |
Il-Litwanja |
|||
LT/09/01-01 |
27 000 |
27 000 |
25 650 |
Subtotal |
27 000 |
27 000 |
25 650 |
L-Olanda |
|||
NL/09/01 |
300 000 |
300 000 |
285 000 |
NL/09/02 |
150 000 |
150 000 |
142 500 |
NL/09/03 |
40 000 |
40 000 |
38 000 |
NL/09/04 |
75 000 |
75 000 |
71 250 |
NL/09/11 |
30 000 |
0 |
0 |
NL/09/12 |
30 000 |
30 000 |
28 500 |
Subtotal |
625 000 |
595 000 |
565 250 |
Il-Polonja |
|||
PL/09/01 |
93 000 |
64 000 |
32 000 |
PL/09/02 |
10 000 |
10 000 |
9 500 |
PL/09/03 |
30 000 |
30 000 |
28 500 |
Subtotal |
133 000 |
104 000 |
70 000 |
Il-Portugall |
|||
PT/09/01-01 |
2 500 |
2 500 |
1 250 |
PT/09/01-02 |
218 250 |
194 000 |
97 000 |
PT/09/03 |
1 500 |
1 500 |
750 |
PT/09/04 |
7 000 |
7 000 |
3 500 |
PT/09/05-01 |
40 000 |
40 000 |
38 000 |
PT/09/05-02 |
30 000 |
30 000 |
28 500 |
PT/09/05-03 |
35 000 |
35 000 |
33 250 |
PT/09/05-04 |
125 000 |
125 000 |
118 750 |
PT/09/05-05 |
9 750 |
9 750 |
9 263 |
PT/09/05-06 |
9 000 |
9 000 |
8 550 |
Subtotal |
478 000 |
453 750 |
338 813 |
Ir-Rumanija |
|||
RO/09/01 |
15 000 |
15 000 |
7 500 |
Subtotal |
15 000 |
15 000 |
7 500 |
Il-Finlandja |
|||
FI/09/01 |
200 000 |
200 000 |
100 000 |
FI/09/02 |
20 000 |
20 000 |
10 000 |
FI/09/03 |
15 000 |
15 000 |
7 500 |
Subtotal |
235 000 |
235 000 |
117 500 |
L-Iżvezja |
|||
SE/09/01 |
40 000 |
40 000 |
20 000 |
SE/09/02 |
80 000 |
80 000 |
76 000 |
SE/09/03 |
135 000 |
135 000 |
128 250 |
SE/09/04 |
80 000 |
80 000 |
76 000 |
SE/09/05 |
80 000 |
80 000 |
76 000 |
SE/09/06 |
50 000 |
50 000 |
47 500 |
SE/09/07 |
60 000 |
60 000 |
30 000 |
Subtotal |
525 000 |
525 000 |
453 750 |
Ir-Renju Unit |
|||
UK/09/01 |
55 880 |
55 880 |
53 086 |
UK/09/03 |
56 916 |
56 916 |
54 071 |
UK/09/04 |
113 831 |
100 000 |
50 000 |
UK/09/25 |
10 245 |
10 245 |
9 733 |
UK/09/26 |
15 362 |
15 362 |
7 681 |
UK/09/27 |
3 415 |
4 000 |
2 000 |
UK/09/30 |
5 123 |
6 000 |
3 000 |
UK/09/34 |
1 890 |
1 890 |
1 796 |
UK/09/37 |
1 708 |
2 000 |
1 000 |
UK/09/43 |
17 758 |
0 |
0 |
UK/09/44 |
17 075 |
17 075 |
8 538 |
UK/09/45 |
13 660 |
13 660 |
6 830 |
UK/09/46 |
10 245 |
12 000 |
6 000 |
UK/09/47 |
1 196 |
1 196 |
598 |
UK/09/48 |
797 |
797 |
758 |
UK/09/60 |
570 |
570 |
285 |
UK/09/64 |
2 277 |
2 000 |
1 000 |
UK/09/65 |
4 241 |
4 241 |
2 121 |
UK/09/67 |
3 159 |
3 159 |
3 002 |
Subtotal |
335 348 |
306 991 |
211 499 |
Total |
10 472 451 |
8 648 885 |
6 252 408 |
ANNESS II
TAGĦMIR TAL-LOKALIZZAZZJONI AWTOMATIKA
(f’Eur) |
|||
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Spanja |
|||
ES/09/15 |
90 000 |
90 000 |
45 000 |
ES/09/26 |
89 656 |
89 656 |
85 174 |
Subtotal |
179 656 |
179 656 |
130 174 |
Franza |
|||
FR/09/04 |
1 098 000 |
1 098 000 |
366 000 |
FR/09/05 |
225 000 |
225 000 |
75 000 |
Subtotal |
1 323 000 |
1 323 000 |
441 000 |
Malta |
|||
MT/09/01 |
22 000 |
22 000 |
7 500 |
Subtotal |
22 000 |
22 000 |
7 500 |
Total |
1 524 656 |
1 524 656 |
578 674 |
ANNESS III
SISTEMI TA’ REĠISTRAZZJONI U TA’ RAPPURTAR ELETTRONIĊI
(f’Eur) |
|||
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Il-Belġju |
|||
BE/09/01 |
280 000 |
280 000 |
266 000 |
BE/09/02 |
300 000 |
300 000 |
285 000 |
Subtotal |
580 000 |
580 000 |
551 000 |
Il-Bulgarija |
|||
BG/09/06 |
25 000 |
25 000 |
23 750 |
BG/09/07 |
80 000 |
80 000 |
76 000 |
Subtotal |
105 000 |
105 000 |
99 750 |
Id-Danimarka |
|||
DK/09/06 |
268 352 |
268 352 |
254 935 |
Subtotal |
268 352 |
268 352 |
254 935 |
Spanja |
|||
ES/09/08 |
89 553 |
89 553 |
85 076 |
ES/09/09 |
31 732 |
31 732 |
30 146 |
ES/09/10 |
34 694 |
34 694 |
32 960 |
ES/09/11 |
72 764 |
72 764 |
69 126 |
ES/09/12 |
49 885 |
49 885 |
47 391 |
ES/09/13 |
7 431 |
0 |
0 |
ES/09/16 |
70 000 |
70 000 |
66 500 |
Subtotal |
356 059 |
348 628 |
331 199 |
Il-Litwanja |
|||
LT/09/01-02 |
353 000 |
353 000 |
335 350 |
Subtotal |
353 000 |
353 000 |
335 350 |
Malta |
|||
MT/09/02-01 |
8 400 |
8 400 |
7 980 |
MT/09/02-02 |
60 000 |
60 000 |
57 000 |
MT/09/02-03 |
2 000 |
2 000 |
1 900 |
MT/09/03 |
32 375 |
32 375 |
30 757 |
MT/09/04 |
97 200 |
97 200 |
92 340 |
Subtotal |
199 975 |
199 975 |
189 977 |
L-Olanda |
|||
NL/09/05 |
40 000 |
40 000 |
38 000 |
NL/09/13 |
200 000 |
200 000 |
190 000 |
Subtotal |
240 000 |
240 000 |
228 000 |
Il-Polonja |
|||
PL/09/04 |
64 883 |
64 883 |
61 639 |
PL/09/05-01 |
16 665 |
16 665 |
15 832 |
PL/09/05-04 |
18 443 |
18 443 |
17 521 |
PL/09/05-05 |
3 556 |
3 556 |
3 379 |
PL/09/05-07 |
25 000 |
25 000 |
23 750 |
PL/09/06 |
41 166 |
41 166 |
39 108 |
Subtotal |
169 713 |
169 713 |
161 229 |
Il-Portugall |
|||
PT/09/02-01 |
53 500 |
53 500 |
50 825 |
PT/09/02-02 |
53 500 |
53 500 |
50 825 |
PT/09/06-01 |
133 000 |
133 000 |
126 350 |
PT/09/06-02 |
53 500 |
53 500 |
50 825 |
PT/09/06-03 |
12 000 |
12 000 |
11 400 |
Subtotal |
305 500 |
305 500 |
290 225 |
Il-Finlandja |
|||
FI/09/04 |
550 000 |
550 000 |
522 500 |
Subtotal |
550 000 |
550 000 |
522 500 |
L-Iżvezja |
|||
SE/09/08 |
300 000 |
300 000 |
285 000 |
Subtotal |
300 000 |
300 000 |
285 000 |
Total |
3 427 599 |
3 420 168 |
3 249 165 |
ANNESS IV
TAGĦMIR TA' REĠISTRAZZJONI U TA' RAPPURTAR ELETTRONIKU
(f’Eur) |
|||
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Il-Belġju |
|||
BE/09/03 |
225 000 |
225 000 |
213 750 |
Subtotal |
225 000 |
225 000 |
213 750 |
Id-Danimarka |
|||
DK/09/07 |
134 176 |
134 176 |
127 468 |
Subtotal |
134 176 |
134 176 |
127 468 |
Il-Ġermanja |
|||
DE/09/05 |
90 000 |
90 000 |
85 500 |
Subtotal |
90 000 |
90 000 |
85 500 |
L-Estonja |
|||
EE/09/03 |
50 000 |
50 000 |
47 500 |
Subtotal |
50 000 |
50 000 |
47 500 |
Il-Greċja |
|||
EL/09/03 |
7 510 000 |
7 510 000 |
4 146 000 |
Subtotal |
7 510 000 |
7 510 000 |
4 146 000 |
Spanja |
|||
ES/09/14 |
2 000 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
2 000 000 |
0 |
0 |
Franza |
|||
FR/09/06 |
225 000 |
225 000 |
213 750 |
Subtotal |
225 000 |
225 000 |
213 750 |
Malta |
|||
MT/09/05 |
763 200 |
763 200 |
715 500 |
+ MT/09/02-04 |
|
|
|
Subtotal |
763 200 |
763 200 |
715 500 |
L-Olanda |
|||
NL/09/06 |
1 800 000 |
1 800 000 |
1 710 000 |
Subtotal |
1 800 000 |
1 800 000 |
1 710 000 |
Il-Polonja |
|||
PL/09/05-02 |
109 200 |
109 200 |
103 740 |
PL/09/05-03 |
46 800 |
46 800 |
44 460 |
PL/09/05-06 |
39 000 |
39 000 |
37 050 |
Subtotal |
195 000 |
195 000 |
185 250 |
Ir-Rumanija |
|||
RO/09/02 |
50 000 |
50 000 |
47 500 |
Subtotal |
50 000 |
50 000 |
47 500 |
L-Iżvezja |
|||
SE/09/09 |
300 000 |
300 000 |
285 000 |
SE/09/10 |
200 000 |
200 000 |
190 000 |
Subtotal |
500 000 |
500 000 |
475 000 |
Ir-Renju Unit |
|||
UK/09/02 |
418 896 |
418 896 |
397 952 |
Subtotal |
418 896 |
418 896 |
397 952 |
Total |
13 961 272 |
11 961 272 |
8 365 170 |
ANNESS V
PROĠETTI PILOTA
(f’Eur) |
|||
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Il-Bulgarija |
|||
BG/09/08 |
25 000 |
25 000 |
23 750 |
Subtotal |
25 000 |
25 000 |
23 750 |
Spanja |
|||
ES/09/34 |
96 887 |
96 887 |
92 043 |
Subtotal |
96 887 |
96 887 |
92 043 |
L-Iżvezja |
|||
SE/09/11 |
40 000 |
40 000 |
38 000 |
SE/09/12 |
200 000 |
200 000 |
190 000 |
Subtotal |
240 000 |
240 000 |
228 000 |
Total |
361 887 |
361 887 |
343 793 |
ANNESS VI
PROGRAMMI TA’ TAĦRIĠ U TA’ SKAMBJU
(f’Eur) |
|||
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Il-Bulgarija |
|||
BG/09/09 |
70 000 |
70 000 |
35 000 |
Subtotal |
70 000 |
70 000 |
35 000 |
Il-Ġermanja |
|||
DE/09/03 |
21 000 |
21 000 |
10 500 |
DE/09/04 |
5 000 |
5 000 |
2 500 |
Subtotal |
26 000 |
26 000 |
13 000 |
L-Estonja |
|||
EE/09/04 |
6 000 |
6 000 |
3 000 |
Subtotal |
6 000 |
6 000 |
3 000 |
L-Irlanda |
|||
IE/09/02 |
30 000 |
30 000 |
15 000 |
Subtotal |
30 000 |
30 000 |
15 000 |
Spanja |
|||
ES/09/17 |
25 920 |
25 920 |
12 960 |
ES/09/25 |
70 690 |
70 690 |
35 345 |
ES/09/33 |
22 000 |
22 000 |
11 000 |
Subtotal |
118 610 |
118 610 |
59 305 |
Franza |
|||
FR/09/07 |
115 000 |
115 000 |
57 500 |
Subtotal |
115 000 |
115 000 |
57 500 |
L-Italja |
|||
IT/09/02 |
6 871 585 |
0 |
0 |
IT/09/03 |
342 000 |
0 |
0 |
IT/09/04 |
26 340 |
26 340 |
13 170 |
IT/09/05 |
30 000 |
30 000 |
15 000 |
IT/09/06 |
880 000 |
880 000 |
440 000 |
Subtotal |
8 149 925 |
936 340 |
468 170 |
Il-Litwanja |
|||
LT/09/02 |
14 500 |
14 500 |
7 250 |
Subtotal |
14 500 |
14 500 |
7 250 |
Malta |
|||
MT/09/06 |
18 300 |
18 300 |
9 150 |
Subtotal |
18 300 |
18 300 |
9 150 |
L-Olanda |
|||
NL/09/14 |
45 000 |
45 000 |
22 500 |
NL/09/15 |
25 000 |
25 000 |
12 500 |
NL/09/16 |
45 000 |
45 000 |
22 500 |
Subtotal |
115 000 |
115 000 |
57 500 |
Il-Finlandja |
|||
FI/09/05 |
30 000 |
30 000 |
15 000 |
Subtotal |
30 000 |
30 000 |
15 000 |
L-Iżvezja |
|||
SE/09/13 |
50 000 |
50 000 |
25 000 |
Subtotal |
50 000 |
50 000 |
25 000 |
Ir-Renju Unit |
|||
UK/09/05 |
3 415 |
3 415 |
1 708 |
UK/09/06 |
27 456 |
27 456 |
13 728 |
UK/09/07 |
11 201 |
11 201 |
5 601 |
UK/09/08 |
29 141 |
29 141 |
14 571 |
UK/09/09 |
75 812 |
75 812 |
37 906 |
UK/09/10 |
18 031 |
0 |
0 |
UK/09/11 |
23 313 |
0 |
0 |
UK/09/12 |
46 443 |
0 |
0 |
UK/09/13 |
12 021 |
0 |
0 |
UK/09/14 |
3 643 |
0 |
0 |
UK/09/15 |
8 538 |
8 538 |
4 269 |
UK/09/17 |
6 830 |
6 830 |
3 415 |
UK/09/28 |
2 163 |
2 163 |
1 082 |
UK/09/29 |
797 |
0 |
0 |
UK/09/36 |
2 145 |
0 |
0 |
UK/09/38 |
975 |
975 |
488 |
UK/09/39 |
171 |
171 |
86 |
UK/09/49 |
3 415 |
3 415 |
1 708 |
UK/09/50 |
530 |
0 |
0 |
UK/09/51 |
3 415 |
3 415 |
1 708 |
UK/09/52 |
5 692 |
5 692 |
2 846 |
UK/09/61 |
2 277 |
2 277 |
1 139 |
UK/09/62 |
2 049 |
2 049 |
1 025 |
UK/09/63 |
1 025 |
1 025 |
513 |
Subtotal |
290 498 |
183 575 |
91 793 |
Total |
9 033 833 |
1 713 325 |
856 668 |
ANNESS VII
SKEMI PILOTA TA’ SPEZZJONI U OSSERVAZJONI
(f’Eur) |
|||
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Ir-Renju Unit |
|||
UK/09/40 |
11 384 |
11 384 |
5 692 |
UK/09/53 |
18 213 |
0 |
0 |
UK/09/54 |
36 426 |
0 |
0 |
Subtotal |
66 023 |
11 384 |
5 692 |
Total |
66 023 |
11 384 |
5 692 |
ANNESS VIII
ANALIŻI U VALUTAZZJONI TAL-ISPIŻA
(f’Eur) |
|||
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Il-Bulgarija |
|||
BG/09/10 |
12 000 |
12 000 |
6 000 |
Subtotal |
12 000 |
12 000 |
6 000 |
Total |
12 000 |
12 000 |
6 000 |
ANNESS IX
INIZJATTIVA GĦAT-TRAWWIM TA’ KUXJENZA DWAR IR-REGOLI TAL-PKS
(f’Eur) |
|||
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Spanja |
|||
ES/09/27 |
165 518 |
165 518 |
124 139 |
Subtotal |
165 518 |
165 518 |
124 139 |
Franza |
|||
FR/09/08 |
15 000 |
10 000 |
7 500 |
Subtotal |
15 000 |
10 000 |
7 500 |
L-Italja |
|||
IT/09/07 |
200 000 |
0 |
0 |
IT/09/08 |
140 000 |
140 000 |
105 000 |
IT/09/09 |
120 000 |
120 000 |
90 000 |
IT/09/10 |
110 000 |
110 000 |
82 500 |
Subtotal |
570 000 |
370 000 |
277 500 |
Il-Litwanja |
|||
LT/09/03 |
13 400 |
13 400 |
10 050 |
Subtotal |
13 400 |
13 400 |
10 050 |
Il-Finlandja |
|||
FI/09/06 |
5 000 |
5 000 |
4 750 |
Subtotal |
5 000 |
5 000 |
4 750 |
L-Iżvezja |
|||
SE/09/14 |
100 000 |
100 000 |
75 000 |
Subtotal |
100 000 |
100 000 |
75 000 |
Ir-Renju Unit |
|||
UK/09/18 |
11 384 |
0 |
0 |
UK/09/19 |
11 384 |
0 |
0 |
UK/09/20 |
8 538 |
0 |
0 |
UK/09/21 |
22 767 |
0 |
0 |
UK/09/22 |
17 075 |
17 075 |
12 807 |
UK/09/23 |
17 075 |
17 075 |
12 807 |
UK/09/55 |
911 |
0 |
0 |
Subtotal |
89 134 |
34 150 |
25 614 |
Total |
958 052 |
698 068 |
524 553 |
ANNESS X
BASTIMENTI U INĠENJI TAL-AJRU TAL-GĦASSA
(f’Eur) |
|||
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Il-Greċja |
|||
EL/09/04 |
3 000 000 |
1 050 000 |
525 000 |
EL/09/05 |
4 647 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
7 647 000 |
1 050 000 |
525 000 |
Spanja |
|||
ES/09/18 |
3 000 000 |
3 000 000 |
1 500 000 |
ES/09/19 |
2 000 000 |
2 000 000 |
1 000 000 |
ES/09/20 |
1 344 450 |
1 344 450 |
672 470 |
ES/09/21 |
1 397 414 |
1 397 414 |
698 707 |
ES/09/22 |
34 483 |
0 |
0 |
ES/09/23 |
84 207 |
0 |
0 |
ES/09/29 |
92 400 |
0 |
0 |
ES/09/30 |
3 381 840 |
3 381 840 |
1 690 920 |
ES/09/31 |
130 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
11 464 794 |
11 123 704 |
5 562 097 |
Franza |
|||
FR/09/09 |
150 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
150 000 |
0 |
0 |
L-Italja |
|||
IT/09/11 |
5 000 000 |
5 000 000 |
2 500 000 |
IT/09/12 |
3 700 000 |
0 |
0 |
IT/09/13 |
1 950 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
10 650 000 |
5 000 000 |
2 500 000 |
L-Olanda |
|||
NL/09/07 |
25 000 |
0 |
0 |
NL/09/08 |
70 000 |
0 |
0 |
NL/09/09 |
100 000 |
0 |
0 |
NL/09/10 |
100 000 |
0 |
0 |
NL/09/17 |
70 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
365 000 |
0 |
0 |
Ir-Rumanija |
|||
RO/09/03 |
15 000 |
15 000 |
7 500 |
Subtotal |
15 000 |
15 000 |
7 500 |
Il-Finlandja |
|||
FI/09/07 |
100 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
100 000 |
0 |
0 |
Ir-Renju Unit |
|||
UK/09/24 |
2 845 760 |
2 561 184 |
1 280 592 |
UK/09/31 |
48 378 |
0 |
0 |
UK/09/32 |
19 921 |
0 |
0 |
UK/09/33 |
2 846 |
0 |
0 |
UK/09/41 |
45 886 |
0 |
0 |
UK/09/42 |
24 851 |
0 |
0 |
UK/09/56 |
25 043 |
0 |
0 |
UK/09/57 |
11 839 |
0 |
0 |
UK/09/58 |
22 767 |
22 767 |
11 384 |
UK/09/59 |
56 916 |
56 916 |
28 458 |
UK/09/66 |
5 692 |
5 692 |
2 846 |
Subtotal |
3 109 899 |
2 646 559 |
1 323 280 |
Total |
33 501 693 |
19 835 263 |
9 917 877 |