3.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 260/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Settembru 2009
li taħtar membru Belġjan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2009/732/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/651/KE, Euratom (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Josly PIETTE sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Huwa b’dan maħtur is-Sur Claude ROLIN, Secrétaire général de la Confédération des Syndicats chrétiens de Belgique (CSC) – Groupe des salariés (Grupp II), bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BILLSTRÖM
(1) ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13.