30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUSEC/1/2009

tal-25 ta' Settembru 2009

dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

(2009/723/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/709/PESK tal-15 ta' Settembru 2009 dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8 tal-Azzjoni Konġunta 2009/709/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet sussegwenti dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni.

(2)

Fl-24 ta' Ġunju 2008, Jean-Paul MICHEL inħatar Kap tal-Missjoni għall-EUSEC RD Congo.

(3)

Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra mill-ġdid ta' Jean-Paul MICHEL bħala l-Kap tal-Missjoni għall-EUSEC RD Congo.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Jean-Paul MICHEL huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni għall-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma fil-qasam tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fl-1 ta' Ottubru 2009.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 246, 18.9.2009, p. 33.