30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Settembru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2003/324/KE rigward deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intraspeċje għall-annimali tal-pil fil-Latvja

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5550)

(It-testi bl-Estonjan, bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(2009/722/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jistipula regoli ta' saħħa dwar prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 22(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprevedi projbizzjoni fuq l-għalf tal-annimali bi proteina tal-annimali proċessata derivata minn annimali tal-istess speċi. Wara li kkonsultat il-kumitati xjentifiċi xierqa jistgħu jingħataw derogi minn dik ir-regola fir-rigward ta' annimali bil-pil.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/324/KE tat-12 ta' Mejju 2003 rigward deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intraspeċje għall-annimali tal-pil li taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) issemmi l-Istati Membri li huma awtorizzati li jagħmlu użu minn dik id-deroga, l-ispeċi li jistgħu jintemgħu bi proteina proċessata tal-annimali derivata mill-annimali tal-istess speċi, u tistipula r-regoli li taħthom jista' jseħħ l-għalf.

(3)

Il-Latvja ressqet talba għal droga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intraspeċje għall-annimali tal-pil u ressqet informazzjoni sodisfaċenti dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat il-kontroll ta' riskji għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali.

(4)

Id-Deċiżjoni 2003/324/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2003/324/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Id-deroga għall-Estonja, il-Latvja u l-Finlandja

1.   Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, tingħata deroga lill-Estonja, il-Latvja u l-Finlandja rigward l-għalf tal-annimali tal-pil li ġejjin ma' proteina proċessata tal-annimali derivata mill-iġsma jew partijiet ta' iġsma ta' annimali tal-istess speċi:

(a)

volpijiet (Vulpes vulpes u Alopex lagopus); kif ukoll

(b)

klieb raccoon (Nycteroites procynoides).

2.   Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, tingħata deroga lill-Estonja, il-Latvja u l-Finlandja rigward l-għalf tal-annimali tal-pil tal-ispeċi tal-mink Amerikan (Mustela vison) ma' proteina proċessata tal-annimali derivata mill-iġsma jew partijiet ta' iġsma ta' annimali tal-istess speċi:”

(2)

L-Artikolu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-konformità ma' din id-Deċiżjoni

L-Estonja, il-Latvja u l-Finlandja għandhom jieħu l-miżuri meħtieġa minnufih biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni, u jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.”

(3)

L-Artikolu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Finlandja.”

Artikolu 2

Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Finlandja.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(2)   ĠU L 117, 13.5.2003, p. 37.