19.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Settembru 2009

taħtar membru Olandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2009/711/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Il-post ta’ membru wieħed fil-Kumitat tar-Reġjuni sar battal wara r-riżenja tas-Sinjura Johanna MAIJ-WEGGEN,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

Is-Sinjura Karla M.H. PEIJS, Commissaris der Koningin in de provincie Zeeland,

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)   ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.