12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Settembru 2009

li taħtar membru Olandiż u membru supplenti Olandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2009/701/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Wara r-riżenja tas-Sur Co VERDAAS sar vakanti l-post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Wara r-riżernja tas-Sur Dick BUURSINK, membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti post ta’ membru supplenti,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Dick BUURSINK, Gedeputeerde van de provincie Gelderland,

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Co VERDAAS, Gedeputeerde van de provincie Overijssel,

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.