3.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 231/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Settembru 2009
li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/48/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-ipovalicarb, il-prosulfuron u s-sulfosulfuron bħala sustanzi attivi
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 6612)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/685/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/48/KE (2) fiha żbalji dwar il-perjodu ta' inklużjoni tas-sustanzi attivi: iprovalicarb, prosulfuron u sulfosulfuron. Dawn l-iżbalji jridu jiġu kkoreġuti. |
(2) |
Il-miżura prevista f'din id-Deċiżjoni hija skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Direttiva 2002/48/KE hu kkoreġut kif ġej:
(1) |
Fl-entrata għal iprovalicarb fis-sitt kolonna, il-kliem “30 ta' Ġunju 2011” jinbidlu bil-kliem “30 ta' Ġunju 2012”. |
(2) |
Fl-entrata għal prosulfuron fis-sitt kolonna, il-kliem “30 ta' Ġunju 2011” jinbidlu bil-kliem “30 ta' Ġunju 2012”. |
(3) |
Fl-entrata għal sulfosulfuron fis-sitt kolonna, il-kliem “30 ta' Ġunju 2011” jinbidlu bil-kliem “30 ta' Ġunju 2012”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 148, 6.6.2002, p. 19.