|
21.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 217/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Awwissu 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Irlanda ta’ Fuq fil-lista ta’ reġjuni fejn hemm stabbilit programm approvat ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 6394)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/621/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u suwini. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jipprovdi l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll nazzjonali obbligatorji għal ċerti mardiet li jittieħdu, fosthom il-marda Aujeszky. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (2) tistipula garanziji addizzjonali għal movimenti ta’ ħnieżer bejn l-Istati Membri. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri skont l-istat tal-marda. |
|
(3) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn hemm stabbiliti programmi ta’ kontroll approvati għall-marda Aujeszky. |
|
(4) |
Ir-Renju Unit ippreżenta dokumentazzjoni ta’ sostenn lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istatus tal-marda Aujeszky fl-Irlanda ta’ Fuq. Programm ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky ilu implimentat għal bosta snin. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni investigat id-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Istat Membru u sabet li l-programm ta’ kontroll nazzjonali jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Għaldaqstant, l-Irlanda ta’ Fuq għandha tiġi inkluża fil-lista stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 2008/185/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, l-20 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
“ANNESS II
Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn huma stabbiliti programmi ta’ kontroll tal-marda Aujeszky
|
Kodiċi ISO |
L-Istat Membru |
Ir-reġjuni |
|
BE |
Il-Belġju |
Ir-reġjuni kollha |
|
ES |
Spanja |
It-territorju tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Galicia, País Vasco, Asturias, Cantabria, Navarra, La Rioja. It-territorju tal-provinċji ta’ León, Zamora, Palencia, Burgos, Valladolid u Ávila fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León It-territorju tal-provinċja ta’ Las Palmas fil-Gżejjer Kanarji |
|
HU |
L-Ungerija |
Ir-reġjuni kollha |
|
IT |
L-Italja |
Il-provinċja ta’ Bolzano |
|
UK |
Ir-Renju Unit |
Ir-reġjuni kollha fl-Irlanda ta’ Fuq” |