19.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUMM GEORGIA/1/2009

tal-31 ta' Lulju 2009

dwar l-estensjoni tal-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

(2009/619/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK tal-15 ta' Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, konformement mal-Artikolu 25 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u ta' direzzjoni strateġika tal-EUMM Georgia, u b'mod partikolari biex jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-16 ta' Settembru 2008, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, il-KPS ħatar bid-Deċiżjoni tiegħu EUMM/1/2008 (2) lis-Sur Hansjörg HABER bħala Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia sal-15 ta' Settembru 2009.

(3)

Fis-16 ta' Lulju 2009, is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona lill-KPS li jestendi l-mandat tas-Sur Hansjörg HABER għal sena oħra, sal-15 ta' Settembru 2010.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Hansjörg HABER bħala Kap tal-Missjoni tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia) huwa b'dan estiż sal-15 ta' Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika sal-15 ta' Settembru 2010.

Magħmula fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26.

(2)  ĠU L 319, 29.11.2008, p. 79