|
17.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 137/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Ġunju 2009
li taħtar membru Spanjol u membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni
2009/C 137/02
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010 (1). |
|
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Emilio PÉREZ TOURIŇO sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Julio César FERNÁNDEZ MATO sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010:
|
(a) |
bħala membru:
u |
|
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula fil-Lussemburgu, 15 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ŠEBESTA
(1) ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.