|
27.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ April 2007
rigward il-miżura ta’ għajnuna imwettqa mill-Belġju favur l-InterFerryBoats (C 46/05 (ex NN 9/04 u ex N 55/05))
(notifikata bid-dokument numru C(2007) 1180)
(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/608/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 88 tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-ftehim rigward iż-Żona Ekonomika Ewropea, u partikolarment il-punt a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 62 tiegħu
Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom skont l-imsemmija Artikoli,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Każ NN 9/04 u N 55/05
|
(1) |
Permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Awwissu 2003, irreġistrata fil-Kummissjoni Ewropea fl-20 ta’ Awwissu 2003 (TREN/A(03)27718), l-awtoritajiet Belġjani nnotifikaw il-miżuri ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturazzjoni, mogħtija mis-Soċjetà Nazzjonali tal-Ferroviji Belġjani (SNCB) lill-kumpannija sussidjarja tagħha Inter Ferry Boats (IFB) permezz ta’ kuntratt ta’ qafas konkluż fis-7 ta’ April 2003, skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 88 tat-Trattat. |
|
(2) |
Fit-13 ta’ Ottubru 2003 (D(03)17546), il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jipprovdu informazzjoni supplementari lill-Kummissjoni. Laqgħa bilaterali rigward dan is-suġġett mal-awtoritajiet Belġjani seħħet fit-12 ta’ Diċembru 2003. Matul din il-laqgħa, il-pjan ta’ ristrutturazzjoni għall-IFB ġie ppreżentat lill-Kummissjoni. |
|
(3) |
L-awtoritajiet Belġjani rrispondew għall-ittra tal-Kummissjoni b’ittra fis-7 ta’ Jannar 2004, irreġistrata fil-Kummissjoni fit-13 ta’ Jannar 2004 (TREN/A(04)10708). F’din l-ittra, jirriżulta li l-miżuri nnotifikati ġew mogħtija. Għalhekk, il-każ ġie rreġistrat taħt in-numru NN 9/2004. Laqgħa oħra saret fit-30 ta’ April 2004. L-awtoritajiet Belġjani bagħtu dokumenti supplementari, mitluba mill-Kummissjoni matul din il-laqgħa, permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Ġunju 2004, irreġistrata fil-Kummissjoni fil-21 ta’ Ġunju 2004 (TREN/A(04)23691). |
|
(4) |
Permezz ta’ ittra fis-26 ta’ Jannar 2005 (D(05)100339), il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jipprovdu informazzjoni supplementari, li ngħatat permezz ta’ ittra datata l-25 ta’ Marzu 2005, irreġistrata fil-Kummissjoni fit-30 ta’ Marzu 2005 (TREN/A(05)7712). |
|
(5) |
Permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Jannar 2005 (SG(2005)A1133), l-awtoritajiet Belġjani infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni ta’ SNCB li tipproċedi għal żjieda fil-kapital supplementari ta’ IFB, li ma kienitx prevista fil-ftehim mgħarraf fit-12 ta’ Awwissu 2003. Il-Kummissjoni rreġistrat dan il-każ bħala notifika taħt in-numru N 55/2005. |
|
(6) |
Permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Marzu 2005 (D(05)106199), il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jipprovdu informazzjoni supplementari, li ġiet mogħtija permezz ta’ ittra tat-28 ta’ April 2005, irreġistrata fil-Kummissjoni fit- 3 ta’ Mejju 2005 (SG(2005)A(05)4155). |
|
(7) |
Permezz ta’ ittra tal-31 ta’ Mejju 2005 (D(05)111096), il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jipprovdu informazzjoni supplementari, li ġiet mogħtija permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Ġunju 2005, irreġistrata fil-Kummissjoni fl-1 ta’ Lulju 2005 (TREN/A(05)16598). |
|
(8) |
Fis-16 ta’ Settembru 2005, ġiet organizzata laqgħa ta’ ħidma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Belġjani. Matul din il-laqgħa, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jagħtu informazzjoni supplementari, li ġiet mogħtija permezz ta’ ittra fil-21 ta’ Ottubru 2005, irreġistrata fil-Kummissjoni fl-24 ta’ Ottubru 2005 (TREN/A(05)27067). |
1.2. Il-każ C 46/05
|
(9) |
Permezz ta’ ittra tas-7 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni infurmat lill-Belġju bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura prevista fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 88 tat-Trattat fir-rigward tal-miżuri diskussi. |
|
(10) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (1). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżura diskussa. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda osservazzjoni dwar dan is-suġġett min-naħa ta’ partijiet terzi interessati. |
|
(11) |
Il-Belġju rrisponda għall-ittra tal-ftuħ tal-proċedura peremzz ta’ ittra fl-14 ta’ Frar 2006, irreġistrata fil-Kummissjoni fil-15 ta’ Frar 2006 bin-numru TREN/A/13934. Permezz tal-istess ittra tal-14 ta’ Frar 2006, il-Belġju rtira in-notifika tat-28 ta’ Jannar 2005. |
|
(12) |
Laqgħat ta’ ħidma bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Belġjani seħħew fl-1 ta’ Ġunju 2006 u fil-25 ta’ Lulju 2006. L-awtoritajiet Belġjani kkomunikaw informazzjoni supplementari lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra fid-29 ta’ Ġunju 2006, irreġistrata mill-Kummissjoni fl-istess jum taħt in-numru TREN/A/25806, permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Settembru 2006, irreġistrata fl-istess jum bin-numru TREN/A/32665, u permezz ta’ emails fis-16 u l-21 ta’ Novembru 2006, irreġistrati bin-numri TREN/A/37638 u TREN/A/37981. |
|
(13) |
Permezz ta’ ittra fit-30 ta’ Novembru 2006, li l-Kummissjoni rċeviet fil-5 ta’ Diċmebru 2006 u rreġistrata bin-numru TREN/A/39219, l-awtoritajiet Belġjani kkomunikaw ittra tas-Sur Karel Vinck li tirrigwarda dan il-fajl. L-awtoritajiet Belġjani bagħtu din l-ittra sabiex jipprovaw it-teżi tagħhom fejn d-deċiżjonijiet ta’ SNCB f’dan il-każ ma kinux jistgħu jiġu attribwiti lill-Belġju, imma biss għal SNCB. |
|
(14) |
Permezz ta’ ittra fil-5 ta’ Frar 2007 (D(07)302095), il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jipprovdu informazzjoni supplementari. Il-Belġju kkomunika din l-informazzjoni permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Frar 2007, irreġistrata fil-Kummissjoni fis-7 ta’ Frar 2007 (A(07)24246), permezz ta’ ittra fit-8 ta’ Frar 2007, irreġistrata fil-Kummissjoni fid-9 ta’ Frar 2007 (A(07)23613), permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Frar 2007, irreġistrata fil-Kummissjoni fil-15 ta’ Frar 2007 (A(07)24201), u permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Frar 2007, irreġistrata fil-Kummissjoni fis-16 ta’ Frar 2007 (A(07)24362). |
|
(15) |
Permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Marzu 2007 (D(07)306248), u matul laqgħa ta’ ħidma li seħħet fis-16 ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jipprovdu informazzjoni supplementari. Il-Belġju kkomunika din l-informazzjoni permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Marzu 2007, irreġistrata fil-Kummissjoni fl-istess jum (A(07)28411). |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI TA’ SALVATAĠĠ U TA’ RISTRUTTURAZZJONI
2.1. Il-partijiet tal-kuntratt ta’ qafas rigward is-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni tal-IFB
2.1.1. IFB
2.1.1.1.
|
(16) |
IFB hija kumpannija bl-ishma tal-liġi Belġjana. SNCB għandha 89.03 % tal-kapital soċjali. L-azzjonisti l-oħra huma CNC Transports, kumpannija sussidjarja b’93,8 % ta’ SNCF (7,41 %), ICF (2,08 %), u EWS (English Welsh and Scottish Railway – 1,22 %). |
|
(17) |
IFB inħolqot fl-1 ta’ April 1998 permezz tal-unjoni tat-tliet soċjetajiet li ġejjin: Ferry Boats SA, Interferry SA u d-dipartiment “tal-ferrovija” ta’ Edmond Depaire Ltd. Kif wera l-Belġju permezz ta’ silta mir-reġistru tas-soċjetajiet, din l-unjoni kienet amalgamazzjoni permezz ta’ takeover, fejn Ferry Boats SA assorbiet lil Interferry SA; minħabba dan, id-dipartiment tal-ferrovija ta’ Edmond Depaire SA ġie mgħaqqad mal-entità amalgamata. IFB għalhekk tkompli l-personalità ġuridika ta’ Ferry Boats, li nħolqot fl-1923. |
|
(18) |
IFB tagħmel primarjament żewġ tipi ta’ attivitajiet, il-loġistika għat-trasport bil-ferrovija u t-trasport ikkumbinat (“IFB Logistics”) u l-użu tat-terminali tal-kontinent għat-trasport ikkumbinat (“IFB Terminals”). L-attivitajiet tal-intrapriża ġew deskritti fid-dettall fl-ittra tal-ftuħ tal-proċedura formali tal-eżami, il-punti 16 sa 29. |
|
(19) |
Ma’ dawn l-attivitajiet, iridu jiġu miżjuda il-holdings u s-sussidjarji li l-IFB għandha jew kellha fil-Belġju u barra l-pajjiż f’soċjetajiet li jużaw terminali tal-baħar u tal-kontinent kif ukoll f’soċjetajiet ta’ trasport. Dawn il-holdings u s-sussidjarji ġew deskritti fid-dettall fil-punt 30 u l-punti ta’ wara tal-ittra tal-ftuħ tal-proċedura formali tal-eżami. Il-Belġju informa lill-Kummissjoni li ċerta informazzjoni fattwali kontenuta fl-ittra tal-ftuħ ma kinitx kompletament korretta, jiġifieri evolviet wara. Il-bdil fattwali li seħħ wara l-ittra tal-ftuħ tal-proċedura huwa deskritt fil-punti li ġejjin. Għall-bqija; dan huwa ttrattat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-punti 30 sa 49). |
|
(20) |
Holdings tal-IFB fit-terminali tal-Belġju. IFB m’għadiex topera mit-terminal ta’ Zeebrugge. Fil-punt 39 tal-ittra tal-ftuħ, hemm miktub li din biegħet l-ishma tagħha lill-grupp ta’ interess OCHZ. Fil-verità, IFB biegħet l-ishma tagħha lil Hesse-Noord Natie, kumpannija li magħha kienet tuża dan it-terminal. |
|
(21) |
Fil-punt 41 tal-ittra tal-ftuħ hemm miktub li l-IFB għandha 16,76 % tas-soċjetà Dry Port Mouscron-Lille. Il-Belġju informa lill-Kummissjoni li, wara żjieda ta’ kapital tas-soċjetà fid-29 ta’ Ġunju 2006, li l-IFB ma pparteċipatx fiha, kif ukoll wara d-dħul ta’ investitur privat, DELCATRANS, fil-kapital tas-soċjetà, il-holding tagħha tnaqqset għal 11,07 % |
|
(22) |
Holding tal-IFB f’terminali fi Franza. IFB biegħet il-holding tagħha ta’ 30 % fis-soċjetà Nord France Terminal International OU (minn issa ′l quddiem NFTI-ou) fil-ħarifa 2006 lil CMA-CGM. Wara din it-tranżazzjoni, IFB fi Franza għandha biss sehem ta’ 2 % fis-soċjetà CNC transports, li wara dan ġiet imsemmija Naviland Cargo. |
2.1.1.2.
|
(23) |
Il-Kummissjoni stabbiliet, fid-deċiżjoni tal-ftuħ (punti 50 sa 54) li għall- attivitajiet tal-IFB Logistique, kien neċessarju li ssir distinzjoni bejn żewġ swieq ta’ prodotti differenti, jiġifieri l-attivitajiet ta’ forwarding u l-attivitajiet ta’ loġistika. Dawn is-swieq ġew definiti bħala swieq nazzjonali, u l-parti tas-suq ta’ IFB Logistics ġiet ikkalkulata li kienet bejn 2 % u 5 %. |
|
(24) |
Fir-rigward tas-suq tat-terminali, id-deċiżjoni tal-ftuħ (il-punti 55 sa 59) ipproċediet għal distinzjoni bejn it-terminali tal-kontinent u t-terminali marittimi. Sadanitant, IFB iddiżinvestiet il-holdings kollha tagħha fit-terminali marittimi. La l-partijiet interessati, u l-anqas il-Belġju ma kkontestaw id-definizzjoni li tinstab fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(25) |
Is-suq tal-merkanzja tal-ferrovija huwa suq marbut ma’ dawn iż-żewġ swieq. Sa mill-2003, dan kien miftuħ għat-trasport ta’ merkanzija internazzjonali li jitilqu mill-Belġju u li ser jaslu l-Belġju, bħalma hu stipulat fid-Direttiva 91/440/KEE tal-Kunsill, tad-29 ta’ Lulju 1991, rigward l-iżvilupp tal-ferroviji Komunitarji (2). Dan il-ftuħ fil-merkanzija internazzjonali ġie kompletat bil-ftuħ tas-suq ta’ merkanzija nazzjonali fl-1 ta’ Jannar 2007, li huwa stipulat mid-Direttiva 91/440/KEE, u li ġie implimentat fil-Belġju permezz ta’ digriet irjali tat-13 ta’ Diċembru 2005. |
2.1.2. SNCB
|
(26) |
SNCB ġiet maħluqa mil-liġi tal-Belġju tat-23 ta’ Lulju 1926 fejn inħolqot is-Soċjetà Nazzjonali tal-Ferroviji Belġjani. (3) Mill-14 ta’ Ottubru 1992, (4) din hija intrapriża pubblika awtonoma u kumpannija bl-ishma ta’ dritt pubbliku (5). |
|
(27) |
L-Istat tal-Belġju rriforma l-istruttura ta’ SNCB fl-1 ta’ Jannar 2005. Din ġiet maqsuma fi tliet soċjetajiet distinti, jiġifieri:
L-Istat tal-Belġju għandu 100 % tal-partijiet soċjali ta’ SNCB Holding. |
|
(28) |
L-entitajiet ta’ ġestjoni tas-SNCB huma l-Kunsill tal-amministrazzjoni, il-Kumitat tad-Direzzjoni u l-Amministratur delegat. Il-Kunsill tal-Amministrazzjoni huwa magħmul minn 10 membri, inkluż l-Amministratur delegat. L-amministraturi huma magħżula mir-Re, permezz ta’ deċiżjoni deliberata fil-Kunsill tal-Ministri. |
|
(29) |
Il-Gvern tal-Belġju huwa rrappreżentat fil-Kunsill tal-Amministrazzjoni minn Kummissarju tal-Gvern. Il-Kummissarju tal-Gvern jista’ jibda proċeduri mal-awtoritajiet Belġjani sabiex jannulla deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni rigward suġġett barrani għat-twettiq tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku jekk din id-deċiżjoni “toħloq […] preġudizzju għall-implimentazzjoni tal-ħidmiet ta’ servizz pubbliku” (sentenza 2 tal-Artikolu 23 tal-liġi). |
2.2. Id-diffikultajiet finanzjarji li IFB ltaqgħat magħhom fl-2001 u l-2002
|
(30) |
L-ewwelnett jistgħu jiġu analizzati r-raġunijiet fil-bidu tad-diffikultajiet finanzjarji, u li wara tingħata deskrizzjoni għar-reazzjoni tad-diriġenti ta’ IFB u ta’ SNCB. |
2.2.1. Id-diffikultajiet finanzjarji
|
(31) |
Ir-raġuni prinċipali tad-diffikultajiet tal-IFB tinsab fid-diffikultajiet finanzjarji li din iltaqgħat magħhom minħabba l-holdings tagħha fi Franza, li kollha jinstabu fil-port ta’ Dunkerque, fl-2001 u fl-2002. Id-diffikultajiet finanzjarji kienu jikkonċernaw ukoll l-attivitajiet ta’ “IFB Logistics” u “IFB Terminals”, li kienu qed jagħmlu telf matul l-2002. |
|
(32) |
Kif hu indikat fit-grafika 1, l-ammont totali ta’ telf ta’ IFB għas-sena finanzjarja 2002 tela’ għal EUR 110 miljun. EUR 12,2 miljun kienu jikkonċernaw telf ta’ esplojtazzjoni qabel ma ġew adattati l-kontijiet fil-livell ta’ IFB Logistics (EUR 4,7 miljun) u ta’ IFB Terminals (EUR 7,5 miljun). Ma’ dan jiżdied telf ta’ esplojtazzjoni ta’ EUR 1,2 miljun fil-livell tal-holding f’OCHZ. Dan it-telf, li jammonta għal EUR 13,4 miljun, jikkostitwixxi 12 % tat-telf totali. Il-bilanċ tat-telf fl-2002, jiġifieri EUR 96,6 miljun, kien ġej mit-tnaqqis fil-valur u fil-proviżjonijiet fil-qafas tal-adattazzjoni tal-kontijiet neċessarji wara l-problemi li s-soċjetà ltaqgħat magħhom fi Franza u fil-Belġju. 75 % ta’ dan it-tnaqqis ta’ valur u proviżjonijiet ġej mill-holdings ta’ IFB. Fuq din il-parti, 76 % jikkonċernaw il-holdings fi Franza. Grafika 1 Analiżi tat-telf fl (F’miljuni ta’ EUR)
|
2.2.2. Sors: Pjan ta’ ristrutturazzjoni ta, IFB, 24.3.2003; IFBControllin
|
(33) |
Sa mit-tmiem tas-sena 2000, IFB ma ħallsitx aktar il-fatturi li bagħtitilha SNCB għas-servizzi ta’ ferrovija tagħha. Fl-2001 u fuq kollox fl-2002, IFB kompliet b’din il-prattika, li ġiet tollerata minn SNCB. Għalhekk, IFB sabet ruħha fl-aħħar ta’ Jannar 2003 b’fatturi ta’ SNCB mhux imħallsa għal valur totali ta’ EUR 63 miljun. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ dawn il-fatturi jispjega għalfejn IFB setgħet tkompli topera minkejja d-diffikultajiet finanzjarji gravi. |
|
(34) |
Fil-21 ta’ Mejju 2002, il-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ IFB iddeċieda li wara t-telf li sofrew mit-tmiem tas-sena 2000, il-kapital naqas, u laħaq ammont inferjuri għal nofs il-kapital soċjali. Kif stipulat fl-Artikolu 633 tal-Kodiċi tas-Soċjetajiet Belġjani, IFB sejħet assemblea ġenerali straordinarja tal-azzjonisti ta’ IFB. |
|
(35) |
Matul din l-assemblea, SNCB, bħala l-azzjonist maġġuri, ippreżentat l-impenn tagħha biex issostni lil IFB għall-ispejjeż tal-ħidma permezz ta’ ħlas bil-quddiem ta’ flus ta’ EUR 2,5 miljun. Dan l-impenn ta’ SNCB kien ġie approvat mill-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB. Fuq il-bażi ta’ dan l-impenn, l-azzjonisti ddeċidew li proviżorjament ikomplu l-attivitajiet ta’ IFB, u talbu lill-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ IFB biex jelaboraw pjan ta’ ristrutturazzjoni komplet li jinkludi s-sussidjarji u l-ġestjoni tat-terminali. |
|
(36) |
Il-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB, matul il-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Lulju 2002, għamel punt rigward is-sitwazzjoni tas-sussidjarja tiegħu IFB. L-amministratur delegat ta’ IFB ippreżenta s-sitwazzjoni tal-grupp; wara l-Kunsill tal-Amministrazzjoni ħa d-deċiżjoni li ġejja: “Il-Kunsill jimmarka l-ftehim tiegħu rigward kontribuzzjoni ta’ EUR 2.5 miljun neċessarji biex jiżguraw il-bżonnijiet ta’ flus u jiggarantixxu l-kontinwità ta’ IFB sat-tmiem ta’ Ottubru 2002 (dan l-ammont ser jikkostitwixxi ħlas bil-quddiem fuq żjieda probabli tal-kapital).” |
|
(37) |
Matul it-tieni semestru tal-2002, wara l-approvazzjoni mill-Kunsill tal-Amministrazzjoni, il-ħlas bil-quddiem ta’ EUR 2 500 000 tħallas minn SNCB lil IFB, skont l-iskeda li ġejja:
|
|
(38) |
Dan il-ħlas bil-quddiem kellu interessi ta’ aktar minn 3,1 %; dan tħallas lura kompletament f’Lulju 2003. Dan il-ħlas lura sar f’żewġ partijiet:
|
|
(39) |
Fid-19 ta’ Settembru 2002, l-amministratur delegat ta’ IFB ħatar żewġ reviżuri biex jippreparaw rapport speċjali sabiex jevalwaw is-sitwazzjoni finanzjarja tal-intrapriża. Meta tqiesu l-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport, ippreżentat lil IFB fl-4 ta’ Diċembru 2002 u wara lil SNCB, il-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB ta l-approvazzjoni tiegħu fil-prinċipju, fl-20 ta’ Diċembru 2002, li jissottoskrivi żjieda ta’ kapital lil IFB. Fl-24 ta’ Diċembru 2002, l-Assemblea Ġenerali straordinarja tal-Azzjonisti (“AGE”) ta’ IFB aċċettat ukoll din il-proposta. |
|
(40) |
Id-direzzjoni ta’ IFB, bl-appoġġ tal-konsulent McKinsey, elaborat pjan ta’ ristrutturazzjoni għal IFB. Dan il-pjan ta’ ristrutturazzjoni, li huwa deskritt fid-dettall fil-punti 73 sa 86 ta’ din id-deċiżjoni, ġie approvat mill-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ IFB fit-23 ta’ Marzu 2003. |
|
(41) |
Wara dan, il-qafas operattiv taż-żewġ soċjetajiet (IFB u SNCB) iffissa d-dettalji ta’ salvataġġ u tar-ristrutturazzjoni ta’ IFB f’ “kuntratt ta’ qafas rigward ir-ristrutturazzjoni ta’ IFB”, li ġie ffirmat bejn iż-żewġ soċjetajiet fis-7 ta’ April 2003. Matul AGE ieħor, l-azzjonisti ta’ IFB immarkaw l-approvazzjoni tagħhom mat-tkomplija tal-attivitajiet ta’ IFB fuq il-bażi ta’ dan il-kuntratt ta’ qafas. |
2.3. Il-miżuri ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturazzjoni ta’ “kuntratt ta’ qafas bejn SNCB u IFB rigward ir-ristrutturazzjoni ta’ IFB” tas-7 ta’ April 2003
|
(42) |
L-Artikolu 2 tal-kuntratt ta’ qafas jistipula li t-twettiq tal-miżuri miftiehma bejn il-partijiet ser isir f’żewġ fażijiet, jiġifieri perjodu ta’ salvataġġ u perjodu ta’ ristrutturazzjoni. |
2.3.1. Termini u kundizzjonijiet ta’ għotja ta’ miżuri ta’ salvataġġ
|
(43) |
L-Artikolu 3 tal-kuntratt ta’ qafas jistipula l-miżuri ta’ salvataġġ li ġejjin:
|
|
(44) |
Iż-żmien għal dawn il-miżuri ġie limitat għal 12-il xahar; madankollu, dawn ġew imġedda awtomatikament bi qbil komuni bejn il-partijiet sad-data ta’ żjieda fil-kapital. |
|
(45) |
Ir-rata tal-interessi fuq il-ħlas bil-quddiem li jista’ jiġi rkuprat u s-somom imħallsa fuq il-faċilità ta’ kreditu hija l-istess bħar-rata ta’ interessi ta’ referenza li tiġi applikata mill-Kummissjoni għall-għajnuna lill-Istat. L-interessi ser jiġu kapitlizzati, u l-ħlas tagħhom ser iseħħ fl-istess ħin mal-ħlas tad-djun dovuti. |
|
(46) |
Id-dejn ta’ EUR 63 miljun ser ikunu suġġetti għal interessi ta’ dewmien konvenzjonali ta’ 5,4 %. L-interessi ser jiġu kapitalizzati u mħallsa flimkien mal-ħlas tad-dejn prinċipali. |
|
(47) |
L-interessi dovuti minn IFB lil SNCB għad-djun u l-faċilità ta’ kreditu kienu ta’ EUR 2,2 miljun fl-2002, ta’ EUR 3,9 miljun fl-2003, ta’ 4,7 miljun fl-2004, ta’ EUR 5,2 miljun fl-2005, u ser ikunu ta’ ta’ EUR 4,4 miljun fl-2006. |
|
(48) |
L-Artikolu 7 tal-kuntratt jistipula li IFB tirrinunċja, fir-rigward ta’ SNCB, għall-preskrizzjoni tad-djun tagħha. |
|
(49) |
Dawn il-miżuri kollha ġew implimentati mal-iffirmar tal-kuntratt ta’ qafas, jiġifieri fis-7 ta’ April 2003. IFB madankollu ma użatx il-ħlas bil quddiem li jista’ jiġi rkuprat. |
2.3.2. Termini u kundizzjonijiet ta’ għotja ta’ miżuri ta’ ristrutturazzjoni
|
(50) |
L-Artikolu 4 tal-kuntratt qafas, bit-titolu “termini tal-għotja tal-limitu “miżuri ta’ ristrutturazzjoni””, huwa ppreparat kif ġej: “Il-Partijiet jikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jwettqu l-miżuri li ġejjin sakemm dawn ikunu konformi ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni approvat miż-żewġ Kunsilli tal-Amministrazzjoni tagħhom, mill-Istat Belġjan u jekk ikun neċessarju mill-KE, u skont l-approvazzjoni mill-azzjonisti ta’ IFB:
|
|
(51) |
L-implimentazzjoni ta’ din iż-żjieda hija sottomessa għal kundizzjoni ta’ sospenzjoni, stipulata fl-Artikolu 5 tal-kuntratt qafas, jiġifieri l-approvazzjoni tagħha mill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli fis-suġġett ta’ għajnuna tal-Istat. L-Artikolu 5 huwa ppreżentat kif ġej: “L-impenji li ttieħdu minn SNCB […] huma suġġetti għall-kundizzjoni ta’ sospenzjoni li ġejja. Il-Partijiet serjitolbu lill-Istat Belġjan biex jipproċedi mill-aktar fis għall-komunikazzjoni ta’ dan il-kuntratt ta’ qafas lill-KE. Il-partijiet ser jitolbu wkoll lill-Istat Belġjan, jekk il-KE kellha tistima għalhekk fil-qafas ta’ din il-komunikazzjoni li [l-kuntratt ta’ qafas] jinkludi l-għotja ta’ għajnuna tal-Istat (hekk kif prevista fl-Artikolu 87 tat-Trattat KE), li tinnotifika lil [kuntratt ta’ qafas] fl-applikazzjoni tas-sentenza 3 tal-Artikolu 88 tat-Trattat KE. Sabiex il-KE tkun tista’ tadotta pożizzjoni, [il-kuntratt ta’ qafas] mhu ser jitwettaq bl-edba mod fi żmien 15-il ġurnata ta’ xogħol li jibdew jgħoddu mill-ġurnata tan-notifika lill-KE. Jekk [il-kuntratt ta’ qafas] kellu għalhekk ikun ikkwalifikat b’għajnuna tal-Istat globali mill-KE, dan mhux ser jitwettaq qabel ma l-KE tkun approvat espliċitament l-għajnuna konċernata, u jekk ikun il-każ, fil-limiti u l-kundizzjonijiet murija fid-dispożizzjoni ta’ approvazzjoni Jekk il-KE kellha tikkwalifika parzjalment jew totalment [il-kuntratt ta’ qafas] ta’ għajnuna tal-Istat u fl-ipoteżi u sakemm din l-għajnuna tkun iddikjarata li mhix kompatibbli mas-suq komuni, allura l-Partijiet jiddiskutu l-fattibiltà tal-miżuri eventwali supplementari mitluba minn IFB, imma mingħajr l-obbligu li jwettqu dawn il-miżuri supplementari jew adattati jekk iċ-ċirkostanzi li fihom trid tingħata l-għajnuna jiġu kkunsidrati bħala totalment mhux ġustifikati.” |
|
(52) |
Id-dritt ċivili tal-Belġju jistipula li, ladarba l-kundizzjoni ta’ sospensjoni titwettaq, il-kuntratt ikun validu b’mod retroattiv. |
|
(53) |
Fir-risposta tagħhom għall-ittra tal-ftuħ, l-awtoritajiet Belġjani infurmaw lill-Kummissjoni li ż-żjieda ta’ kapital ma kienx ser jitwettaq eżattament kif miftiehem bejn il-partijiet fil-kuntratt ta’ qafas, jekk dan jiġi approvat mill-Kummissjoni. Din ser tkun ta’ EUR 95,3 miljun, li tkun magħmula kif ġej:
|
||||||||||
|
(54) |
L-awtoritajiet Belġjani infurmaw lill-Kummissjoni li ż-żjieda ma kinitx ser tibaża fuq l-interessi kollha akkumulati fl-2006, sabiex ikun żgurat li l-proporzjon dejn/fondi proprji ta’ IFB jikkorrispondi għar-rata medja tal-kompetituri tagħha, u ma tkunx superjuri. Din l-anqas tinkludi l-ħlas bil-quddiem li jista’ jiġi rkuprat, għax IFB ma utilizzatx din il-faċilità. |
|
(55) |
Fir-risposta tagħhom għall-ittra tal-ftuħ, l-awtoritajiet Belġjani infurmaw ukoll lill-Kummissjoni li huma jirtiraw in-notifika tat-28 ta’ Jannar 2005, li biha huma kienu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni li SNCB u IFB, minbarra dak li kien stipulat fl-Artikolu 4 tal-kuntratt ta’ qafas, kellhom l-intenzjoni li jipproċedu għal żjieda ta’ kapital addizzjonali ta’ EUR 5 miljun permezz ta’ kontribuzzjoni mhux finanzjarja ta’ holding ta’ 47 % ta’ SNCB fis-soċjetà TRW. (6) |
|
(56) |
Il-pjan ta’ rikostruzzjoni stipulat fl-Artikolu 4 ġie kkomunikat lill-Kummissjoni matul laqgħa mal-awtoritajiet Belġjani fit-12 ta’ Diċembru 2003. L-implimentazzjoni tiegħu beda fl-2003, u tlesta fil-bidu tal-2005. |
|
(57) |
Il-pjan ta’ rikostruzzjoni huwa magħmul minn żewġ partijiet, li jikkorrispondu għal ħewġ strateġiji differenti li jikkonċernaw min-naħa s-sussidjarji Franċiżi tal-grupp u mill-oħra l-attivitajiet Belġjani ta’ IFB. L-istrateġija magħżula għal Franza hija d-diżinvestiment komplet tal-holdings, filwaqt li l-istrateġija magħżula għall-Belġju hija r-ristrutturazzjoni tas-soċjetà bl-għan li jitkompla l-użu tagħha. |
2.3.2.1.
|
(58) |
Kif spjegat f’din id-deċiżjoni u, aktar fid-dettall, fil-punti 30 u wara tal-ittra tal-ftuħ, IFB segwiet strateġija ta’ diżinvestiment għas-sussidjarji Franċiżi tagħha. Din il-politika intlaħqet permezz tal-bejgħ tal-holdings f’NFTI-OU f’Novembru 2006. |
|
(59) |
In-nefqa totali tad-diżinvestiment tas-sussidjarji ta’ IFB fi Franza telgħat għal EUR 39,1 miljun. It-tabella li ġejja turi t-tqassim ta’ din in-nefqa skont il-ħames sussidjarji. Fil-punti li ġejjin, il-bżonn ta’ ffinanzjar u ċ-ċifri rigward is-soċjetajiet differenti huma spjegati aktar fid-dettall. Diżinvestiment tal-holdings franċiżi sommar ju ta’l-ispejjeż li ntnefqu
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
a) Bżonn f’finanzjament
|
(60) |
It-tabella ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-kontijiet tas-27 ta’ Settembru 2002. Din tiddistingwi bejn l-ammonti li ġejjin:
|
|
(61) |
Dan l-ammont tal-aħħar ta’ EUR 0,5 miljun jikkorrispondi għall-fluss ta’ fondi bejn il-holdings Franċiżi ta’ IFB u IFB bejn is-27 ta’ Settembru 2002 u t-tmiem tal-2002 u kellu jkun inkluż fit-tabella sabiex ikun jista’ jiġi rikonċiljat id-deprezzament reali fil-kontijiet fit-tmiem tal-2002 bil-bżonn totali kkalkulat fuq il-bażi tas-sitwazzjoni fis-27 ta’ Settembru 2002. F’dak li jirrigwarda l-bżonn ta’ finanzjament ta’ IFB, ma jistax jiġi kkunsidrat dan l-ammont; il-bżonn ta’ finanzjament ta’ IFB relattiv għad-diżinvestiment tal-holdings Franċiżi huwa għalhekk ta’ EUR 38,6 miljun. |
|
(62) |
Il-bżonn ta’ finanzjament għal diżinvestiment tal-holdings ta’ IFB fi Franza ġie ffinanzjat minn SNCB. Fil-fatt, IFB utilizzat EUR 30,9 miljun mill-flessibbiltà li kisbet mill-għotja tal-faċilità ta’ kreditu proviżorju ta’ EUR 15-il miljun u min-nuqqas ta’ rkupru proviżorju ta’ EUR 63 miljun biex tiffinanzja désinvestissement. 7,7 miljun mill-iffinanzjar jikkorrispondu għall-interessi dovuti għal din is-somma skont il-kuntratt ta’ qafas tas-7 ta’ April 2003, li jistipula li l-interessi jitħallsu fil-mument tal-ħlas tad-dejn prinċipali (jew mibdula f’kapital fl-istess ħin bħad-dejn prinċipali). |
b) Acimar
|
(63) |
Is-soċjetà Acimar kienet tirċievi d-dħul kollu tagħha permezz ta’ kuntratt ta’ trasport għas-soċjetà Arcelor. Dan il-kuntratt skada fil-31 ta’ Diċembru 2005; fil-mument tal-verifika ta’ IFB matul it-tieni nofs tas-sena 2002, il-kuntratt kien qed jiġġenera telf annwali […] (*1). Minħabba li tentattivi għal negozjati mill-ġdid rigward dan il-kuntratt ma’ Arcelor fallew, SNCB iddeċidiet li tillikwida lil Acimar, u li titlob proċedura ta’ amministrazzjoni ġudizzjarja. IFB kellha djun dovuti minn Acimar għall-valur ta’ EUR 3,9 miljun li ma jiġux irkuprati, li jikkostitwixxu n-nefqa tad-diżinvestiment. |
c) NFTI-ou
|
(64) |
F’dak li jirrigwarda lil NFTI-ou, li kienet soċjetà kkontrollata b’mod konġunt minn IFB u l-Port Awtonomu ta’ Dunkerque, billi jużaw terminali fil-port ta’ Dunkerque, SNCB għażlet id-diżinvestiment permezz tal-bejgħ tal-holding tagħha. |
|
(65) |
Il-holding ta’ IFB f’NFTI-ou ġabet l-obbligu, għal IFB, permezz ta’ ittra ta’ konfort, li tiffinanzja parti mit-telf li jikkorrispondi għall-holding tagħha fis-soċjetà. Barra minn dan, IFB kienet tat garanzija ta' self bankarju lis-soċjetà mill-[…], b' valur ta’ EUR 2,9 miljun. |
|
(66) |
Sabiex tiddiżinvesti il-holding tagħha fis-soċjetà, IFB innegozjat mal-Port Awtonomu ta’ Dunkerque t-tneħħija tal-impenni li rriżultaw mill-ittra ta’ konfort. Min-naħa l-oħra, IFB ipparteċipat f’żjieda ta’ kapital ta’ NFTI-ou, li sar neċessarju biex jippermetti l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tas-soċjetà, għal aktar minn EUR 1,7 miljun, u din ċediet parti mill-kapital soċjali tagħha lill-Port Awtonomu ta’ Dunkerque għal prezz simboliku ta’ euro. Wara din it-tranżazzjoni, IFB kellha biss 30 % tal-kapital soċjali. |
|
(67) |
IFB u l-Port Awtonomu ta’ Dunkerque wara fittxew u sabu xerrej potenzjali, CMA-CGM, għall-paritjiet ta’ IFB.[…]. Meta jitqies il-prezz tal-bejgħ, in-nefqa totali ta’ diżinvestiment għal IFB kien ta’ EUR 18,5 miljun, li minnhom EUR 1,7 miljun kienu għaż-żjieda tal-kapital, u EUR 16,7 miljun għad-depezzament imwettaq fuq il-holding. |
d) IFB France
|
(68) |
IFB France, li wara saret AGEP, ġiet mogħtija lil NFTI-ou […] u kienet tirrappreżenta deprezzament ta’ EUR 0,1 miljun. Minħabba li IFB ddiżinvestiet fl-istess ħin NFTI-ou, it-trasferiment lil NFTI-ou kellu bħala riżultat id-diżinvestiment permezz tal-bejgħ ta’ IFB France. Qabel il-bejgħ, IFB kienet obbligata li tħalli d-djun tagħha għal IFB France għal valur ta’ EUR 0,8 miljun. In-nefqa totali għad-diżinvestiment ta’ IFB France għalhekk kienet ta’ EUR 0,9 miljun. |
e) Dry Port Dunkerque
|
(69) |
Il-holding ta’ IFB fid-Dry Port Dunkerque kienet tippreżenta l-istess partikolarità bħall-holding tagħha f’NFTI-ou: ittra ta’ konfort obbligat lil IFB li tagħmel tajjeb għat-telf operazzjonali tas-soċjetà. |
|
(70) |
IFB iddiżinvestiet din il-holding permezz ta’ likwidazzjoni, flimkien mal-bejgħ ta’ parti mill-assi, jiġifieri l-holding ta’ 8,6 % f’NFTI-ou li kellha Dry Port Dunkerque. Hawn, kuntrarjament għas-sitwazzjoni f’NFTI-ou, l-imsieħba ta’ IFB ma setgħux jeżiġu l-kontinwazzjoni tas-soċjetà. |
|
(71) |
IFB ma setgħetx tiffinalizza d-dejn tagħha fuq Dry Port Dunkerque (EUR 2,8 miljun), u kellha taċċetta deprezzament fuq il-holding tagħha (EUR 5,1 miljun). In-nefqa totali tal-likwidazzjoni kienet għalhekk ta’ EUR7, 9 miljun. |
f) SSTD
|
(72) |
Is-soċjetà SSTD hija soċjetà profitabbli. Wara t-telf tal-klijent prinċipali tagħha u minħabba d-deċiżjoni strateġika li titlaq mis-suq Franċiż, IFB ddeċidiet li tbigħha fil-bidu tal-2005, u dan iġġenera benefiċċju żgħir. |
2.3.2.2.
|
(73) |
Flimkien mal-konsulent McKinsey, IFB elaborat pjan ta’ ristrutturazzjoni għall-attivitajiet ta’ IFB fil-Belġju. Dan il-pjan ta’ ristrutturazzjoni jistipula żewġ partijiet:
L-idea essenzjali ta’ dan il-pjan huwa li jiġu llimitati l-attivitajiet ta’ IFB għall-core business tagħha, jiġifieri l-attivitajiet ta’ loġistika u ta’ użu ta’ terminali fil-Belġju, u li tiddiżinvesti u tbigħ l-attivitajiet li mhumiex neċessarji għall-viabbiltà ekonomika tal-core business. Hawn wieħed jista’ jiddiskrivi r-riżultati finanzjarji tar-ristrutturazzjoni, kif ukoll il-miżuri differenti meħuda biex jintlaħqu dawn ir-riżultati (miżuri ġenerali, miżuri fir-rigward tal-attività ta’ loġistika, miżuri fir-rigward tal-attività tat-terminal, investimenti). |
a) Ir-riżultati finanzjarji tar-ristrutturazzjoni
|
(74) |
Wara korrezzjonijiet għal deprezzament, tnaqqis ta’ valur u proviżjonijiet għal riskji u tariffi (“cash flow operazzjonali”), il-pjan ta’ ristrutturazzjoni kien jipprevedi r-riżultati finanzjarji li ġejjin, li ġew ikkonfermati bis-sħiħ mir-riżultati miksuba:
|
||||||||||||||||||||
|
(75) |
Il-previżjonijiet għar-riżultati finanzjarji ta’ IFB kienu bbażati essenzjalment fuq l-elementi li ġejjin, li IFB saret taf bihom fil-mument tal-adozzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni:
|
b) Miżuri li ttieħdu għar-ristrutturazzjoni
Miżuri ġenerali
|
(76) |
Il-konklużjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ ħidma ġdid fil-livell tal-intrapriża u l-modifika tar-regolament tax-xogħol ippermettew li tintlaħaq rata ta’ attività aktar għolja (in-numru ta’ ġranet li jridu jiġu pprovduti fis-sena żdied bi 13-il ġurnata mill-1 ta’ Jannar 2004) u għal spejjeż inferjuri (ir-remunerazzjoni għax-xogħol fil-week-end u x-xogħol f’tim ġiet imnaqqsa mill-1 ta’ Ottubru 2003). |
|
(77) |
Is-servizzi amministrattivi u kummerċjali ġew iċċentralizzati f’Berchem, li ppermetta l-għeluq tal-istabbiliment f’Gand u t-tnaqqis tal-kapaċità ta’ dak f’Zeebrugge. |
|
(78) |
Dawn il-miżuri kkontribwew biex jiġi llimitat il-persunal neċessarju biex jitnaqqsu l-ispejjeż ġenerali ta’ IFB b’madwar EUR 2.55 miljun għal kull sena (7) b’kollox. Fil-fatt, IFB naqqset il-persunal tagħha minn 210 FTE (8) f’Settembru tal-2002 għal 175 FTE fil-bidu tal-2006, u dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 17 %. Id-dettall ta’ dan it-tnaqqis jista’ jiġi ppreżentat kif ġej:
|
Ir-ristrutturazzjoni tal-attività ta’ loġistika
|
(79) |
Il-pjan ta’ ristrutturzzjoni kien jistipula id-disa’ miżuri li ġejjin, li kellhom jippermettu titjib ta’ EUR 5,7 miljun.
|
|
(80) |
Fit-twettiq tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, li ntemm fit-tmiem tal-2004, ittieħdu żewġ miżuri supplementari:
|
Ir-ristrutturazzjoni tal-attività “IFB terminal”
|
(81) |
Ir-ristrutturazzjoni tal-attività “IFB Terminal”, li tlestiet fl-2005, kellha tinkludi 7 miżuri, li huma deskritti b’mod aktar dettaljat fil-punti 103 sa 107 fid-deċiżjoni tal-ftuħ |
|
(82) |
Minn barra l-miżuri previsti inizjalment, IFB Logistics wettqet analiżi fil-fond tal-prodotti ferrovjarji tagħha, li kixfet l-eżistenza ta’ prodotti mhux profitabbli, li minn dak iż-żmien IFB m’għadhiex tipproduċi. |
|
(83) |
Għal prodotti oħra, din l-analiżi uriet in-neċessità ta’ titjib fuq il-pjan tekniku. Dan it-titjib sar, partikolarment għas-settur tat-trasport intermodali tal-kontejners. |
Investimenti stipulati mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni
|
(84) |
Ir-ristrutturazzjoni ta’ Mainhub kif ukoll ir-ristrutturazzjoni ta’ Zomerweg jimplikaw il-bżonn ta’ investimenti ġodda […], essenzjalment għall-investimenti ta’ sostituzzjoni […] kif ukoll investimenti differenti, […]. |
2.4. Deskrizzjoni tar-raġunijiet li wasslu għall-bidu tal-proċedura tas-7 ta’ Diċembru 2005
|
(85) |
Il-Belġju, fin-notifika tiegħu, ikkunsidra li l-miżuri diskussi ma kinux jikkostitwixxu għajnuna tal-Istat, għax dawn ma ma setgħux jiġu attribwiti għall-Belġju, fi kwalunkwe każ, għax SNCB aġixxiet bħala investitur privat f’ekonomija tas-suq. |
|
(86) |
Il-Kummissjoni kellha dubji fuq il-punt jekk l-għotja ta’ żmien għall-ħlas għad-dejn eżistenti ta’ EUR 63 miljun u l-konverżjoni tagħhom, kif ukoll it-tibdil tal-interessi li jiġu minnhom ta’ EUR 11-il miljun, f’kapital soċjali kinux jikkostitwixxu għajnuna tal-Istat. Id-dubji tagħha kienu bbażati fuq ir-responsabbiltà tal-aġir ta’ SNCB lejn il-propjetarju tagħha, l-Istat Belġjan, u fuq il-kwistjoni jekk SNCB aġixxietx kif kien jagħmel investirur privat fl-ekonomija tas-suq. |
|
(87) |
Bl-istess mod, il-Kummissjoni kellha dubji fuq il-punt jekk l-għotja ta’ ħlas bil-quddiem li jista’ jiġi rkuprat ta’ EUR 5 miljun u l-għotja ta’ faċilità ta’ kreditu ta’ 15-il miljun u l-interessi li jiġu minnhom ta’ EUR 2,5 miljun f’kapital soċjali, kif ukoll il-kontribuzzjoni mhux finanzjarja, li tikkonsisti fil-holding ta’ SNCB f’TRW, ta’ EUR 5 miljun ta’ kapital soċjali ġdid kinux jikkostitwixxu għajnuna tal-Istat. |
|
(88) |
Sakemm din l-għajnuna tikkostitwixxi għajnuna fi flus, il-Kummissjoni kellha dubji li din tista’ tkun iddikjarata bħala kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna ta’ salvataġġ, għax dawn ingħataw għal perjodu itwal minn 12-il xahar. |
|
(89) |
Il-Kummissjoni kellha dubji fuq il-kwistjoni li tkun taf jekk l-għajnuna kollha setgħetx tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna għal ristrutturazzjoni. |
|
(90) |
Id-dubji tagħha kienu bbażati fuq l-applikabbiltà rispettiva fiż-żmien tal-linji gwida Komunitarji għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ intrapriżi f’diffikultà fl-1999 (9) (minn issa ′l quddiem “il-linji gwida tal-1999”) u l-linji gwida Komunitarji rigward l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ intrapriżi f’diffikultà tal-2004 (10) (minn issa ′l quddiem “il-linji gwida tal-2004”), il-karattru suffiċjenti tal-miżuri meħuda biex itaffu, sakemm hu possibbli, l-konsegwenzi mhux favorevoli tal-għajnuna għall-kompetituri, kif ukoll dwar il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-anqas possibbli u fuq il-karattru suffiċjenti tal-kontribuzzjoni tal-intrapriża IFB stess għall-għajnuna għar-ristrutturazzjoni. |
|
(91) |
Il-Belġju ttrażmetta l-kummenti tiegħu permezz ta’ ittra fl-14 ta’ Frar 2006, li ġiet ikkumplementata b’ittri fid-29 ta’ Ġunju, fl-20 ta’ Settembru, fis-16 ta’ Novembru 2006 u fil-21 ta’ Novembru 2006. |
|
(92) |
Fir-risposta tiegħu, il-Belġju sostna l-pożizzjoni tiegħu fejn skont din, il-miżuri in diskussjoni ma kinux jikkostitwixxu għajnuna, għax dawn ma jistgħux jiġu attribwiti għall-Istat Belġjan, u għax SNCB aġixxiet kif kien jagħmel investitur privat fl-ekonomija tas-suq. |
|
(93) |
Il-Belġju jikkunsidra għalhekk li jekk il-miżuri in diskussjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, dawn għandhom jiġu analizzati fuq il-bażi tal-linji gwida għall-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal- 1999, u mhux fuq il-bażi ta’ dawk tal-2004. Wara dan, il-Belġju kkunsidra li l-miżuri huma kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna għas-salvataġġ u għajnuna għar-ristrutturazzjoni. |
3. IL-KUMMENTI TAL-BELĠJU
|
(94) |
Il-pożizzjoni tal-Belġju tista’ tiġi miġbura kif ġej. |
3.1. L-osservazzjonijiet tal-Belġju rigward il-proċedura
|
(95) |
L-awtoritajiet Belġjani jinfurmaw lill-Kummissjoni fl-ittra ta’ risposta tagħhom li huma għandhom riservi fir-rigward tat-tul tal-proċediment. Dawn jistmaw li għandhom kunfidenza leġittima fir-rigward tal-legalità li proviżorjament jinżammu fis-seħħ il-miżuri tal-irkuprar sad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni. |
|
(96) |
Il-komunikazzjonijiet tat-12 ta’ Awwissu 2003 (irreġistrata mill-Kummissjoni taħt in-numru NN 9/04) u t-28 ta’ Jannar 2005 (irreġistrata mill-Kummissjoni taħt in-numru N 55/05) kellhom, skont l-awtoritajiet Belġjani, l-għan li jipprovdu lill-Kummissjoni l-elementi kollha li jippermettu li jkun verifikat jekk il-miżuri min-naħa ta’ SNCB fir-rigward ta’ IFB kinux jinkludu jew le għajnuna mill-Istat fis-sens tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 87, tat-Trattat. Skont l-awtoritajiet Belġjani, huwa biss fil-każ fejn il-miżuri kkonċernati jkunu kkwalifikati bħala għajnuna mill-Istat li l-Kummissjoni kienet tkun (u ser tkun) mistiedna biex tikkunsidra l-komunikazzjonijiet bħala notifikazzjonijiet fis-sens tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 88, tat-Trattat. |
|
(97) |
L-awtoritajiet Belġjanu jikkunsidraw li, b’mod aktar partikolari, il-komunikazzjoni tat-12 ta’ Awwissu 2003 ma kinitx tammetti li l-miżuri ta’ rkuprar u ta’ ristrutturazzjoni fir-rigward ta’ IFB kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, u l-anqas li l-miżuri ta’ salvataġġ jistgħu jiġu kkwalifikati bħala għajnuna mill-Istat mhux notifikata. L-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li dawn il-miżuri ma kinux ippreżentati għall-obbligu ta’ notifika preċedenti u għall-obbligu ta’ nuqqas ta’ twettiq fis-sens tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 88, tat-Trattat. |
|
(98) |
L-awtoritajiet Belġjani jifformulaw kalkolu analogu fir-rigward tal-komunikazzjoni tat-28 ta’ Jannar 2005, li biha l-Belġju informa lill-Kummissjoni b’żjieda tal-kapital supplementari ta’ EUR 5 miljun. |
3.2. In-nuqqas ta’ “għajnuna mill-Istat” fis-sens tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 87, tat-Trattat
3.2.1. In-nuqqas ta’ riżorsi tal-Istat.
|
(99) |
Il-Belġju jikkunsidra li la l-miżuri ta’ rkuprar, u l-anqas il-miżuri ta’ ristrutturazzjoni mogħtija lil IFB ma ġew iffinanzjati minn riżorsi Statali. SNCB kienet tiffinanzja dawn il-miżuri esklussivament permezz tar-riżorsi tagħha stess, mingħajr ma bl-ebda mod tutilizza r-riżorsi Statali. |
|
(100) |
Skont il-Belġju, il-fatt li SNCB hija intrapriża pubblika fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 80/723/KEE tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 1980 rigward it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll it-trasparenza finanzjarja f’ċerti intrapriżi (11) mhix biżżejjed biex tistabbilixxi li l-miżuri diskussi, li ġew iffinanzjati minn SNCB, kienu ġew iffinanzjati minn riżorsi Statali. Il-Belġju kkunsidra li jaqbel li ssir distinzjoni bejn, min-naħa, ir-riżorsi ta’ SNCB stess, li ġejjin mid-dħul iġġenerat mill-attivitajiet tagħha, u min-naħa l-oħra, il-kontribuzzjonijiet kapitali tal-Istat għall-missjonijiet ta’ servizz pubbliku ta’ SNCB. Minħabba li l-kontribuzzjonijiet kapitali tal-Istat ma kinux biżżejjed biex jiffinanzjaw l-ispejjeż kollha li ntnefqu għall-missjonijiet imsemmija, il-Belġju kkonkluda li huwa eskluż li riżorsi tal-Istat ġew utilizzati minn SNCB għall-iffinanzjar tal-miżuri favur IFB. |
|
(101) |
Il-Belġju jikkunsidra li l-patrimonju ta’ SNCB mhuwiex għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet Belġjani, imma mwettqa għall-għan soċjali ta’ SNCB. B’konsegwenza ta’ dan, il-Belġju jikkunsidra li dan mhuwiex “għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi”, kif teżiġi d-deċiżjoni Stardust Marine (12). |
|
(102) |
Fl-aħħarnett, il-Belġju jikkunsidra li kwalunkwe tnaqqis tal-kapital ta’ SNCB fir-rigward tal-miżuri mogħtija lill-IFB ma kien ser iġib miegħu l-ebda “telf” għall-Istat, (13) minħabba li dan fl-ebda każ ma jirrigwarda riżorsi li kienu ser jitħallsu fil-baġit tal-Istat. |
3.2.2. In-nuqqas ta’ responsabbiltà tal-Istat Belġjan.
|
(103) |
F’dak li jirrigwarda l-għotja ta’ ħlas bil-quddiem fi flus ta’ EUR 2,5 miljun fit-tieni semestru tal-2002, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li d-deċiżjoni ta’ SNCB li tagħti dan il-ħlas bil-quddiem ma tistax tii attribwita għall-Istat Belġjan. |
|
(104) |
Il-Belġju jressaq l-argumenti li ġejjin biex juri n-nuqqas ta’ responsabbiltà:
|
|
(105) |
F’dak li jikkonċerna n-nuqqas ta’ ħlas tal-fatturi ta’ SNCB minn IFB, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li l-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB ma ġiex infurmat bil-fatt li IFB ma kienitx għadha tħallas il-fatturi tagħha lil SNCB qabel Diċembru 2002, jiġifieri fil-mument fejn din iddeċidiet il-prinċipju taż-żjieda tal-kapital ta’ IFB. |
|
(106) |
L-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw ukoll li l-azzjoni jew in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni, tal-Kumitat tad-Direzzjoni jew tal-Amministratur delegat mhumiex imputabbli lill-Istat Belġjan, kemm jekk dan huwa qabel jew wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ qafas. Dawn jargumentaw li hemm nuqqas totali tal-implikazzjoni tal-Istat Belġjan (fs-sens tal-ġurisprudenza “Stardust Marine”) fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni ta’ SNCB rigward l-għotja ta’ miżuri lil IFB. |
|
(107) |
Fil-fatt, skont l-awtoritajiet Belġjani, il-miżuri mogħtija minn SNCB lil IFB huma miżuri relattivi għas-sussidjarja ta’ SNCB li hi stess ma twettaqx missjonijiet ta’ servizz pubbliku u li l-anqas ma hija assoċjata mat-twettiq ta’ missjonijiet ta’ servizz pubbliku ta’ SNCB. L-attivitajiet ta’ IFB għalhekk ser ikunu attivitajiet esklussivament kummerċjali, barra minn kull missjoni ta’ servizz pubbliku. B’hekk, dejjem skont l-awtoritajiet Belġjani, dawn jaħarbu mill-kontroll tal-Istat, għax l-awtoritajiet Belġjani huma miżmuma li jirrispettaw l-awtonomija ta’ SNCB għal dak li ma jiddependix minn missjoni ta’ servizz pubbliku. |
|
(108) |
F’dak li jikkonċerna r-rwol tal-Kummissarju tal-Gvern, l-awtoritajiet Belġjani jgħidu li huma qatt ma ngħataw il-fajl ta’ IFB u, għaldaqstant, ma setgħux jintervjenu, minħabba li l-Kummissarju tal-Gvern fl-ebda mument ma kien ifformola rimarki dwar il-miżuri li ttieħdu fir-rigward ta’ IFB u li l-anqas ma kien maħsub li jkun hemm xi rikors, taħt kwalunkwe forma. Barra minn dan, dawn jippretendu li huma bl-ebda mod ma intervenew fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ SNCB rigward IFB, la matul il-perjodu ta’ qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ qafas, u l-anqas matul il-perjodu unterjuri. |
|
(109) |
F’dak li jikkonċerna t-tliet inċidenti identifikati mill-Kummissjoni fl-ittra tal-ftuħ (il-punti 143 sa 150), jiġifieri s-sottomissjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni għall-approvazzjoni mill-Istat Belġjan, l-artikoli tal-gazzetti juru influwenza qawwija tal-gvern Belġjan fuq SNCB matul is-sena 2003, u l-firxa, il-kontenut u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ qafas, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li dawn l-indizji mhumiex biżżejjed biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà fis-sens tal-ġrisprudenza Stardust Marine. |
|
(110) |
F’dak li jikkonċerna l-approvazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni mill-Istat Belġjan, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li din id-dispożizzjoni tal-kuntratt ta’ qafas qatt ma kienet tistipula l-awtoritajiet Belġjani jingħataw kwalunkwe kompetenza biex jiġġudikaw il-kontenut tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, imma kienet ispirata mill-fatt li SNCB xtaqet li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni, bħall-kuntratt ta’ qafas, jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni. |
|
(111) |
F’dak li jikkonċerna l-artikoli fil-gazzetti, il-gvern Belġjan jikkunsidra li dawn ma jinkludu l-ebda indizju ta’ intervent tal-gvern Belġjan f’din il-kwistjoni, għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(112) |
Fl-aħħarnett, l-awtortitajiet Belġjani ttrażmettew lil-Kummissjoni dikjarazzjoni bil-miktub tas-Sur Karel Vinck, l-Amministratur-Delegat ta’ SNCB fiż-żmien li saru l-fatti, fejn dan jikkonferma n-nuqqas ta’ kull implikazzjoni tal-awtoritajiet Belġjani fir-rigward tal-għotja, minn SNCB lil IFB, ta’ miżuri ta’ rkuprar u ta’ ristrutturazzjoni li huma s-suġġett ta’ dan il-fajl. Ittra bħal din, iffirmata mis-Sur Vinck fis-17 ta’ Novembru 2006, ġiet irċevuta mill-Kummissjoni fil-5 ta’ Diċembru 2006. |
|
(113) |
F’dak li jikkonċerna l-firxa, il-kontenut u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ qafas, l-awtoritajiet Belġjani jsostnu l-pożizzjoni tagħhom fejn, anke jekk qed mitkellmu dwar miżuri ta’ ristrutturazzjoni importanti għall-futur ta’ IFB, l-awtoritajiet Belġjani la jiddisponu minn poter ta’ approvazzjoni, la minn poter ta’ kontroll tal-fond, u l-anqas mid-dritt li jkunu kkonsultati f’din il-kwistjoni. |
3.2.3. Il-prinċipju tal-investitur privat fl-ekonomija tas-suq.
|
(114) |
Il-Belġju jikkunsidra li, wara r-raġunament żviluppat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni ABX Logistics, (14) il-Kummissjoni trid tanalizza separatament, min-naħa, il-fondi li SNCB tat lil IFB biex tiffinanzja d-diżinvestiment tas-sussidjarji Franċiżi u, mill-oħra, l-fondi li SNCB tat lil IFB biex din tiffinanzja t-tkomplija tal-attivitajiet tagħha fil-Belġju. |
3.2.3.1.
|
(115) |
Fid-deċiżjoni ABX Logistics, il-Kummssjoni kkonfermat li, minħabba li ABX France ma kinitx f’pożizzjoni li ssostnni hi stess l-ispejjeż tal-kanċellazzjoni tal-impenni, SNCB kienet ser taġixxi bħalma kien jagħmel “investitur privat notifikat fl-ekonomija tas-suq” billi tieħu responsabbiltà ta’ dawn l-ispejjeż. |
|
(116) |
Il-Belġju jikkunsidra li l-istess konklużjoni timponi ruħha għal dak li jikkonċerna l-ispiża ta’ diżinvestiment, minn IFB, tal-holdings Franċiżi tagħha. Din tipprova turi li għal kull waħda minn dawn is-soċjetajiet, IFB għażlet l-orħos fomola. |
|
(117) |
Fir-rigward ta’ Acimar, il-Belġju pprovda t-tabella li ġejja: Acimar – Riorganizzazzjoni ġudizzjarja segwita mil-likwidazzjoni taghħa Sitwazzjoni finanzjarja fl-2002
Prezz ta’ alternattivi
Noti:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(118) |
F’dak li jikkonċerna NFTI-ou, il-Belġju pprovda t-tabella li ġejja: NFTIou – Cession Sitwazzjoni finanzjarja fl-2002
Prezz ta’ alternattivi
Noti
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(119) |
Il-Belġju informa lill-Kummissjoni li l-falliment ta’ NFTI-ou qatt ma kien maħsub, minħabba li t-tkomplija tal-attivitajiet ta’ NFTI-ou kienet toffri perspettivi ta’ profitabbiltà. Skont il-Belġju, il-bejgħ tal-holding ta’ IFB ta’ 30 % lil CMA-CGM fit-2 ta’ Novembru 2006 […] u l-irkuprar integrali tal-kreditu mogħti fil-forma ta’ ħlas bil-quddiem f’kont kurrenti juru l-vijabbiltà ta’ din is-soċjetà. |
|
(120) |
F’dak li jikkonċerna IFB France, li wara saret AGEP, il-Belġju pprovda t-tabella li ġejja: IFB France (AGEP) – Trasferiment għal NFTI-ou Sitwazzjoni finanzjarja fl-2002
Prezz ta’ l-alternattivi
Noti
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(121) |
Fir-rigward ta’ Dry Port Dunkerque, il-Belġju pprovda t-tabella li ġejja: Dry Port Dunkerque (DPD) – Likwidazzjoni b’bejgħ parzjali Sitwazzjoni finanzjarja fl-2002
Press ta’ alternattivi
Noti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(122) |
Fir-rigward ta’ SSTD, il-Belġju pprovda t-tabella li ġejja: SSTD: Čessjoni Kuntest:
|
|
(123) |
L-awtoritajiet Belġjani jikkonkludu li l-orħos soluzzjoni ġiet magħżula minn IFB fir-rigward tas-sussidjarji Franċiżi. |
3.2.3.2.
|
(124) |
Fir-rigward tal-iffinanzjar tar-ristrutturazzjoni u tal-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ta’ IFB fil-Belġju, il-Belġju jqis li SNCB aġixxiet ukoll kif kien jagħmel kreditur/investitur privat infurmat fl-ekonomija tas-suq, għax ir-riżultat finanzjarju tal-alternattiva – it-twaqqif tal-attivitajiet fil-Belġju – għal SNCB kienet tkun ħafna anqas attraenti, minħabba li tiswa aktar. |
|
(125) |
Il-Belġju ppreżenta il-kalkoli li ġejjin biex juri l-prezz allegat tal-likwidazzjoni tal-attivitajiet ta’ IFB fil-Belġju u l-prezz allegat tat-tkomplija tal-attivitajiet, permezz ta’ żjieda fil-kapital. |
a) Il-prezz nett għal SNCB fl-ipoteżi ta’ falliment ta’ IFB fl-2003
|
(126) |
Il-Belġju ddetermina l-valur attwali ta’ IFB mill-bilanċ ta’ IFB fil-31 ta’ Diċembru 2002. Skont l-awtoritajiet Belġjani, il-valur tal-assi kapitali ta’ IFB li setgħu jitwettqu fl-ipoteżi ta’ depożitu tal-bilanċ minn IFB f’Jannar 2003 kien jinkludi minn naħa l-assi kapitali tanġibbli u min-naħa l-oħra l-assi kapitali finanzjarji (holdings). |
|
(127) |
Għall-assi kapitali tanġibbli, il-Belġju għandu ammont ta’ EUR 6,9 miljun. Biex jiġġustifika l-kalkolu, il-Belġju jirreferi għall-istudju “Bankruptcy auctions: costs, debt recovery, and firm survival” (15), li jikkonkludi li r-rata ta’ rkupru tat-total tad-djun f’xenarju ta’ falliment huwa ta’ 33 % fil-medja. F’kalkolazzjoni tal-assi rkuprati, il-Belġju applika din ir-rata għall-assi kapitali tanġibbli li jidhru fil-bilanċ ta’ IFB għal total ta’ EUR 20,9 miljun (bl-esklużjoni tal-assi kapitali taħt kostruzzjoni ta’ EUR 1,9 miljun, li għalihom ittieħdet rata nulla ta’ rkuprar). |
|
(128) |
Għall-assi kapitali finanzjarji (holdings), il-Belġju beda minn valur ta’ EUR 1,9 miljun, li jikkorrispondi għat-total tal-valur tal-kontijiet tagħhom fil-bilanċ ta’ IFB fil-31 ta’ Diċembru 2002. |
|
(129) |
Għall-assi kurrenti, il-Belġju jipproponi l-istimi ta’ valur li ġejjin:
|
|
(130) |
L-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ rkuprar kollha tippermetti l-irkuprar totali ta’ EUR 37,5 miljun fl-ipoteżi ta’ falliment/likwidazzjoni ta’ IFB, kif indikat fil-grafika 2. Grafika 2 Rkuprar tal-assi (F’miljuni ta’ EUR)
|
|
(131) |
Wara, l-awtoritajiet Belġjani jnaqqsu mill-ammont li jista’ jiġi sperat li ser jiġi rkuprat l-obbligazzjonijiet ta’ IFB. Dawn l-obbligazzjonijiet ser jitilgħu għal total ta’ EUR 76,9 miljun, mingħajr ma jingħadd id-dejn ta’ EUR 63 miljun dovuti lil SNCB fir-rigward tal-fatturi mhux imħallsa tal-perjodu 2000-2002. Dawn huma dettaljati hawn taħt:
Jirriżulta mill-kalkoli preċedenti li l-valur tal-assi netti ta’ IFB għal SNCB kien ser jitla’, minbarra d-dejn lil SNCB, għall- -EUR 39,4 miljun, jiġifieri l-valur tal-assi rkuprati (EUR 37,5 miljun) li minnhom jitneħħa l-ammont totali tal-impenji tal-obbligazzjonijiet li jridu jiġu onorati (EUR 76,9 miljun), minbarra dejn dovut lil SNCB. |
|
(132) |
L-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li, f’każ ta’ likwidazzjoni, biex jiġi evitat preġudizzju tassew importanti għar-reputazzjoni kummerċjali tagħha, SNCB kienet ser tassumi l-prezz tal-assi netti negattivi ta’ IFB. F’dan ir-rigward, dawn jenfazizzaw li l-maġġor parti tal-kredituri ta’ IFB huma wkoll klijenti, fornituri, kredituri, debituri jew sħab ta’ SNCB. |
|
(133) |
Barra minn dan, il-waqfien tal-attivitajiet ta’ IFB, kienet, dejjem skont il-gvern Belġjan, tiġġenera obbligu soċjali importanti għal SNCB, li jista’ jiġi stmat għal 530 FTE (ekwivalenti-full-time) (17). Dawn il-530 FTE jinqasmu kif ġej:
|
|
(134) |
Il-gvern Belġjan jikkunsidra li, minħabba li f’dak iż-żmien SNCB kienet qed tiffinalizza l-preparazzjoni tal-pjan tal-intrapriża tagħha “MOVE 2007”, li kien jipprevedi it-tmiem ta’ 10 000 post tax-xogħol, jiġifieri kważi kwart tal-persunal tagħha bejn l-2003 u l-2007, l-opportunitajiet ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-persunal li sar eċċessiv permezz tat-tmiem tal-attivitajiet ta’ IFB kienu pratikament nulli, kemm jekk dan jirrigwarda persunal sekondat li ġie lura għal SNCB jew persunal marbut mal-attività Merkanzija li baqgħet ma’ SNCB. |
|
(135) |
Għalhekk, il-gvern Belġjan jipproponi li mal-prezz dirett tal-assi netti negattivi ta’ IFB jiżdied il-prezz tal-eċċess fil-persunal iġġenerat b’dan il-mod lil SNCB matul tal-anqas il-perjodu ta’ ħames snin bejn l-2003 u l-2007. B’nefqa għal salarji b’medja ta’ EUR 46 200 għal kull FTE u għal kull sena […], in-nefqa totali ta’ dan l-obbligu soċjali għalhekk jitla’ għal EUR 122,4 miljun. |
|
(136) |
Biex jiġġustifika din il-kalkolazzjoni, il-Belġju jispjega l-ewwel li l-persunal ta’ SNCB li sar eċċessiv minħabba t-tmiem tal-attivitajiet ta’ IFB ma setax jitkeċċa, minħabba li dan il-persunal kellu l-istat ta’ “impjegat tal-istat”. (18) |
|
(137) |
Wara l-laqgħa ta’ ħidma tal-1 ta’ Ġunju 2006, l-awtoritajiet Belġjani ttrażmettew lill-Kummissjoni xenarju anqas pessimista għall-kalkolazzjoni tal-assi netti u tal-obbligu soċjali li kien ikun appoġġjat minn SNCB f’każ ta’ likwidazzjoni ta’ IFB. Dan ix-xenarju jipproponi ż-żewġ bidliet li ġejjin:
|
|
(138) |
In-nefqa totali li kienet ser issostni SNCB fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ IFB f’dawn iż-żewġ xenarji, hekk kif stmat mill-awtoritajiet Belġjani, hija murija fit-tabella li ġejja:
|
b) Valorizzazzjoni ta’ IFB f’xenarju ta’ tkomplija tal-attività
|
(139) |
Il-Belġju jipproponi li jikkalkula l-valur ta’ IFB fl-ipoteżi “tkomplija tal-attività” skont il-metodu ta’ cash-flows liberi attwali (“discounted cash flows” jew “DCF”). Il-parametri miżmuma għal din l-analiżi huma dawn li ġejjin: |
|
(140) |
L-analiżi DCF fuq 10 snin hija bbażata fuq il-bilanċ ta’ IFB fil-31 ta’ Diċembru 2002, kif ukoll fuq il-pjan ta’ ristrutturazzjoni elaborat fi Frar-Marzu 2003, li jinkludi tbassir sat-tmiem tal-2005. Għas-sena 2006, fil-mument fejn ir-ristrutturazzjoni ta’ IFB twettaq l-istabbilizzazzjoni tal-intrapriża, ir-riżultat tal-esplojtazzjoni ġie ffissat f’livell ta’ 3,2 % tad-dħul. Mill-2006, l-ipoteżi ta’ xogħol huwa ta’ tkabbir annwali ta’ 3 % tad-dħul li, b’marġini kostanti, iwassal għal rata ta’ tkabbir ta’ riżultat qabel it-taxxa ta’ 3 %. Il-cash flows liberi li jirriżultaw minn dan jitwettqu b’nefqa medja meqjusa tal-kapital (WACC) ta’ 8 %. Il-valur tat-terminali ġie kkalkulat fl-ipoteżi ta’ tkabbir perpetwu ta’ 3 %. |
|
(141) |
Dawn il-kalkoli jwasslu għal valorizzazzjoni tal-intrapriża ta’ madwar EUR 29,1 miljun (minbarra holdings u proviżjonijiet), kif turi l-grafika 4. Grafika 4 Il-valur ta’ IFB fuq il-bażi tal-cash-flows imwettqa ipoteżijiet u riżultati (Eluf ta’ EUR) |
|
(142) |
Skont il-gvern Belġjan, analiżi bbażata fuq differenzjali (skont riżultati miksuba fl-2005) tikkonferma l-valorizzazzjoni miksuba fuq il-bażi tal-metodu DCF. Fil-fatt, il-valorizzazzjoni tad-“differenzjali” (b’differenzjali aktar prudenti mill-medja tas-settur) tindika valur ta’ intrapriża ta’ madwar EUR 28,7 miljun, kif turi l-grafika 5. Grafika 5 Il-valur ta’ l-intrapriża IFB (Miljuni ta’ EUR)
|
|
(143) |
Il-gvern Belġjan jikkunsidra li r-riżultati reali miksuba minn IFB fis-snin 2003, 2004 u 2005 jikkonfermaw li l-valorizzazzjoni DCF, u l-ipoteżijiet li din tistrieħ fuqhom, kienet realista. |
|
(144) |
Il-gvern Belġjan jikkunsidra li jaqbel li jiżdied il-valur ta’ IFB ikkalkulat mingħajr holdings u dispożizzjonijiet tal-holdings li għandha IFB, jiġifieri EUR 1,9 miljun, kif ukoll imdaħħla fil-kontijiet mal-assi tal-bilanċ ta’ IFB fil-31 ta’ Diċembru 2002. |
|
(145) |
It-total tal-valur tal-intrapriża ta’ IFB, inkluż il-holdings, kienet ser titla’ għalhekk għal EUR 31 miljun fid-data tal-31 ta’ Diċembru 2002. |
|
(146) |
Minn dan il-valur tal-intrapriża jaqbel, dejjem skont il-gvern Belġjan, li jitnaqqas il-vaur tal-proviżjonijiet, stmat għal EUR 34,2 miljun (19), kif ukoll id-dejn finanzjarju li tela’ għal EUR 15-il milljun. |
|
(147) |
Minn dan jirriżulta valur nett ta’ - EUR 18,2 miljun għall-holding ta’ SNCB f’IFB fix-xenarju ta’ tkomplija tal-attività. Dan il-kalkolu huwa muri fil-grafika 6. |
|
(148) |
Bħal fl-istima preċedenti tan-nefqa sostnuta minn SNCB f’każ ta’ likwidazzjoni ta’ IFB, il-kalkoli preċedenti ma jikkunsidrawx id-dejn ta’ EUR 63 miljun li jirriżulta mill-fatturi mhux imħallsa matul il-perjodu inkluż bejn l-2000 u l-2002. Grafika 6 Evalwazzjoni tal-għażla investiment, jan 2003 (Miljuni ta’ EUR)
|
c) Tqabbil bejn iż-żewġ xenarji u konklużjoni
|
(149) |
Wara l-analiżi li saret mill-gvern Belġjan, iż-żewġ xenarji għalhekk jagħtu r-riżultati li ġejjin:
|
|
(150) |
Għalhekk il-gvern Belġjan jikkunsidra li SNCB, bl-għotja tal-miżuri diskussi, kienet aġixxiet kif kien jagħmel investitur privat f’ekonomija tas-suq. |
3.2.4. In-nuqqas ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.
|
(151) |
Fl-aħħarnett, il-Belġju jikkunsidra li, f’dak li jirrigwarda l-parti tal-miżuri li sservi biex tiffinanzja d-diżinvestiment tas-sussidjarji Franċiżi, assistenza li l-ammont huwa strettament limitat għan-nefqa realment imħallsa wara l-waqfien ta’ attività ma tistax tiġi kkunsidrata li twassal għal tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. Għalhekk, din il-parti tal-finanzjament ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 87, ukoll għal din ir-raġuni. |
3.3. Il-kompatiblità tal-miżuri ta’ salvataġġ mal-linji gwida
3.3.1. IFB mhix intrapriża maħluqa dan l-aħħar
|
(152) |
Il-Belġju jikkunsidra li minħabba li IFB ġiet imwaqqfa fl-1923 u miksuba, permezz ta’ amalgamazzjoni permezz ta’ takeover, soċjetà kif ukoll fergħa ta’ attivitajiet fl-1998 (ara d-deskrizzjoni fit-2 arti ta’ din id-deċiżjoni), ma jistax jiġi kkuntestat li IFB ilha tgawdi minn personalità ġuridika għal aktar minn 80 sena, u għalhekk ma tistax tii kkunsidrata bħala “intrapriża maħluqa dan l-aħħar”. |
3.3.2. Il-miżuri ta’ salvataġġ huma kompatibbli mal-linji gwida tal- 1999
|
(153) |
Skont il-gvern Belġjan, iż-żmien ta’ aktar minn tnax-il xahar tal-miżuri ta’ salvataġġ ma kienx ser ikollu bħala konsegwenza l-esklużjoni tal-kompatibbiltà tagħhom mas-suq komuni fuq il-bażi tal-linji gwida tal-1999. Il-Belġju jikkunsidra li SNCB żammet il-miżuri ta’ salvataġġ bl-uniku għan li jkopru l-perjodu neċessarju għall-Kummissjoni biex tieħu deċiżjoni finali fuq dan il-fajl. |
|
(154) |
Minħabba li l-punt 24 tal-linji gwida tal-1999 jistipula li l-awtorizzazzjoni tal-miżuri ta’ salvataġġ tibqa’ tgħodd sakemm il-Kummssjoni tiddikjara fuq il-pjan ta’ ristrutturazzjoni, l-awtoritajiet Belġjani jitolbu lill-Kummissjoni li ma tibbażax fuq iż-żmien tal-proċedura ta’ approvazzjoni tagħha għall-miżuri ta’ salvataġġ biex tikkuntesta ż-żmien ta’ manteniment ta’ dawn il-miżuri, u biex tapprova, fuq il-bażi tal-punt 24 tal-linji gwida tal-1999, il-miżuri ta’ salvataġġ. |
|
(155) |
L-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li s-sospensjoni taż-żjieda tal-kapital matul l-istruzzjoni tal-Kummissjoni kienet tinkludi neċessarjament il-manteniment, b’titolu proviżorju u revokabbli, taż-żmien tal-ħlas mogħti lil IFB il-qafas tal-miżuri ta’ salvataġġ, għax l-unika alternattiva kienet tkun id-depożitu tal-bilanċ. Finalment, skont l-awtoritajiet Belġjani, matul l-proċediment tagħha, il-Kummissjoni qatt ma esprimiet rservi rigward il-manteniment proviżorju tal-miżuri ta’ salvataġġ. |
3.3.3. Il-miżuri ta’ ristrutturazzjoni huma kompatibbli mal-linji gwida tal-1999
3.3.3.1.
|
(156) |
Il-Belġju jikkunsidra li l-impenn ta’ SNCB li tissottoskrivi għaż-żjieda tal-kapital ta’ IFB huwa l-analiżi fil-qafas tal-linji gwida tal-1999 u mhux tal-2004. |
|
(157) |
Biex jiġġustifika din il-pożizzjoni, il-Belġju jsostni li ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni fil-punt 240 tad-deċiżjoni tal-ftuħ għall-applikabbiltà tal-linji gwida tal-1999 huma sodisfatti. Biex niftakru, fil-punt 240 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet, fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-punti 102 sa 104 tal-linji gwida tal-2004 għal dan il-fajl, li “jekk SNCB tiddeċiedi li ma tagħtix vantaġġ ġdid lil IFB, u jekk jiġi ppruvat li SNCB kienet impenjata li tbiddel id-dejn tagħha f’kapital qabel il-pubblikazzjoni tal-linji gwida tal-2004, il-Kummissjoni jkollha teżamina, fid-deċiżjoni finali tagħha, l-għajnuna mogħtija minn SNCB lil IFB fuq il-bażi tal-linji gwida tal-1999”. |
|
(158) |
Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, il-Belġju josserva li huwa rtira, permezz tar-risposta tiegħu għall-ittra tal-ftuħ, iż-żjieda tal-kapital addizzjonali notifikat fit-28 ta’ Jannar 2005, u li għaldaqstant, l-ewwel kundizzjoni kienet sodisfatta. |
|
(159) |
Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni, il-Belġju jikunsidra li ma jistax jiġi kkuntestat li ż-żjieda ta’ kapital ta’ IFB attwalment propost ser iseħħ kif miftiehem mill-partijiet, taħt il-kundizzjoni ta’ sospensjoni tal-ftehim tal-Kummissjoni, fil-kuntratt ta’ qafas tas-7 ta’ April 2003. |
|
(160) |
Bex jenfasizzaw dan il-punt, l-awtoritajiet Belġjani jiġbdu l-attenzjoni tl-Kummissjoni dwar:
|
|
(161) |
Fir-rigward tat-tieni punt, l-awtoritajiet Belġjani jfakkru li fil-liġi tal-Belġju (il-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ qafas), kuntratt jibda mill-volonta tal-partijiet kontraenti, u li għalhekk, l-Artikolu 4 tal-kuntratt ta’ qafas kien jikkonferma espressament u mingħajr l-ebda dubju il-ftehim tal-volontà ta’ SNCB u ta’ IFB li jipproċedu għal żjieda tal-kapital ta’ IFB permezz ta’ konverzjoni f’kapital tad-dejn ta’ SNCB fuq IFB b’mod retroattiv fis-7 ta’ April 2003. |
|
(162) |
L-awtoritajiet Belġjani jfakkru li, fil-liġi tal-Belġju, l-obbligazzjonijiet soġġetti għal kundizzjoni sospensiva jibqgħu jorbtu bis-sħiħ, u t-twettiq tal-kundizzjoni ta’ sospensjoni għandu effett retroattiv fuq il-kuntratt li jidħol fis-seħħ fid-data li jiġi ffirmat. |
3.3.3.2.
|
(163) |
L-awtoritajiet Belġjani jsostnu b’mod ġenerali li l-partijiet tas-suq ta’ IFB huma sew anqas minn 10 % fuq is-swieq konċernati f’dan il-każ. Għalhekk dawn jikkunsidraw li l-effetti kontra l-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-għajnuna statali in kwistjoni ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala sinifikanti. Dawn ifakkru partikolarment li skont il-punt 36 tal-linji gwida tal-1999, “jekk waħda jew iż-żewġ partijiet [tas-] suq [in kwistjoni] miżmuma mill-intrapriża [benefiċjarja tal-għajnuna] huma negliġibbli, irid ikun stmat li m’hemm l-ebda tgħawwiġ mhux ġustifikat tal-kompetizzjoni” (20), u li, għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 81, tat-Trattat, il-Kummissjoni tikkunsidra l-effetti kontra l-kompetizzjoni tal-ftehim konkluż minn intrapriżi li għandhom partijiet tas-suq inferjuri għal 10 % bħala insinifikanti (21). |
|
(164) |
Fir-rigward ta’ dak li jikkonċerna partikolament l-attivitajiet ta’ IFB Logistics u ta’ IFB Terminal, l-awtoritajiet Belġjani jagħmlu l-osservazzjonijiet li ġejjin: |
|
(165) |
Il-miżuri li jtaffu fuq is-suq ta’ trażbord ta’ merkanzija. Il-gvern Belġjan josserva li l-parti ta’ IFB fis-suq tat-terminali tar-reġjun ta’ Anvers huwa inferjuri għal 7 %, u li s-suq tat-terminali f’dan ir-reġjun irreġistra, matul il-perjodu 2002-2005, rata ta’ tkabbir ta’ 10,7 % fis-sena bħala medja, fil-waqt li l-volumi trasportati minn IFB żdiedu biss 4,1 % fis-sena bħala medja. |
|
(166) |
Il-gvern Belġjan iżid mill-ġdid li għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, IFB naqqset il-kapaċità tagħha ta’ trażbord b’mod konsiderevoli, kif deskritt fit-tieni parti tal-ittra tal-ftuħ (il-punti 25 sa 29). Peress li fiċ-ċirkostanza, bl-eċċezzjoni tat-terminal DPD, l-assi kollha mibjugħa għadhom jintużaw sal-lum, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li t-trasferimenti jridu jiġu kkunsidrati bħala miżuri ta’ kumpens reali u sostanzjali. Skont il-gvern Belġjan, it-trasferimenti kollha jirrappreżentaw tnaqqis tal-kapaċità ta’ IFB ta’ 1,5 miljun TEU fl-2002 għal 1,1 miljun TEU fit-tmiem tal-2005, jiġifieri tnaqqis ta’ 27 %. |
|
(167) |
L-awtoritajiet Belġjani jżidu li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni minn IFB ma kellux miegħu miżuri ta’ prezz li kellhom l-għan jew l-effett li jżidu s-sehem tas-suq ta’ IFB. Dawn josservaw li IFB żiedet il-prezzijiet tagħha b’medja ta’ 4,2 % (22), filwaqt li r-rata annwali medja tal-inflazzjoni industrijali kienet ta’ 1,9 %. |
|
(168) |
Il-miżuri li jtaffu fuq is-suq tal-loġistika. L-ittra tal-ftuħ tikkunsidra (il-paragrafi 258-260) li l-miżuri “proposti” ma jikkonċernawx is-suq tal-loġistika, u li IFB seta’ jżid il-volum tiegħu fuq dan is-suq. L-awtoritajiet Belġjani jippreżentaw ħames argumenti biex juru li l-miżuri li jtaffu suffiċjenti ittieħdu fuq is-suq tal-loġistika. |
|
(169) |
L-ewwelnett, IFB kienet ser tieħu miżuri li wasslu għal tnaqqis tal-kapaċità tagħha fuq is-suq tal-loġistika. Fil-fatt, in-numru totali ta’ vaguni li huma ta’ IFB jew li huma suġġetti għal kera għal żmien twil, naqas minn 744 unitajiet fl-2002 (23) għal 377 unitajiet fil-bidu tal-2006 (24). Għalhekk qed nitkellmu dwar tnaqqis ta’ 49 %. |
|
(170) |
It-tnaqqis tal-kapaċità loġistika ta’ IFB tirriżulta ukoll mill-fatt li l-holding ta’ IFB fis-soċjetà CNC (attwalment Naviland Cargo) iddgħajfet, biex niżlet minn 10 % fl-2002 għal 2 % fil-preżent. |
|
(171) |
It-tieninett, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li l-parti tas-suq ta’ IFB fuq is-suq tal-loġistika hija tassew anqas minn 5 %, li kieku wieħed kellu jillimita l-firxa ġeografika ta’ dan is-suq għat-territorju Belġjan. Jaqbel għalhekk, fir-rigward tal-punt 36 tal-linji gwida, li wieħed jistaqsi jekk l-effetti kontra l-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-għajnuna mill-Istat imsemmija jistgħu jitqiesu bħala sensibbli. Skont l-awtoritajiet Belġjani, IFB l-anqas tista’ tiġi kkunsidrata bħala kapaċi li teżerċita influwenza sensibbli fuq l-effett tal-kompetizzjoni fuq is-suq tal-loġistika. Għall-istess raġuni, it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li jirriżulta mill-għajnuna li qed jibbenefika minnha IFB ftit li xejn jista’, skont il-gvern Belġjan, jiġi kkunsidrat bħala sensibbli, minħabba li huma biss il-miżuri tassew limitati li jidhru neċessarji sabiex itaffu l-konsegwenzi negattivi għall-kompetituri ta’ IFB. |
|
(172) |
It-tieletnett, l-awtoritajiet Belġjani jipproponu li l-evoluzzjoni tal-attività loġistika ta’ IFB titpoġġa fil-perspettiva, sabiex jaġġustaw radikalment l-affirmazzjoni tal-Kummissjoni skont liema IFB setgħet “ippruvat iżżid il-volum tagħha fuq dan is-suq b’mod importanti” matul il-perjodu msemmi. Fil-fatt, skont l-awtoritqajiet tal-Belġju, wieħed għandu jikkunsidra l-fatti li ġejjin:
|
|
(173) |
Min-naħa l-oħra, parti miż-żjieda fid-dħul ta’ IFB fl-attività loġistika tagħha toriġina, skont il-gvern Belġjan, miż-żjieda tas-sottosettur “bulk” (trasport fi kwantitajiet kbar). Fl-2003, id-dħul imwettaq minn IFB permezz tat-trasport fi kwantitajiet kbar) jirrappreżenta biss EUR 3,3 miljun. Madankollu, fl-2004, IFB kisbet żewġ kuntratti ta’ trasport bi kwantitajiet kbar ta’ volum importanti. L-ewwelnett, kuntratt ta’ trasport ta’ faħam […]li ġġenera dħul […] fl-2004 u […] fl-2005. It-tieninett, kuntratt ta’ trasport bi kwantitajiet kbar ta’ granuli li wassal għal żjieda fid-dħul […] fl-2004 u […] fl-2005. IFB ser jirnexxiela tagħmel marġini benefiċċjali fuq dawn iż-żewġ kuntratti, li jikkonferma n-nuqqas ta’ prattiki anti-kompetittivi fi ħdan l-IFB. |
|
(174) |
Ir-rabanett, il-gvern tal-Belġju jikkunsidra li l-ftuħ tat-terminali ta’ IFB għall-kompetituri tagħha fis-suq tal-loġistika għandu jitqies ukoll bħala miżura li ttaffi importanti. |
|
(175) |
Il-ħamesnett, il-gvern Belġjan jikkunsidra li t-tgħawwiġ limitat tal-kompetizzjoni li jista’ jitqies li jirriżulta mill-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ IFB huwa mnaqqas ukoll mill-fatturi li ġejjin:
|
|
(176) |
Skont il-gvern tal-Belġju, il-miżuri ta’ liberalizzazzjoni wasslu għal tkabbir sostanzjali tal-kapaċità fuq is-suq tal-loġistika, kif turi l-attività tal-kompetituri ta’ IFB matul il-perjodu 2003-2005. Skont il-gvern tal-Belġju, il-kompetizzjoni hija kkonċentrata fis-settur intermodali, fejn ħames kompetituri ta’ IFB introduċew total ta’ 12-il ftehim ġdid f’dan il-perjodu. |
3.3.3.3.
|
(177) |
Skont il-gvern tal-Belġju, SNCB u IFB ipproċedew għal analiżi approfondita tal-bżonnijiet ta’ IFB f’kapital fuq il-bażi tar-riżultati tal-31 ta’ Diċembru 2005 u l-proviżjonijiet għas-sena 2006. L-għan kien li IFB tkun tista’ tkompli dawn l-attivitajiet fis-swieq ta’ trażbord ta’ merkanzija u ta’ loġistika b’rata ta’ likwidità li tista’ titqabbel ma’ dik tal-kompetituri tagħha f’dawn is-swieq. |
|
(178) |
Fir-rigward tal-informazzjoni trażmessa qabel id-deċiżjoni tal-ftuħ (ara l-punti 265 sa 269), SNCB u IFB ġabru informazzjoni supplementari dwar ir-rati medji ta’ likwidità għal, min-naħa, l-kompetituri ta’ IFB li jużaw terminali u, min-naħa l-oħra, soċjetajiet ta’ trasport li huma kompetituri ta’ IFB. Ir-rati ta’ likwidità (qabel ma jiġu inklużi bħar-rapport bejn il-kapital u t-total tal-karta tal-bilanc) tas-soċjetajiet in kwistjoni huma ppreżentati fil-grafika 16. Grafika 16 Rata ta’ likwidità–kampjun ta’ soċjetajiet komparabbli, 2004 (*)
|
|
(179) |
Mill-grafika 16 jirriżulta li l-medja tar-rati ta’ likwidità tal-operaturi tat-terminali huwa ta’ 56,6 %, fil-waqt li l-medja tar-rati ta’ likwidità tas-soċjetajiet ta’ trasport huwa ta’ 20,4 %. Minħabba li IFB hija attiva fiż-żewġ setturi, ir-rata ta’ likwidità ta’ IFB, skont il-“benchmarks” imsemmija qabel, għandha tkun tal-anqas ta’ 35,6 %. Din l-aħħar perċentwali ġiet ikkalkulata b’referenza għall-assi kapitali operazzjonali ta’ IFB kif ġej:
|
|
(180) |
L-awtoritajiet Belġjani josservaw li r-rata ta’ likwidità mmirata ta’ IFB hija wkoll skont ir-rata ta’ likwidità reali ta’ soċjetajiet bħal Gosselin (38,9 %) u Hupac (34,9 %), li bħal IFB, jgħaqqdu l-użu tat-terminali ma’ attivitajiet ta’ loġistika. |
|
(181) |
Fiq il-bażi tar-rata ta’ likwidità mmirata ta’ IFB ta’ 35,6 % u ta’ dejn totali ta’ EUR 128,1 miljun (stima tat-30 ta’ Ġunju 2006), iż-żjieda ta’ kapital ta’ IFB kellha għalhekk, skont il-kalkoli tal-awtoritajiet Belġjani, tinkludi konverżjoni ta’ dejn f’kapital tal-anqas ta’ EUR 95,3 miljun. |
3.3.3.4.
|
(182) |
Skont l-awtoritajiet Belġjani, il-kontribuzzjoni totali ta’ SNCB għar-ristrutturazzjoni ta’ IFB titla’ għal EUR 95,3 miljun, jiġifieri l-ammont taż-żjieda tal-kapital previst. Minn dan l-ammont, jaqbel li jitneħħew is-somom li ġew iddedikati għall-parti Franċiża tal-grupp, jiġifieri EUR 39,1 miljun. Il-bilanċ, jiġifieri EUR 56,2 miljun, għalhekk jirrappreżentaw il-kontribuzzjoni ta’ SNCB għar-ristrutturazzjoni tal-attivitajiet mhux Franċiżi tal-grupp. |
|
(183) |
Wara dan, l-awtoritajiet Belġjani jippreċiżaw li l-bżonnjiet ta’ finanzjament għall-attivitajiet mhux Franċiżi ta’ IFB għall-perjodu ta’ ristrutturazzjoni (mill-1 ta’ Jannar 2003 sat-30 ta’ Ġunju 2006), kienu ta’ EUR 106,3 miljun. Minn dawn il-bżonnijiet, 56,2 miljun ser ikunu koperti minn SNCB u EUR 50,1 miljun permezz tar-riżorsi ta’ IFB stess. Il-kontribut ta’ IFB għan-nefqa totali tar-ristrutturazzjoni tal-attivitajiet fil-Belġju tkun ta’ 47,1 %. |
|
(184) |
It-tabella li ġejja turi d-dettall tal-finanzjament: Bżonnijiet u sorsi ta' finanzjament (ipoteżi fejn il-bdil tad-dejn ta' 63M EUR jikkostitwixxi “spiża” tar-ristrutturazzjoni
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(185) |
Il-Belġju jżid il-punti li ġejjin ma’ din it-tabella. |
|
(186) |
Il-bżonnijiet ta’ finanzjament jinkludu l-kategoriji li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(187) |
Skont il-Belġju, parti minn dawn il-bżonnijiet ta’ finanzjament ġew koperti minn IFB u l-parti l-oħra minn SNCB. Fir-rigward tal-kontribuzzjoni ta’ IFB (sezzjoni B.2), il-Belġju jagħti l-informazzjoni supplementari li ġejja:
|
|
(188) |
Il-Belġju jikkunsidra li kkontribwixxa għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni mir-riżorsi tiegħu stess; kif jeżiġu l-linji gwida tal-1999. |
4. APPREZZAMENT
4.1. L-istima tal-kwalità tal-għajnuna tal-miżuri ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturazzjoni
|
(189) |
Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 87 tat-Trattat, “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni”. |
4.1.1. Għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat
|
(190) |
L-ewwelnett tippreżenta ruħha l-mistoqsija kif wieħed ikun jaf jekk l-appoġġ finanzjarju ta’ SNCB lil IFB kienx “mogħti minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat”. Skont il-ġurisprudenza Stardust Marine tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (26), dan il-kriterju jiġi sodisfatt jekk, min-naħa, dan jittratta r-riżorsi tal-Istat u jekk, min-naħa l-oħra, l-għotja tagħha tistax tiġi attribwita lill-Istat, jiġifieri l-Belġju. |
4.1.1.1.
|
(191) |
Il-Kummissjoni tinnota li SNCB hija intrapriża pubblika fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 80/723/KEE: l-Istat Belġjan għandu 100 % tal-kapital sottoskritt ta’ SNCB, u l-Kunsill tal-Ammnistrazzjoni, kif ukoll l-amministratur delegat, huma nominati mir-Re, permezz ta’ deċiżjoni deliberata fil-Kunsill tal-Ministri. Għalhekk, il-kriterji tal-punti a) u c) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva msemmija huma sodisfatti. |
|
(192) |
F’dan il-kuntest, “… jaqbel li jitfakkar li diġà jiddependi mill-ġurisprudenza tal-Qorti li l-paragrafu 1 tal-Artikolu 87 KE jinkludi l-mezzi kollha ta’ remunerazzjoni li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu fil-fatt jutilizzaw biex isostnu intrapriżi […]. B’konsegwenza ta’ dan, anke jekk is-somom li jikkorrispondu għall-miżura in kwistjoni m’humiex b’mod permanenti fil-pussess tat-Teżor pubbliku, il-fatt li dawn jibqgħu b’mod kostanti taħt il-kontroll pubbliku, u għalhekk għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, huwa biżżejjed sabiex dawn jikkwalifikaw bħala riżorsi tal-Istat”. (27). |
|
(193) |
B’konsegwenza, il-Kummissjoni stmat fl-ittra tal-ftuħ (il-punti 136 sa 138) li s-somom li tpoġġew għad-dispożizzjoni ta’ IFB iridu jiġu kwalifikati bħala riżorsi tal-Istat. |
|
(194) |
Il-Belġju jikkuntesta l-fatt li r-riżorsi kollha li għandha SNCB jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. Il-Kummissjoni tirrispondi għat-tliet argumenti ppreżentati mill-Belġju kif ġej: |
|
(195) |
Id-distinzjoni proposta bejn ir-riżorsi ta’ SNCB marbuta mal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku u r-riżorsi marbuta mal-attivitajiet kummerċjali mhix pertinenti fid-dawl tad-deċiżjoni Stardust Marine. Fil-fatt, din id-deċiżjoni tikkonċerna r-riżorsi ta’ bank pubbliku, li juri sew li r-riżorsi ta’ intrapriża pubblika marbuta ma’ attivitajiet kummerċjali jistgħu jikkostitwixxu wkoll riżorsi tal-Istat. |
|
(196) |
L-argument li bih il-patrimonju ta’ SNCB mhux għad-dipożizzjoni tal-Belġju, imma li huwa marbut mas-suġġett soċjali ta’ SNCB ma jistax jiġi aċċettat. Il-fatt li l-Belġju għandu 100 % tal-kapital ta’ SNCB, li dan jibqa’ dejjem taħt il-kontroll pubbliku u li l-Istat jista’ fi kwalunkwe mument jiddeċiedi li jipprivatizza lil SNCB, juri li l-patrimonju ta’ din huwa għad-dispożizzjoni tal-Istat Belġjan. Barra minn dan, il-Kummissjoni tinnota li l-Istat Belġjan jinnomina lill-amministraturi tal-kunsil ta’ sorveljanza, kif ukoll lill-amministratur delegat, li jtih ċertu ammont ta’ kontroll fuq l-intrapriża. |
|
(197) |
L-argument li bih il-miżuri mogħtija minn SNCB lil IFB ma kinux ser iġibu talf għall-partimonju tal-Istat Belġjan huwa falz skont il-fatti: ladarba l-Belġju huwa l-propjetarju ta’ SNCB, kull investiment ħażin li jnaqqas il-valur ta’ SNCB inaqqas ukoll il-patrimonju tal-Istat Belġjan. |
|
(198) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li l-miżuri eżaminati ġew iffinanzjati minn riżorsi tal-Istat. |
4.1.1.2.
|
(199) |
F’dak li jikkonċerna n-neċessità tar-responsabbiltà tal-miżuri lill-Istat konċernat, id-deċiżjoni Stardust Marine tippreċiża li “…il-fatt biss li intrapriża pubblika tkun taħt il-kontroll tal-Istat mhux biżżejjed biex jiġu attribwiti miżuri li jittieħdu minnha, bħalma huma l-miżuri tal-appoġġ finanzjarju msemmi, lill-Istat. Jibqa’ neċessarju li wieħed jeżamina jekk l-awtoritajiet pubbliċi kellhomx jiġu kkunsidrati bħala li kienu implikati, b’xi mod jew ieħor, fl-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri. …”. (28). |
|
(200) |
Jirriżulta għalhekk mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-kriterju tar-responsabbiltà mogħtija lill-Istat irid ikun suġġett għal eżami każ b’każ mill-Kummissjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja tammetti li bħala regola ġenerali, “… ser ikun tassew diffiċli għal terza persuna, preċiżament minħabba r-relazzjonijiet privileġġjati li jeżistu bejn l-Istat u intrapriża pubblika, li juru f’każ konkret li l-miżuri ta’ għajnuna li jittieħdu minn tali intrapriża fil-fatt ikunu ġew adottati skont l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi”. Skont l-istess ġurisprudenza, “…wieħed jista’ jammetti l ir-responsabbiltà mogħtija lill-Istat ta’ miżura ta’ għajnuna li tieħu l-intrapriża tista’ titnaqqas mit-total tal-indizji li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tal-ispeċi u tal-kuntest li fih tkun ingħatat din il-miżura”. (29). |
|
(201) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja wara tiċċara liema kriterji jistgħu jiġu utilizzati biex tintwera r-responsabbiltà: “Ir-responsabbiltà mogħtija lill-Istat ta’ miżura ta’ għajnuna li tittieħed minn intrapriża pubblika tista’ titnaqqas minn total ta’ indizji li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tal-ispeċi u tal-kuntest li fih tkun ingħatat din il-miżura. F’dan ir-rigward, il-Qorti diġà kkunsidrat il-fatt li l-entità msemmija ma setgħetx tieħu d-deċiżjoni kkuntestata mingħajr ma tkun ikkunsidrat l-eżiġenzi tal-poter pubbliku (ara, partikolarment, id-deċiżjoni Van der Kooy e.a./il-Kummissjoni, diġà msemmi,il-punt 37) jew li, minbarra l-elementi ta’ natura organika li jorbtu lill-intrapriżi pubbliċi mal-Istat, dawn, permezz tal-intermedjarju li l-għajnuna tkun tathom, iridu jikkunsidraw id-direttivi li jkunu ġejjin minn comitato interministeriale per la programmazione economica (CIPE) (id-deċiżjonijiet diġà msemmija tal-21 ta’ Marzu 1991, Italja/il-Kummissjoni, C-303/88, il-punti 11 u 12, kif ukoll Italja/il-Kummissjoni, C-305/89, il-punti 13 u 14). Indizji oħrajn jistgħu, jekk ikun il-każ, ikunu pertinenti biex tiġi konkluża r-responsabbiltà tal-Istat ta’ miżura ta’ għajnuna li tittieħed minn intrapirża pubblika, bħal, partikolarment, l-integrazzjoni tagħha fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet tagħha u t-twettiq ta’ dawn fuq is-suq f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ma’ operaturi privati, l-istatut ġuridiku tal-intrapriża, li jiġi mid-dritt pubbliku jew mid-dritt komuni tas-soċjetajiet, l-intensità tat-tutela eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-ġestjoni tal-intrapriża jew kwalunkwe indizju ieħor li jindika, fil-każ konkret, implikazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi jew l-improbabbiltà ta’ nuqqas ta’ implikazzjoni fl-adozzjoni ta’ miżura, meqjusa wkoll l-firxa tagħha, l-kontenut jew l-kundizzjonijiet li din iġġib magħha.” (30). |
|
(202) |
Fl-ittra tal-ftuħ (il-punti 140 sa 150), il-Kummissjoni għamlet distinzjoni, fir-rigward tar-responsabbiltà għall-miżura, bejn il-perjodu preċedenti għall-konklużjoni tal-kuntratt ta’ qafas fis-7 ta’ April 2003 u l-perjodu ta’ wara dan il-kuntratt. Meta jitqiesu l-osservazzjonijiet tal-Belġju, jidher li huwa aktar xieraq li ssir distinzjoni bejn tliet perjodi differenti:
|
Il-perjodu preċedenti għad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tad-19 ta’ Lulju 2002
|
(203) |
F’dak li jikkonċerna l-perjodu preċedenti għal din id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni, tqum il-mistoqsija li wieħed ikun jaf jekk it-tolleranza li tagħha ta prova l-qafas (il-Kumitat tad-Direzzjoni) ta’ SNCB billi ma talabx lil IFB biex tħallas l-għotja ta’ servizzi ta’ trasport mis-sena 2000 ’il quddiem jista’ jiġi attribwit lill-Istat Belġjan. Fl-ittra tal-ftuħ tagħha (il-punti 141 sa 142), il-Kummissjoni esprimiet dubji rigward il-punt li wieħed ikun jaf jekk id-deċiżjoni li jiġi aċċettat in-nuqqas ta’ ħlas sistematiku tal-fatturi matul il-perjodu bejn it-tmiem tas-sena 2000 sal-bidu tal-2003 kinitx ittieħdet mingħajr l-intervent tal-awtoritajiet Belġjani. |
|
(204) |
Fir-risposta tal-gvern Belġjan, il-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB ma kienx infurmat b’din il-prattika qabel id-19 ta’ Lulju 2002; il-Kummissarju tal-Gvern kien infurmat f-istess żmien. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda osservazzjoni min-naħa ta’ partijiet terzi. |
|
(205) |
Il-Kummissjoni sabet, fil-kontijiet ippreżentati fid-dibattiti lill-Kamra u lis-Senat tas-6 ta’ Marzu 2002, tal-24 ta’ Jannar 2002 u tat-28 ta’ Frar 2002, rimarki dwar IFB, fil-kuntest tad-dibattitu aktar wiesa tad-deputati u tas-senaturi dwar il-ftuħ tas-suq tal-ferrovija u tal-fajl ABX. Għalhekk din talbet lill-gvern tal-Belġju biex dan jitrażmettilha l-istudji ta’ Boston Consulting Group u ta’ Team Consult, imsemmija matul dawn id-dibattiti, kif ukoll id-deċiżjoni tal-gvern Belġjan tat-22 ta’ Frar 2002, li wkoll kienet suġġett ta’ dawn id-dibattiti. |
|
(206) |
Analiżi ta’ dawn id-dokumenti ma ppermettietx li jinkixfu indizji ta’ influwenza min-naħa tal-gvern Belġjan dwar id-deċiżjonijiet ta’ SNCB rigward il-futur ta’ IFB. |
|
(207) |
Għaldaqstant, tqum il-kwistjoni li wieħed ikun jaf jekk it-tolleranza tal-qafas ta’ intrapriża pubblika, hekk kif spjegata fil-punt 203 ta’ din id-deċiżjoni, tistax tiġi attribwita lill-Istat Belġjan, minħabba li m’hemm l-ebda indizju ta’ intervent speċifiku min-naħa tal-amministrazzjoni fl-iżvilupp tas-sitwazzjoni. |
|
(208) |
Fil-fatt, skont il-liġi tal-1993 li tistabbilixxi lil SNCB bħala soċjetà b’ishma ta’ dritt pubbliku, il-qafas ta’ SNCB, jiġifieri l-amministratur delegat u l-membri tal-Kumitat tad-Direzzjoni, jamministraw l-intrapriża b’mod awtonomu, mingħajr intervent min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ indizji konkreti ta’ intervent tal-Istat fil-ġestjoni tal-fajl IFB, il-Kummissjoni trid tikkonkludi li d-deċiżjoni tal-qafas ta’ SNCB li jittollera li IFB ma tħallasx il-fatturi matul il-perjodu bejn it-tmiem tas-sena 2000 sa Lulju tal-2002 ma jistax jiġi attribwit lill-Istat Belġjan. |
Il-perjodu inkluż bejn id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tad-19 ta’ Lulju 2002 u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-20 ta’ Diċembru 2002
|
(209) |
Sa mid-19 ta’ Lulju 2002, il-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB, u fi ħdanu l-Kummissarju tal-gvern li jirrappreżenta l-interessi tal-Belġju fil-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB, kien jaf li IFB ma kinitx qed tħallas il-fatturi tagħha sa mit-tmiem tas-sena 2000, u approva l-għotja lil IFB ta’ ħlas bil-quddiem ta’ EUR 2,5 miljun matul it-tieni semestru tal-2002. |
|
(210) |
Il-Kummissjoni trid, f’dan ir-rigward, tivverifika jekk il-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza Stardust Marine jippermettux li din id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB tiġi attribwita lill-Belġju. F’termini oħra, irid jiġi verifikat fil-fatt jekk il-preżenza tal-Kummissarju tal-gvern fil-Kunsill tal-Amministrazzjoni, minkejja n-nuqqas tal-intervent konkret tiegħu dwar il-miżura msemmija, madankollu tippermetti li tiġi attribwita d-deċiżjoni lill-Istat tal-Belġju. Madankollu jirriżulta mill-elementi li tiddisponi minnhom il-Kummissjoni li la l-preparazzjoni tal-fajl, l-anqas il-kummentarji tal-partijiet terzi ma wrew indizji li jissuġġerixxu li l-gvern Beġjan fittex li jinfluwenza d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tad-19 ta’ Lulju 2002. Minħabba li SNCB hija intrapriża pubblika awtonoma, ligħandha l-istatut ta’ kumpannija bl-ishma ta’ dritt pubbliku, din tgawdi minn awtonomija ta’ ġestjoni fir-rigward tal-Istat Belġjan. F’dak li jirrigwarda il-preżenza tal-Kummissarju tal-gvern fil-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB, il-Kummissjoni tinnota li r-rwol tal-Kummissarju kien limitat (ara wkoll ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar dan is-suġġett (31):) il-Kummissarju tal-gvern ma setax jintervjeni fir-rigward tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Lulju 2002 ħlief jekk din setgħet tagħmel preġudizzju għall-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ servizz pubbliku ta’ SNCB. Meta jitqiesu l-ammont tal-għajnuna (EUR 2,5 miljun) u l-forma tal-għajnuna (ħlas bil-quddiem ta’ flus, b’interessi), wieħed irid jinnota li d-deċiżjoni ma kinitx ta’ natura li ġġib preġudizzju għall-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ servizz pubbliku ta’ SNCB. |
|
(211) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li, meta jitqiesu dawn l-elementi, l-għotja minn SNCB ta’ ħlas bil-quddiem ta’ EUR 2,5 miljun lil IFB biex iżżomm attività kummerċjali mingħajr l-ebda rabta mas-servizz pubbliku ma tistax tiġi attribwita lill-Istat Belġjan. |
|
(212) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-każ preżenti ma jinkludix l-indizji li jikkonċernaw l-integrazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet u l-istatut li jistgħu jippermettu li tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-Istat Belġjan għad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tad-19 ta’ Lulju 2002 li jingħata ħlas bil-quddiem ta’ EUR 2,5 miljun lil IFB. |
Il-perjodu ta’ wara d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-20 ta’ Diċembru 2002
|
(213) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2002, il-Kunsill tal-Amministrazzjoni ddeċieda li jikkonkludi kuntratt ta’ qafas ma’ IFB, li kellu jinkludi miżuri ta’ salvataġġ kif ukoll miżuri ta’ ristrutturazzjoni, u jwassal għal żjieda fil-kapital ta’ IFB. |
|
(214) |
L-analiżi tal-fajl mill-Kummissjoni fl-ittra tal-ftuħ tagħha (il-punti 143 sa 150) żvelat tliet indizji konkreti favur ir-responsabbiltà mogħtija lill-Istat Belġjan għal dawn il-miżuri ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturazzjoni favur IFB. Dawn l-indizji kienu:
|
|
(215) |
Fir-risposta tagħhom għall-ittra tal-ftuħ, l-awtoritajiet Belġjani jikkuntestaw li dawn it-tliet indizji huma biżżejjed biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà lill-Istat għall-miżuri fis-sens tal-ġurisprudenza Stardust Marine. Il-Kummissjoni hawnhekk ser tirrepeti l-kontenut tal-indizji, u tispjega għalfejn l-argumenti tal-gvern Belġjan ma setgħux jiġu aċċettati. |
a) L-approvazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi (il-punt 56 tad-deċiżjoni Stardust Marine)
|
(216) |
Fid-deċiżjonijiet tagħha Van der Kooy, (32) l-Italja/il-Kummissjoni (33) u il-Kummissjoni/ Franza, (34) il-Qorti tal-Ġustizzja ikkonkludiet dwar ir-responsabbiltà għall-għajnuna mill-fatt li l-għotja tal-għajnuna kienet ġiet sottomessa għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi. Fid-deċiżjoni Van der Kooy, dan l-element kien biżżejjed biex jistabbilixxi r-responsabbiltà; fid-deċiżjonijiet Italja/il-Kummissjoni u il-Kummissjoni/Franza, l-approvazzjoni hija magħquda ma’ elementi oħra li juru l-influwenza tal-poteri pubbliċi. (35) Id-deċiżjoni Space Park Development GmbH, li kienet l-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni li applikat id-deċiżjoni Stardust Marine, ikkonkludiet ir-responsabbiltà ta’ għajnuna ukoll mill-fatt li s-self imsemmi kellu jirċievi l-ftehim tal-awtoritajiet ta’ Land ta’ Bremen. (36) Għalhekk, is-sottomissjoni ta’ miżura lill-Istat Membru għall-approvazzjoni tikkostitwixxi indizju ta’ responsabbiltà. |
|
(217) |
Għalhekk, f’dan il-każ speċifiku, l-artikolu 2 tal-kuntratt ta’ qafas jobbliga lill-Kunsilli tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB u ta’ IFB li jissottomettu l-pjan ta’ ristrutturazzjoni għall-approvazzjoni mill-Istat Belġjan. (37) Dan jikkostitwixxi għalhekk l-ewwel indizju ta’ responsabbiltà għall-Istat Belġjan tad-deċiżjoni ta’ SNCB li tirristruttura lil IFB. |
|
(218) |
Il-gvern Belġjan jenfasizza li, b’differenza għal dak li kien stipulat fil-kuntratt ta’ qafas, SNCB u IFB finalment ma ppreżentawx il-pjan ta’ ristrutturazzjoni għall-approvazzjoni tal-gvern Belġjan, għaliex dan kien imur kontra l-awtonomija kummerċjali ta’ SNCB. |
|
(219) |
Kif diġà spjegat fl-ittra tal-ftuħ (il-punti 146 u 147), din is-sitwazzjoni fil-fatt m’għandhiex il-konsegwenza li tagħmel dan l-indizju ta’ responsabbiltà inoperabbli: jidher eskluż li ż-żewġ partijiet għall-kuntratt, SNCB u IFB, kienu jinkludu tali klawżola fil-kuntratt, li kieku ma kienx hemm influwenza tal-gvern Belġjan f’dan ir-rigward. |
|
(220) |
Il-fatt li l-gvern Belġjan jippretendi li ma ġiex ikkonsultat b’mod formali dwar ir-ristrutturazzjoni mhux biżżejjed biex jeskludi influwenza informali min-naħa tal-gvern Belġjan matul il-preparazzjoni tal-kuntratt ta’ qafas tas-7 ta’ April 2003, u l-anqas biex jeskludi li ingħatat approvazzjoni. Fil-fatt, kif innutat il-Qorti tal-Ġustizzja fid-deċiżjoni Stardust Marine, “… ikun tassew diffiċli għal parti terza, preċiżament minħabba r-relazzjonijiet privileġġjati li jeżistu bejn l-Istat u intrapriża pubblika, li turi f’każ konkret li l-miżuri ta’ għajnuna li ngħataw lil tali intrapriża fil-fatt ġew adottati fuq istruzzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi.”. Għaldaqstant, il-fatt sempliċi li l-kuntratt konkluż bejn il-partijiet jistipula l-approvazzjoni mill-Istat Belġjan jikkostitwixxi indizju qawwi għall-implikazzjoni tal-gvern tal-Belġju. |
|
(221) |
Fir-risposta għall-ittra tal-ftuħ, il-gvern Belġjan jispjega li l-klawżola li tinsab fl-artikolu 2 tal-kuntratt ta’ qafas ma kinitx tirrigwarda il-pjan ta’ ristrutturazzjoni nnifsu, imma l-komunikazzjoni li biha l-Belġju kien ser jinnotifika l-kuntratt ta’ qafas lill-Kummissjoni. |
|
(222) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan l-argument mhux konvinċenti: jekk il-partijiet għal-kuntratt ta’ qafas kellhom il-ħsieb li dan jiġi nnotifikat mill-Belġju lill-Kummissjoni, huma kienu jistipulaw dan b’mod ċar fl-artikolu 2 tal-kuntratt. L-interpretazzjoni proposta mill-gvern Belġjan huwa kontra l-ittra tal-kuntratt. |
|
(223) |
B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-artikolu 2 tal-kuntratt jimplika l-approvazzjoni tal-miżuri mill-awtoritajiet Belġjani u jikkostitwixxi indizju ta’ responsabbiltà għall-miżuri tal-Istat Belġjan. |
b) Artikli tal-gazzetta
|
(224) |
Indizju supplementari favur ta’ intervent tal-gvern Belġjan f’dan il-każ jinstabu wkoll fl-artikli tal-gazzeta. (38) Għalhekk, artiklu li deher f’La libre Belgique tad-19 ta’ Mejju 2003 (39) jsemmi l-uffiċċju stampa ta’ SNCB, li jispjega li l-Belġju kien għadu ma nnotifikax lill-Kummissjoni bil-miżuri ta’ salvataġġ fid-19 ta’ Mejju 2003, fil-waqt li l-kuntratt ta’ qafas kien ġie ffirmat fis-7 ta’ April 2003, permezz tal-fatt li “il-poter federali għandu(kellu) xi jgħid”. F’artiklu li deher f’Marzu 2003 fuq is-sit www.cheminots.be, Karel Vinck, li dak iż-żmien kien l-amministratur delegat ta’ SNCB, huwa kwotat fir-rigward tal-fajls ta’ ABX u IFB li qal kif ġej: “Dan japplika marġini ta’ ċaqliq biżżejjed għall-amministrazzjoni tas-soċjetà”. Dan jagħti x’jifhem li l-qafas ta’ SNCB kien jikkunsidra li l-Istat jintervjeni wisq fl-affarijiet tiegħu. |
|
(225) |
Il-Belġju jirrifjuta dan l-indizju. F’dak li jirrigwarda l-artiklu ta’ La libre Belgique, dan jinsisti, b’referenza għall-artikolu 2 tal-kuntratt ta’ qafas, li l-poter federali ma kellu xejn xi jgħid ħlief fuq il-komunikazzjoni tal-gvern Belġjan lill-Kummissjoni, li biha ser jiġi notifikat il-kuntratt ta’ qafas. Madankollu, it-test tal-artiklu tal-gazzetta u tal-komunikat tal-istampa ta’ SNCB huwa ċar. Kieku l-uffiċċju tal-istampa ta’ SNCB ried jgħid li l-gvern Belġjan kellu biss japprova test biex jiġi trażmess lill-Kummissjoni, kien jindika li l-problema li trid tissolva hija problema ta’ forma, u mhux ta’ sustanza. |
|
(226) |
F’dak li jikkonċerna l-proposti li sostna Karel Vinck, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li huma llimitaw ruħhom għall-ġestjoni tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku. Dan ma tantx kien jidher kredibbli, għax hu ġie intervistat partikolarment dwar is-suġġett tal-fajls ABX u IFB, li, bħalma jagħraf il-gvern Belġjan stess, jikkonċernaw l-attivitajiet kummerċjali ta’ SNCB, u mhux missjonijiet ta’ servizz pubbliku. |
c) Firxa, kontenut u kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ qafas
|
(227) |
B’mod aktar ġenerali, il-Kummissjoni tfakkar li l-punt 56 tad-deċiżjoni Stardust Marine, diġà msemmi, skont liema “kull indizju ieħor li jindika, fil-każ konkret, implikazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi jew l-improbabbiltà ta’ nuqqas ta’ implikazzjoni fl-adozzjoni ta’ miżuri, meqjusin ukoll l-firxa tagħhom, il-kontenut tagħhom jew l-kundizzjonijiet li jġibu magħhom” irid jiġi kkunsidrat biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà ta’ miżura lill-Istat Membru, għandu bħala riżultat li l-firxa, l-kontenut u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ qafas jikkostitwixxu indizju supplementari ta’ responsabbiltà. |
|
(228) |
Il-Belġju jirrifjuta dan it-tielet indizju, waqt li jirrepeti li SNCB kienet kompletament awtonoma biex tieħu d-deċiżjonijiet kollha tagħha, ħlief għall-ġestjoni tas-servizzi pubbliċi. |
|
(229) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-liġi tal-1993 li tirregola l-istatut ta’ SNCB bħala soċjetà b’azzjonijiet ta’ dritt pubbliku ċertament tagħti awtonomija lil SNCB għall-attivitajiet kummerċjali tagħha. Madankollu, il-Kummissjoni tfakkar li l-Kummissarju tal-gvern ikun preżenti matul kull laqgħa tal-Kumitat tal-Amministrazzjoni, u jista’ jirrikorri quddiem l-awtoritajiet Belġjani bil-għan li jannulla deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni billi jibbaża ruħu fuq suġġett barrani għat-twettiq tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku jekk din id-deċiżjoni “twassal […] preġudizzju għall-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ servizz pubbliku”. |
|
(230) |
Kif diġà spjegat, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-deċiżjoni tal-għotja ta’ ħlas bil-quddiem ta’ flus ta’ EUR 2,5 miljun ma setgħetx tkun suġġett għal rikors tal-Kummissarju tal-gvern, għax minħabba l-ammont u l-forma tiegħu, dan ma setax iwassal għal preġudizzju fl-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ servizz pubbliku. |
|
(231) |
L-apprezzament irid ikun differenti għad-deċiżjoni li jiġu investiti madwar EUR 100 miljun f’soċjetà fix-xifer tal-falliment. Din id-deċiżjoni kellha twassal lill-Kummissarju tal-gvern biex jintervjeni, jew tal-anqas li jinforma lill-awtoritajiet Belġjani, sabiex dawn jintervjenu b’mod formali jew informali, kif kien għamel pereżempju fis-sena 2000 għall-investimenti f’ABX, il-fergħa Taljana. |
|
(232) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-firxa, l-kontenut u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ qafas jikkostitwixxu wkoll, flimkien mal-preżenza u l-poter tal-Kummissarju tal-gvern, indizju tar-responsabbiltà. |
d) Konklużjoni
|
(233) |
B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri in kwistjoni jistgħu jiġu attribwiti għall-Istat Belġjan f’dak li jikkonċerna l-perjodu ta’ wara d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB tal-20 ta’ Diċembru 2002. |
|
(234) |
Għalhekk jaqbel li jiġi analizzat jekk il-miżuri li ttieħdu minn SNCB rigward IFB mill-20 ta’ Diċembru 2002 tawx vantaġġ lill-benefiċjarju, jew jekk, min-naħa l-oħra, SNCB aġixxietx kif kien jagħmel investitur infurmat fl-ekonomija tas-suq. |
4.1.2. Vantaġġ lill-benefiċjarju tal-għajnuna fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur infurmat fl-ekonomija tas-suq
|
(235) |
Jaqbel li jiġi analizzat jekk id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jiżdied il-kapital ta’ IFB permezz ta’ bdil tad-dejn dovut, u l-għotja ta’ miżuri ta’ salvataġġ, li wasslu lil SNCB biex tiffirma, fis-7 ta’ April 2003, il-kuntratt ta’ qafas ma’ IFB, ħolqitx vantaġġ ekonomiku għal IFB, jew jekk din id-deċiżjoni tiġi mill-apprezzament ta’ investitur privat fl-ekonomija tas-suq. |
|
(236) |
Minħabba li d-deċiżjoni ta’ SNCB li ma titlobx aktar il-ħlas tal-fatturi tagħha lil IFB mit-tmiem tas-sena 2000 sa Diċembru 2002, kif ukoll id-deċiżjoni ta’ SNCB li tagħti ħlas bil-quddiem ta’ EUR 2,5 miljun ma jistgħux jiġu attribwiti għall-Belġju, dawn id-deċiżjonijiet ma jistgħux jiġu analizzati aktar fid-dettall. |
|
(237) |
Biex infakkru, il-miżuri ta’ salvataġġ kienu jikkonsistu fi:
|
|
(238) |
Il-miżuri ta’ ristrutturazzjoni jinkludu id-diżinvestiment tas-sussidjarji fi Franza u r-ristrutturazzjoni u l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet fil-Belġju. Il-finanzjament ta’ dawn il-miħuri kien assigurat l-ewelnett mill-miżuri ta’ salvataġġ, il-pjan ta’ ristrutturazzjoni kien jistipula li dan il-finanzjament ser ikun imwettaq permezz tal-bdil tad-dejn li ġej f’kapital soċjali:
|
|
(239) |
Biex jiġi stabbilit jekk SNCB aġixxietx kif kien jagħmel investitur privat fl-ekonomija tas-suq, jaqbel li jiġi apprezzat jekk, f’ċirkostanzi simili, investitur privat ta’ daqs li jista’ jitqabbel ma’ dak ta’ SNCB u li jinsab f’sitwazzjoni li tista’ titqabbel ma’ dik ta’ SNCB setax jitwassal biex jipproċedi bl-istess mod. (40). |
|
(240) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li jekk l-aġir tal-investitur privat mhux neċessarjament dak tal-investitur ordinarju li jpoġġi kapitali bil-ħsieb li dawn jagħtu profitt bejn wieħed u ieħor fi żmien qasir, dan għandu, tal-anqas, ikun dak ta’ holding privat jew grupp privat ta’ intrapriżi li jsegwu politika strutturali, globali jew settorjali, u mmexxija minn perspettivi ta’ profitti għal-terminu ta’ żmien twil. (41) Il-Qorti ippreċiżat li l-Kummissjoni hija obbligata “li tagħmel analiżi kompleta tal-elementi kollha pertinenti tal-proċedura kkuntestata u tal-kuntest tagħha” sabiex tkun taf jekk l-Istat aġixxiex kif kien jagħmel investitur infurmat fl-ekonomija tas-suq. (42). |
|
(241) |
Il-Belġju, fir-risposta tieħgu għall-ittra tal-ftuħ, jikkunsidra li d-deċiżjoni ta’ SNCB li titlob lil IFB li tneħħi l-investiment tagħha fis-sussidjarji Franċiżi tal-grupp, u wkoll id-deċiżjoni ta’ SNCB li titlob lil IFB li tagħmel ristrutturazzjoni u tkompli l-attivitajiet tagħha fil-Belġju, jikkorrispondu għal deċiżjonijiet li kien jieħu investitur privat fl-ekonomija tas-suq. |
|
(242) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra madankollu li l-kwistjoni pertinenti mhix li wieħed ikun jaf jekk IFB, bid-diżinvestiment tas-sussidjarji tagħha fi Franza u bir-ristruttrurazzjoni u t-tkomplija tal-attivitajiet tagħha fil-Belġju, ġabitx ruħha bħal investitur fl-ekonomija tas-suq, imma li jsir jaf jekk id-deċiżjoni ta’ SNCB li tiffinanzja dawn iż-żewġ miżuri hijiex deċiżjoni li kien jieħu investitur privat. |
|
(243) |
Fl-2002/2003, SNCB kellha għalhekk tiddeċiedi jekk, globalment, kienx orħos li tiffinanzja r-ristrutturazzjoni ta’ IFB (li jimplika d-diżinvestiment tas-sussidjarji fi Franza u t-tkomplija tal-attivitajiet fil-Belġju) jew jekk kienx orħos li tillikwida l-IFB. Il-Kummissjoni għandha bħala prattika kostanti li tikkunsidra li investitur privat kie ikompli l-attività ta’ sussidjarja, jekk tqabbil bejn l-ispejjeż ta’ likwidazzjoni tas-sussidjarja u l-ispejjeż ta’ ristrutturazzjoni tas-sussidjarja juri li l-ispejjeż tal-likwidazzjoni jaqbżu lill-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni. (43). |
|
(244) |
Jaqbel għalhekk li l-ewwel tiġi stabbilita l-ispiża, għal SNCB ta’ kull wieħed minn dawn iż-żewġ xenarji, ir-ristrutturazzjoni u l-likwidazzjoni ta’ IFB. |
4.1.2.1.
|
(245) |
Fl-ewwel xenarju, SNCB tiddedika EUR 95,3 miljun ta’ finanzjament għar-ristrutturazzjoni ta’ IFB, taħt il-forma ta’ rifjut għas-salvataġġ tad-dejn li huwa mbiddel f’kapital. Fit-tmiem tar-ristrutturazzjoni, din ikollha 100 % minn intrapriża li l-valur tagħha huwa stmat EUR 31 miljun, imma li għandha proviżjonijiet ta’ EUR 34,2 miljun, u EUR 15-il miljun ta’ dejn finanzjarju (minbarra dejn lil SNCB), u li għalhekk għandha valur ta’ intrapriża nett ta’ - EUR 18-il miljun. Il-Kummissjoni tikkunsidra din l-istima, bbażata fuq metodi magħrufa, bħala realista. |
|
(246) |
Il-Kummissjoni tqis li b’konsegwenza, fl-ipoteżi ta’ bejgħ ta’ IFB, SNCB kienet tikseb biss prezz ta’ bejgħ negattiv. |
4.1.2.2.
|
(247) |
F’tieni xenarju, SNCB tirrinnunċja wkoll għas-salvataġġ tal- EUR 95 miljun tad-dejn tagħha. Il-Belġju jqis li, barra minn dan, fuq il-bażi tal-elementi disponibbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ qafas fis-7 ta’ April 2003, il-likwidazzjoni tal-attivitajiet Belġjani ta’ IFB kienet tobbliga lil SNCB biex issostni spiża supplementari bejn EUR 70,6 u EUR 1618 miljun. Dan l-ammont jikkorrispondi għas-somom li normalment setgħu jiġu rkuprati permezz tal-likwidazzjoni tal-assi (EUR 37,5 miljun), li minnhom jitnaqqsu l-ispejjeż li jintnefqu mil-likwidazzjoni tal-obbligazzjonijiet ta’ IFB (EUR 67 sa EUR 769 miljun) u n-nefqa tal-persunal ta’ SNCB li sar eċċessiv (EUR 41,1 sa EUR 122,4 miljun) wara l-waqfien tal-attivitajiet ta’ IFB. |
|
(248) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din l-analiżi. L-ewwelnett, hi tikkuntesta li SNCB kien ikollha tħallas l-obbligazzjonijiet kollha ta’ IFB. It-tieninett hi tikkuntesta l-ammont ta’ eċċess soċjali kkalkulat mill-Belġju. |
Ir-responsabbiltà ta’ SNCB għall-obbligazzjonijiet ta’ IFB
|
(249) |
Kuntrarju għal dak li jaħseb il-Belġju, il-fatt li IFB kellha assi netti (valur ta’ rkupru tal-assi mnaqqsa bil-valur tal-obbligazzjonjiet kontinġenti) negattivi ma jfissirx li f’każ ta’ falliment, SNCB kien ikollha ssostni surplus tal-obbligazzjonijiet korrispondenti. Fil-fatt, il-Kummissjoni tfakkar li, fil-prinċipju soċjetà bħal IFB tirrispondi għall-obbligi tagħha bil-patrimonju soċjali tagħha stess. Ir-responsabbiltà tal-azzjonisti għall-obbligi tas-soċjetà normalment ma jmurx lil hinn mill-kapital soċjali ta’ din, u għalhekk ma jaffetwax il-partimonji tal-istess azzjonisti differenti. Huwa biss f’każijiet eċċezzjonali u f’kundizzjonijiet tassew stretti li ċerti leġiżlazzjonijiet nazzjonali jistipulaw il-possibbiltà għal partijiet terzi li jduru fuq l-azzjonisti. (44). |
|
(250) |
Fl-ipoteżi ta’ falliment ta’ IFB, SNCB kienet għalhekk titlef il-kapital soċjali tagħha, imma ma kienx ikollha tħallas lura lill-kredituri l-oħra ta’ IFB. A priori, il-prezz tal-falliment ta’ IFB għal SNCB li taġixxi bħala azzjonista kien għalhekk ikun ta’ żero, u mhux ta’ bejn EUR 29,5 u EUR 39,4 miljun bħal ma jsostnu l-awtoritajiet Belġjani. |
|
(251) |
Fil-prattika tad-deċiżjonijiet tagħha, il-Kummissjoni tagħraf madankollu li intrapriża li tkun fis-sitwazzjoni ta’ SNCB setgħet kienet obbligata li ssostni spejjeż taħt kapaċitajiet oħra minbarra taħt il-kapaċità ta’ azzjonista. (45) F’dan il-każ, l-ispejjeż huma partikolarment dawn li ġejjin:
|
|
(252) |
Jaqbel għalhekk li jiġi stmat li l-ammont massimu li SNCB setgħet titwassal biex issostni dan. F’dan ir-rigward, il-Belġju jistima hu stess li spejjeż addizjonali sostnuti minn SNCB għal din ir-raġuni ma kellhomx jaqbżu t- EUR 13-il miljun. Fil-verità, l-ispejjeż addizjonali reali setgħu jkunu inferjuri, għax il-kredituri ta’ IFB kienu l-ewwel jirkupraw parti mis-self tagħhom mil-likwidazzjoni ta’ IFB, u ma kinux ikunu jitħallsu minn SNCB sal-limitu tal-bilanċ. Dan l-ammont ta’ EUR 13-il miljun għalhekk għandu jiġi kkunsidrat bħala limitu massimu. |
L-ammont ta’ spejjeż addizjonali soċjali għal SNCB
|
(253) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li fil-prinċipju, investitur privat fl-ekonomija tas-suq, li jrid jiddeċiedi bejn il-finanzjament tar-ristrutturazzjoni tal-kumpannija sussidjarja tiegħu u l-likwidazzjoni tagħha, jista’ jitwassal biex jikkunsidra n-nefqa biex inaqqas il-persunal tagħha, jekk dan it-tnaqqis tal-persunal ikun konsegwenza diretta u inevitabbli tal-falliment tas-sussidjarja. |
|
(254) |
Il-Belġju wasal għal-konklużjoni li l-falliment ta’ IFB kien iħalli lil SNCB b’persunal żejjed ta’ 530 impjegat, li 50 minnhom kienu sekondati ma’ IFB, u li 480 minnhom kienu impjegati ma’ SNCB għall-attivitajiet li t-tkomplija tagħhom kienet tiddependi mill-attivitajiet ta’ IFB. It-tnaqqis tall-persunal ta’ SNCB b’530 impjegat kienet toħloq spejjeż ta’ EUR 122,4 miljun, jiġifieri 230 000 għal kull impjegat. Id-dettalji ta’ dan il-kakolu huma spejgati fil-parti 3 ta’ din id-deċiżjoni. |
|
(255) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li mhuwiex realistiku li wieħed iqis li SNCB kienet setgħet biss tirkupra 21 % tat-traffiku ġġenerat qabel minn IFB. L-ewwelnett, kif jagħraf il-Belġju fir-risposta tiegħu għad-deċiżjoni tal-ftuħ, is-swieq li fuqhom hija attiva qed jikbru (tkabbir ta’ 11 % għat-trażbord ta’ merkanzija, tkabbir ta’ 12 % għat-trasport kumbinat). Għalhekk, kien jidher probabbli li l-kompetituri ta’ IFB kienu jixtru l-assi ta’ IFB, sabiex ikomplu l-attivitajiet tagħha. |
|
(256) |
F’din l-ipoteżi, ix-xerrej ta’ IFB kien ikollu bżonn servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bil-ferrovija. Minħabba l-pożizzjoni tassew b’saħħitha ta’ SNCB fuq is-suq tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija li titlaq mill-Belġju, u l-monopolju tagħha (sa l-1 ta’ Jannar 2007) fuq is-suq tat-trasport nazzjonali tal-merkanzija fil-Belġju, Il-Kummissjoni tqis li x-xerrej ta’ IFB kien jagħżel, tal-anqas għal parti importanti tal-bżonnijiet tiegħu, lil SNCB bħala trasportatur bil-ferrovija. Għalhekk, anke fl-ipoteżi ta’ falliment ta’ IFB, SNCB setgħet tirkupra parti tassew kbira mit-traffiku bil-ferrovija tagħha li kien iġġenerat minn IFB. |
|
(257) |
Barra minn dan, il-Kummissjoni tosserva li s-swieq tat-trasport bil-ferrovija qed jikbru. Għalhekk, jidher raġonevoli li wieħed jassumi li SNCB setgħet tikber bl-istess rata mgħaġġla bħas-suq, li kien jippermettilha li terġa’ tintegra bis-sħiħ lill-50 impjegat sekondat ma’ IFB. |
|
(258) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Belġju ma għarafx juri b’mod konvnċenti li SNCB kien ikollha persunal żejjed ta’ 480 impjegat fl-ipoteżi ta’ falliment ta’ IFB, u li din ma kinitx tkun tista’ terġa’ tintegra lill-50 impjegat sekondat ma’ IFB. |
|
(259) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni trażmessa mill-Belġju, il-Kummissjoni tikkunsidra li, fit-tieni xenarju, SNCB tirrinunċja wkoll (bħal fl-ewwel xenarju) għal-irkuprar tad-dejn tagħha fil-limitu massimu ta’ EUR 95,3 miljun u ssostni barra minn dan nefqa massima ta’ EUR 13-il miljun. |
4.1.2.3.
|
(260) |
Billi SNCB irrifjutat, fiż-żewġ xenarji għas-self tagħha fuq IFB, aktar minn EUR 95,3 miljun, il-Belġju ma weriex li bl-għażla tal-ewwel xenarju (l-iffinanzjar tar-ristrutturazzjoni), li wassal biex SNCB iżżomm intrapriża li l-valur tagħha huwa negattiv u stmat għal -EUR 18-il miljun, SNCB għamlet għażla ekonomikament infurmata meta mqabbla mat-tieni xenarju ta’ likwidazzjoni, fejn l-uniċi eċċessi ippruvati fil-qafas ta’ din il-proċedura huma stmati għal massimu ta’ EUR 13-il miljun. |
|
(261) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Belġju ma weriex li SNCB aġixxiet bħal investitur privat fl-ekonomija tas-suq meta ħadet id-deċiżjoni, li tista’ tiġi attribwita lill-Istat Belġjan, li tiffinanzja r-ristrutturazzjoni u t-tkomplija tal-attivitajiet ta’ IFB fil-Belġju u d-disinvestiment tal-attivitajiet ta’ IFB fi Franza. |
4.1.3. It-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u t-twettiq ta’ skambji bejn l-Istati Membri
|
(262) |
Il-Kummissjoni trid tanalizza s-sitwazzjoni tas-suq konċernat u l-partijiet tas-suq tal-benefiċjarji fuq dan is-suq, kif ukoll l-impatt li l-appoġġ finanzjarju ser ikollu fuq is-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni (46). |
|
(263) |
F’dan il-każ, l-appoġġ finanzjarju ngħata lil intrapriża attiva fuq swieq miftuħa għall-kompetizzjoni, li tinsab f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni ma’ kompetituri oħra li ġejjin minn diversi Stati Membri, kif muri fit-2 parti ta’ din id-deċiżjoni. L-appoġġ finanzjarju jgħawweġ jew jhedded li jgħawweġ għalhekk il-kompetizzjoni, u jhedded li jaffetwa jew jaffetwa l-iskambji bejn l-Istat Membri. |
|
(264) |
Il-gvern Belġjan, fl-ittra ta’ risposta tiegħu għall-bidu tal-proċedura, jikkuntesta li dawn iż-żewġ kriterji tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 87, huma sodisfatti, għax il-Kummissjoni ma ppreżentat l-ebda prova li tistabbilixxi tali tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. |
|
(265) |
Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet Belġjani dwar il-fatt li l-paragrafu 1 tal-Artikolu 87, jirreferi għal theddid ta’ tgħawwiġ. Għalhekk, il-Kummissjoni m’għandhiex tagħti prova ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, imma trid tispjega b’mod ir-riskju ta’ tali tgħawwiġ, dak li hija għamlet fl-ittra tal-ftuħ (il-punti 212 u 213) kif ukoll f’din id-deċiżjoni. |
4.1.4. Konklużjoni: preżenza ta’ għajnuna mill-Istat
|
(266) |
Biex tikkonkludi, l-Kummissjoni tikkunsidra li l-finanzjament minn SNCB għar-ristrutturazzjoni ta’ IFB (fil-Belġju) u tat-twaqqif tal-attivitajiet tagħha fi Franza, taħt il-forma ta’ tibdil f’kapital ta’ dejn ta’ aktar minn EUR 95,3 miljun, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
4.2. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna
|
(267) |
Il-punt c) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 87 tat-Trattat jistipula li “tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”. |
|
(268) |
L-għajnuna mogħtija mill-Belġju permezz ta’ SNCB tista’ tkun kompatibbli mas-suq komuni skont il-punt c) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 87, hekk kif interpretat mil-Kummissjoni fil-linji gwida tagħha tal-1999 u tal-2004. |
4.2.1. Kompatibbiltà bħala għajnuna ta’ salvataġġ
|
(269) |
Huma biss il-miżuri li jikkostitwixxu għajnuna ta’ flus li jistgħu jkunu kompatibbli bħala għajnuna għal salvataġġ. F’dan il-każ, l-għajnuna ta’ flus huma l-għotja ta’ żmien għal ħlas, il-faċilità ta’ kreditu u l-ħlas bil-quddiem li jista’ jiġi rkuprat. |
|
(270) |
Sa mill-bidu, tqum il-mistoqsija li wieħed ikun jaf liema verżjoni tal-linji ta’ gwida hija applikabbli. L-aħħar verżjoni ta’ dawn il-linji gwida daħlet fis-seħħ fl-10 ta’ Ottubru 2004. Din tindika fil-punt 7 “data tal-applikazzjoni u tul ta’ żmien”:
|
|
(271) |
L-għajnuna fi flus ingħatat fis-7 ta’ April 2003, permezz tal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ qafas bejn IFB u SNCB. L-għotja saret mingħajr notifika preċedenti lill-Kummissjoni, u għalhekk bi vjolazzjoni tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 88 tat-Trattat. L-għarfien tal-kompatibbiltà tagħhom bħala għajnuna ta’ salvataġġ għalhekk ser issir fuq il-bażi tal-linji gwida tal-1999. |
|
(272) |
Il-punt 23 tal-linji gwida tal-1999 jiddefinixxi l-ħames kundizzjonijiet li ġejjin sabiex għajnuna ta’ salvataġġ tista’ tkun kompatibbli mas-suq komuni: “L-għajnuna ta’ salvataġġ trid:
|
|
(273) |
It-tul ta’ żmien għall-ħlas lura stipulat fil-kuntratt ta’ qafas huwa ta’ tnax-il xahar. Madankollu, il-gvern Belġjan informa lill-Kummissjoni li ż-żmien kien ġie mtawwal awtomatikament bejn iż-żewġ partijiet saż-żmien taż-żjieda tal-kapital. |
|
(274) |
B’kunsiderazzjoni għal dan l-element, il-Kummissjoni kkunsidrat fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha (il-punti 232 u 233) li l-kriterju tal-punt 23 b) ma kienx sodisfatt u li l-għajnuna ta’ flus ma setgħetx tiġi awtorizzata bħala għajnuna għas-salvataġġ. |
|
(275) |
Il-Belġju jikkuntesta din l-istima ġuridika bi tliet argumenti. Dan jikkunsidra l-ewwel li SNCB żammet il-miżuri ta’ salvataġġ bl-uniku għan li tippermetti lill-Kummissjoni li tikkonkludi l-eżami tal-każ NN 9/04. Huwa jipprevali mill-punt 24 tal-linji gwida, li jistipula li awtorizzazzjoni tal-miżuri ta’ salvataġġ tibqa’ valida sakemm il-Kummissjoni tiddeċiedi fuq il-pjan ta’ ristrutturazzjoni. B’konsegwenza ta’ dan, l-awtoritajiet Belġjani jitolbu lill-Kummissjoni biex ma tinvokax iż-żmien tal-proċedura tagħha ta’ approvazzjoni tal-miżuri ta’ salvataġġ biex tqis it-tul ta’ żmien li fih jinżammu dawn il-miżuri, u li tapprova, fuq il-bażi tal-punt 24 tal-linji gwida tal-1999, il-miżuri ta’ salvataġġ sakemm il-Kummissjoni tiddeċiedi fuq il-pjan ta’ ristrutturazzjoni. |
|
(276) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan l-argument mhux pertinenti. Fil-fatt, il-punt 24 tal-linji gwida tal-1999 jindika li “L-awtorizzazzjoni tal-bidu tal-għajnuna għas-salvataġġ tkopri perjodu ta’ massimu ta’ sitt xhur jew, jekk l-Istat Membru jkun ippreżenta pjan ta’ ristrutturazzjoni f’dan iż-żmien, sakemm il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar dan il-pjan. Wara l-awtorizzazzjoni inizjali, u f’każijiet eċċezzjonali ġustifikati kif suppost, il-Kummissjoni tkun tista’ tawtorizza li jittawwal iż-żmien inizjali b’sitt xhur fuq talba tal-Istat Membru”. |
|
(277) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju implimenta l-għajnuna ta’ ristrutturazzjoni fis-7 ta’ April 2003. Iż-żmien ta’ sitt xhur għal-preżentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni għalhekk kien jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2003. Minħabba li l-awtoritajiet Belġjani ttrażmettew il-pjan ta’ ristrutturazzjoni lill-Kummissjoni matul laqgħa tat-12 ta’ Diċembru 2003, dawn ma rrispettawx iż-żmien stipulat mill-punt 24 tal-linji gwida. |
|
(278) |
It-tieni argument tal-awtoritajiet Belġjani, skont liema huma pprovdew kull element neċessarju għad-deċiżjoni dwar l-għajnuna ta’ salvataġġ lill-Kummissjoni permezz tal-komunikazzjoni tagħhom tat-12 ta’ Awwissu 2003, l-anqas ma huwa pertinenti. Fil-fatt, il-fatt li l-Kummissjoni talbet informazzjoni supplementari diversi drabi wara juri li l-informazzjoni li pprovda l-Belġju ma kinitx kompleta. |
|
(279) |
Fir-rigward tal-argument tal-awtoritajiet Belġjani skont liema l-Kummissjoni qatt ma esprimiet riserva fuq iż-żamma proviżorja tal-miżuri ta’ salvataġġ, huwa biżżejjed li wieħed ifakkar li l-Kummissjoni, fl-ittri tagħha tat-13 ta’ Ottubru 2003 u tas-26 ta’ Jannar 2005, inkludiet in-nota ta’ kawtela li ġejja: il-Kummissjoni tiġbed “l-attenzjoni tal-awtoritajiet Belġjani dwar il-klawżola ta’ sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 88, tat-Trattat KE, stipulat fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) 659/99 tal-Kunsill, li tipprevjeni li titwettaq kwalunkwe għajnuna ġdida qabel ma l-Kummissjoni tieħu, jew ikun magħruf li tkun ħadet, deċiżjoni li tawtorizzaha. Barra minn dan, nippermetti lili nnifsi li nfakkar lill-awtoritajiet Belġjani li l-irkuprar ta’ kwalunkwe għajnuna mwettqa f’kontravenzjoni ta’ din il-klawżola jista’ jintalab mill-banafiċjarju tagħha fit-termini tal-Artikolu 14 ta’ dan ir-regolament”. |
|
(280) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-għajnuna ta’ flus mogħtija minn SNCB lil IFB qabżet iż-żmien ta’ 12-il xahar stipulat fil-punt 23 b) tal-linji gwida tal-1999, u lill-awtoritajiet Belġjani ma ppreżentawx lill-Kummissjoni il-pjan ta’ ristrutturazzjoni fi żmien sitt xhur, kif stipulat fil-punt 24 tal-linji gwida tal-1999. L-għajnuna mogħtija minn SNCB għalhekk ma tistax tiġi awtorizzata bħala għajnuna għas-salvataġġ. Madankollu din tista’ tkun kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni. |
4.2.2. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni
|
(281) |
Mill-ġdid tqum il-mistoqsija dwar liema verżjoni tal-linji gwida hija applikabbli. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-punt 240), il-Kummissjoni kkunsidrat li SNCB tiddeċiedi li ma tagħtix vantaġġ ġdid lil IFB, u jekk tiġi ppreżentata l-prova li SNCB kienet impenjata li tbiddel id-dejn f’kapital qabel il-pubblikazzjoni tal-linji gwida tal-2004, il-Kummissjoni trid teżamina fid-deċiżjoni finali tagħha l-għajnuna mogħtija minn SNCB lil IFB fuq il-bażi tal-linji gwida tal-1999. |
|
(282) |
L-awtoritajiet Belġjani, fir-risposta tagħhom għall-ittra tal-ftuħ, kienu infurmaw lill-Kummssjoni li SNCB kienet irrinunċjat għall-kontribuzzjoni minħabba l-holding tagħha fis-soċjetà TRW lil IFB, u tirtira n-notifika tagħha tat-28 ta’ Frar 2005. Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li SNCB iddeċidiet li ma tatix vantaġġ ġdid lil IFB, imma li tillimita rużha li tbiddel id-dejn tagħha f’kapital. |
|
(283) |
Jaqbel li jkun determinat jekk SNCB impenjatx ruħha biex tbiddel id-dejn tagħha f’kapital qabel il-pubblikazzjoni tal-linji gwida tal-2004. L-awtoritajiet Belġjani, fir-risposta tagħhom għall-ittra tal-ftuħ, urew li fil-liġi tal-Belġju l-impenn ta’ SNCB li tbiddel id-dejn tagħha f’kapital kien ċert sa mis-7 ta’ April 2003, il-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ qafas, u l-fatt li dan l-impenn kien illimitat bil-kundizzjoni ta’ sospensjoni, jiġifieri n-notifika lill-Kummissjoni u l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, ma kellux bħala konsegwenza li jneħħi l-karattru ċert u definittiv ta’ dan l-impenn. Fil-fatt, kif intwera mill-awtoritajiet Belġjani, jekk din il-kundizzjoni ta’ sospensjoni, hija sodisfatta, dan għandu effett retroattiv. L-impenn ta’ SNCB li tbiddel id-dejn tagħha f’kapital huwa għalhekk ċert sa mis-7 ta’ April 2003. |
|
(284) |
La ż-żewġ kundizzjonijiet ġew sodisfatti, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm lok għall-applikazzjoni tal-linji gwida tal-1999 għal dan il-każ. Din il-konklużjoni hija konformi l-ewwelnett għall-analiżi ppreżentata fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-punt 240), fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li: “[…] jekk SNCB tiddeċiedi li ma tatix il-vantaġġ ġdid lil IFB, u jekk kien ġie ppruvat li SNCB kienet impenjat ruħha biex tbiddel id-dejn tagħha f’kapital qabel il-pubblikazzjoni tal-linji gwida tal-2004, il-Kummissjoni trid teżamina, fid-deċiżjoni finali tagħha, l-għajnuna mogħtija minn SNCB lil IFB fuq il-bażi tal-linji gwida tal-1999” (47). |
|
(285) |
Sabiex tkun tista’ tibbenefika minn għajnuna għar-ristrutturazzjoni, intrapriża trid l-ewwel tkun eliġibbli għall-applikazzjoni tal-linji gwida. Biex tkun eliġibbli, intrapriża trid tkun tinsab f’diffikultà. Il-linji gwida tal-1999 jindikaw f’dan ir-rigward (il-punti 4 u 5):
|
|
(286) |
Kif diġà ntwera fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-punt 225), il-kontijiet annwali ta’ IFB tal-2002 juru kapital sottoskritt ta’ EUR 48 miljun u telf kurrenti qabel it-taxxa ta’ EUR 50 miljun. Għalhekk, il-kapital soċjali kien sparixxa meta SNCB iddeċidiet, f’April 2003, li tati għajnuna. Minħabba li aktar min-nofs tal-kapital sottoskritt li sparixxa f’dan iż-żmien, u aktar minn kwart minnu matul l-aħħar tnax-il xahar, IFB hija intrapriża f’diffikultà fis-sens tal-punti 4 u 5 tal-linji gwida. |
|
(287) |
Barra minn dan, l-intrapriża ma tridx tkun għadha kif ġiet maħluqa. Il-linji gwida tal-1999 jindikaw għal dan il-punt (il-punt 7).
|
|
(288) |
Kif ġie deskritt fil-parti 2 ta’ din id-deċiżjoni, IFB inħolqot fl-1 ta’ April 1998, permezz tal-għaqda tas-soċjetà FerryBoats SA mas-soċjetà InterFerry SA, u l-kontribuzzjoni tad-dipartiment “ferrovija” tas-soċjetà Edmond Depaire SA lill-entità amalgamata. Fl-ittra tal-ftuħ (il-punti 218 sa 223), il-Kummissjoni esprimiet dubji fuq il-punt kif wieħed ikun jaf jekk l-intrapriża l-ġdida IFB kinitx qed tkompli l-personalità ġuridika ta’ waħda minn dawn it-tliet soċjetajiet, jew jekk din ġietx maħluqa mill ġdid fl-1998. |
|
(289) |
Fir-risposta tagħhom għall-ittra tal-ftuħ, l-awtoritajiet Belġjani stabilixxew li IFB ser tkompli l-personalità ġuridika ta’ FerryBoats SA, li kienet ġiet irreġistrata fl-1923. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li IFB mhix intrapriża li nħolqot mill-ġdid fis-sens tl-punt 7 tal-linji gwida tal-1999. |
|
(290) |
Il-punt 3.2.2 tal-linji gwida tal-1999 iħabbar il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni. Il-kundizzjonijiet huma dawn li ġejjin:
|
4.2.2.1.
|
(291) |
F’dak li jirrigwarda l-pjan ta’ ristrutturazzjoni li jerġa’ jistabbilixxi l-vijabbiltà ekonomika tal-intrapriża, il-linji gwida tal-1999 jindikaw li:
|
|
(292) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha (il-punti 242 sa 247) li l-Belġju kien ippreżenta pjan ta’ ristrutturazzjoni li kien jissodisfa l-kriterji stipulati fil-linji gwida, u għalhekk ma esprimietx dubji rigward dan il-kriterju. Wara l-bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni ma rċevietx kummenti minn partijiet interessati li kkuntestaw din id-deċiżjoni. |
|
(293) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-intrapriża IFB għarfet turi l-vijabbiltà ekonomika tagħha kemm fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni tagħha, ippreżentat fl-2003, u kemm fir-riżultati li kisbet minn dak iż-żmien. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li, bħal fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-punt 271), il-kriterju “l-pjan ta’ ristrutturazzjoni kien jerġa’ jistabbilixxi l-vijabbiltà ekonomika tal-intrapriża” huwa sodisfatt. |
|
(294) |
Madankollu, kif jirriżulta mill-punt 290 ta’ din id-deċiżjoni, il-pjan ta’ ristrutturazzjoni li jistabbilixxi l-vijabbiltà ekonomika tal-intrapriża mhix kundizzjoni suffiċjenti; huwa neċessarju wkoll li jiġi stabbilit li l-għajnuna ma twassalx għal tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni mhux neċessarju. |
4.2.2.2.
|
(295) |
F’dak li jikkonċerna l-prevenzjoni ta’ tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni mhux neċessarju, il-linji gwida tal-1999 jindikaw (il-punti 35 sa 39):
|
|
(296) |
Qabel id-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Belġjani kienu spjegaw li, sabiex itaffu, safejn hu possibbli, il-konsegwenzi mhux favorevoli tal-għajnuna għall-kompetituri, IFB kienet ħadet żewġ miżuri:
|
|
(297) |
Il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha (il-punti 252 sa 265), esprimiet dubji fir-rigward tal-kwistjoni jekk il-miżuri kinux biżżejjed biex itaffu, safejn hu possibbli, il-konsegwenzi mhux favorevoli tal-għajnuna għall-kompetituri. Dawn id-dubji jikkonċernaw iż-żewġ setturi li fihom IFB kienet qed tkompli l-attività tagħha, jiġifieri s-suq tat-trażbord ta’ merkanzija Belġjan u s-suq tal-loġistika Belġjan. |
a) Is-suq ta’ trażbord ta’ merkanzija Belġjan
|
(298) |
Iż-żewġ miżuri msemmija fl-ittra tal-ftuħ (il-punt 260) jikkonċernaw is-suq tat- trażbord ta’ merkanzija Belġjan. Fl-ittra tal-ftuħ (il-punti 262 sa 264), il-Kummissjoni esprimiet dubji fuq il-punt li wieħed ikun jaf jekk dawn il-miżuri kinux biżżejjed, partikolarment minħabba l-fatt li s-soċjetà TRW, fejn kien maħsub li SNCB ser tati l-holding tagħha lil IFB, żammet holdings importanti fit-terminali ta’ Brussell u ta’ Zeebrugge, u li IFB għandha holdings minuri f’numru importanti ta’ terminali Belġjani. |
|
(299) |
Il-gvern Belġjan, fir-risposta tiegħu għall-ittra tal-ftuħ, jippreżenta diversi argumenti biex jirribatti d-dubji tal-Kummissjoni. Huwa jenfasizza l-ewwelnett li IFB rat tkabbir anqas importanti mis-suq (4,1 % ta’ tkabbir għal IFB, 10,7 % ta’ tkabbir għat-terminali fil-port ta’ Anvers, 12 % ta’ tkabbir għat-terminali fir-reġjun ARA). Il-Kummissjoni tikkunsidra li din l-informazzjoni supplementari tippermetti li wieħed jikkonkludi li l-piż ta’ IFB fuq is-suq ġie mnaqqas wara l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni. |
|
(300) |
Wara, il-Belġju wera li IFB kienet naqqset il-kapaċità tagħha fuq is-suq tat- trażbord ta’ merkanzija minn 1,5 miljun TEU fl-2002 għal 1,1 miljun TEU fit-tmiem tal-2005. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan it-tnaqqis fil-kapaċità jikkostitwixxi miżura attenwanti importanti. |
|
(301) |
Fl-aħħarnett, il-Belġju informa lill-Kumissjoni li l-kontribuzzjoni ta’ TRW lil IFB ma kienx ser iseħħ. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan l-aħħar tibdil huwa importanti, minħabba li dan għandu l-konsegwenza li l-għeluq ta’ Bressout u l-bejgħ tal-holdings fi Brussell u Zeebrugge iwasslu għal tnaqqis reali tal-preżenza ta’ IFB fuq is-suq Belġjan tat-trażbord tal-merkanzija. |
|
(302) |
Meta jitqiesu dawn l-argumenti, u jiġi meqjus il-fatt li l-parti tas-suq ta’ IFB hija mnaqqsa, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Belġju ta l-prova li ttieħdu miżuri suffiċjenti biex jittaffew, safejn hu possibbli, il-konsegwenzi mhux favorevoli tal-għajnuna għall-kompetituri fis-settur tat- trażbord ta’ merkanzija. |
b) Is-suq tal-loġistika Belġjan
|
(303) |
Fl-ittra tal-ftuħ tagħha (il-punti 257 sa 259), il-Kummissjoni nnutat li l-miżuri proposti ma jikkonċernawx is-suq tal-loġistika. Il-Kummissjoni kkunsidrat għalhekk li n-nuqqas ta’ miżuri proposti għas-suq tal-loġistika, kif ukoll il-fatt li s-suq jinstab f’bidla sħiħa u l-fatt li IFB setgħet iżżid il-volum tagħha b’mod importanti, bil-ħolqien ta’ dubji dwar il-mistoqsija li wieħed ikun jaf jekk il-Belġju kienx illimita, safejn kien possibbli, l-konsegwenzi mhux favorevoli għall-kompetizzjoni f’dak li jikkonċerna l-attivitajiet ta’ loġistika ta’ IFB. |
|
(304) |
Il-gvern Belġjan, fir-risposta tiegħu għall-ittra tal-ftuħ, ippreżenta ħames argumenti bil-għan li juru li IFB, kontra għal dak li kienet tippretendi l-Kummissjoni fl-ittra tal-ftuħ tagħha, kienet ħadet miżuri suffiċjenti biex tillimita t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni (għad-dettalji, ara d-deskrizzjoni fil-parti 3 ta’ din id-deċiżjoni, il-punti 177 sa 187). Dawn l-argumenti jistgħu jinġabru kif ġej:
|
|
(305) |
Il-Kummissjoni tqis li l-ħames argumenti ppreżentati mill-gvern Belġjan huma konvinċenti. Fir-rigward tal-ewwel argument, din tikkunsidra li l-gvern Belġjan wera li IFB naqqset il-kapaċità loġistika tagħha, billi naqqset in-numru ta’ vaguni użati b’49 %, li jippermetti li jiġi llimitat it-tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni li jġibu magħhom il-miżuri msemmija. Fir-rigward tat-tieni argument, il-Kummissjoni taqbel mal-gvern Belġjan li l-partijiet tas-suq ta’ IFB huma mnaqqsa fuq is-suq tal-loġistika fis-sens tal-punt 36 tal-linji gwida tal-1999. Fir-rigward tat-tielet argument, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Belġju biex jaġġusta ż-żjieda tad-dħul ta’ IFB juru li IFB Logistics kiber b’rata anqas mgħaġġla mill-kompetituri, u li t-tkabbir l-aktar importanti kienet tikkonċerna sotto-settur fejn IFB mhux preżent ħlief b’mod marġinali. Għar-raba’ argument, il-Kummissjoni tqis li, anke jekk id-deċiżjoni biex tiftaħ it-terminali tagħha għall-kompetituri jkollha wkoll tkun dovuta minħabba kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, din madankollu għandha l-konsegwenza li ssaħħaħ il-ftuħ tas-swieq li fihom hija attiva IFB, u għalhekk tista’ tillimita l-effetti negattivi tal-għajnuna. Fir-rigward tal-ħames argument, il-Kummissjoni tagħraf li s-sitwazzjoni ta’ IFB tippreżenta elementi simili mas-sitwazzjoni ta’ SNCF merkanzija, safejn IFB, bħal SNCF Merkanzija, hija attiva fis-sotto-setturi ta’ “trasport bil-ferrovija” u “trasport kumbinat”, li huma kompletament liberalizzati mill-1 ta’ Jannar 2007 (48). |
|
(306) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Belġju ta l-prova li ħa miżuri suffiċjenti biex jittaffew, sakemm hu possibbli, il-konsegwenzi mhux favorevoli tal-għajnuna għall-kompetituri fis-settur tal-loġistika. |
c) Konklużjoni
|
(307) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-awtoritajiet Belġjani taw prova li huma ħadu miżuri suffiċjenti biex itaffu, sakemm hu possibbli, il-konsegwenzi mhux favorevoli tal-għajnuna għall-kompetituri fuq iż-żewġ swieq imsemmija. |
4.2.2.3.
|
(308) |
F’dak li jirrigwarda l-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu, il-linji gwida tal-1999 jindikaw (il-punti 40 u 41):
|
|
(309) |
Għalhekk hemm lok li jiġi verifikat qabel jekk l-għajnuna hijiex limitata għall-minimu, u wara jekk IFB għamlitx kontribuzzjoni adegwata. |
a) Il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu
|
(310) |
Sabiex juri li l-għajnuna hija limitata għall-minimu, il-gvern tal-Belġju spjega li ż-żjieda fil-kapital tillimita ruħha li terġa’ tistabbilixxi l-kapital soċjali ta’ IFB, li kien sar negattiv wara t-telf irreġistrat fl-2001 u l-2002, għal limitu li kien jippermettilha li ssib il-vijabbiltà ekonomika. Kif spjegat fil-parti 2 ta’ din id-deċiżjoni, ir-rata ta’ likwidità, jiġifieri l-proporzjon ta’ kapital/obbligazzjonijiet, ta’ IFB ser ikun ta’ 35,6 % wara ż-żjieda fil-kapital. |
|
(311) |
Fid-deċiżjon tal-ftuħ tagħha (il-punt 268), il-Kummissjoni qieset li ż-żjieda tal-kapital kienet inferjuri b’ EUR 20 miljun għal dak li l-konsulent McKinsey kien ħaseb fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni; barra minn dan, il-Kummissjoni nnutat (il-punt 268) li r-rata ta’ likwidità maħsuba għal IFB kienet inferjuri għal dik ta’ soċjetajiet ta’ terminali u wkoll, għalkemm f’miżura anqas, għal dik tas-soċjetajiet li kellhom attivitajiet imħallta. |
|
(312) |
Madankollu, din qieset li din ir-rata kienet superjuri għall-medja tar-rati rreġistrati fis-soċjetajiet ta’ trasport. Minħabba dan, din ikkonkludiet li ma kellhiex l-elementi suffiċjenti biex tikkunsidra b’mod definittiv li l-għajnuna kienet ġiet limitata għall-minimu strett. |
|
(313) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li, biex tistabbilixxi li l-għajnuna hija limitata għall-minimu, jaqbel li jiġi verifikat l-ewwel jekk ir-rata ta’ likwidità ta’ IFB, li ser tkompli l-attivitajiet tagħha fil-Belġju, ma taqbiżx il-medja tal-kompetituri tagħha, u wara jekk IFB tkun diżinvestiet il-holdings tagħha fi Franza bl-anqas spiża possibbli. |
i) Rata ta’ likwidità li ma taqbiżx il-medja tal-kompetituri
|
(314) |
Il-Belġju, fir-risposta tiegħu għall-ittra tal-ftuħ, ta informazzjoni supplementari. L-ewwelnett dan ikkalkula r-rata ta’ likwidità ta’ sitt soċjetajiet ta’ terminali li l-aktar jistgħu jitqabblu ma’ IFB u r-rata ta’ likwidità ta’ sitt soċjetajiet ta’ loġistika li l-aktar jistgħu jitqabblu ma’ IFB. Wara, dan ikkalkula medja, fid-dawl tar-rati medji tas-soċjetajiet ta’ terminali u s-soċjetajiet ta’ loġistika skont il-piż relattiv ta’ dawn iż-żewġ attivitajiet f’IFB. Tirriżulta rata medja ta’ likwidità ta’ 35,6 %, li tikkorrispondi għal rata ta’ likwidità ta’ IFB wara ż-żjieda tal-kapital prevista. |
|
(315) |
Barra minn dan, il-Beljġu wera li l-aktar żewġ kompetituri diretti ta’ IFB, jiġifieri s-soċjetajiet Gosselin u Hupac, għandhom rati ta’ likwidità tassew qrib (38,9 % u 34,9 % rispettivament). |
|
(316) |
Meta tqis din l-informazzjoni supplementari mogħtija mill-Belġju, u minħabba li ż-żjieda fil-kapital tnaqqset għal EUR 95,3 miljun meta mqabbla mar-rakkomandazzjoni inizjali ta’ EUR 120 miljun inklużi fil-pjan ta’ McKinsey ta’ Diċembru 2003, il-Kummissjoni tikkunsidra li ż-żjieda fil-kapital hija limitata għal dak li huwa strettament neċessarju. |
ii) Diżinvestiment tal-holdings fi Franza bl-inqas spiża
|
(317) |
Fir-rigward tad-diżinvestiment tas-sussidjarji ta’ IFB fi Franza, il-Kummissjoni ivverifikat ukoll li, fil-kanċellament tal-impenni tagħha, IFB dejjem għażlet l-orħos għażla, sabiex tillimita l-ispejjeż ta’ kanċellament ta’ impenni, u għalhekk l-għajnuna, għall-minimu. |
a) Acimar
|
(318) |
Id-diżinvestiment ġudizzjarju ta’ Acimar permezz ta’ proċediment ġudizzjarju sewa EUR 3,9 miljun (ara l-parti 2 ta’ din id-deċiżjoni). Il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju wera li l-alternattiva, jiġifieri t-tkomplija tal-attivitajiet tagħha, kienet tinneċessita l-finanzjament ta’ cash-drain annwali sat-tmiem tal-2005 minn IFB, li kien jirrappreżenta telf ta’ EUR 10,8 miljun fit-total, mingħajr l-ebda ċertezza li jista’ jiġi rkuprat id-dejn ta’ EUR 3,9 miljun li kellhom jiġu abbandunati fil-proċediment ġudizzjarju. |
|
(319) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li IFB għażlet l-orħos għażla għal Acimar. |
b) NFTI-ou
|
(320) |
Fir-rigward ta’ NFTI-ou, li kienet soċjetà kkontrollata b’mod konġunt minn IFB u l-Port Awtonomu ta’ Dunkerque, li tuża terminali fil-port ta’ Dunkerque, IFB esplorat żewġ possibbiltajiet: it-tkomplija tal-attivitajiet, jew id-diżinvestiment bil-bejgħ tal-holding tagħha. Id-diżinvestiment kien iwassal għal spejjeż ta’ EUR 18,5 miljun (ara d-deskrizzjoni dettaljata fil-parti 2 ta’ din id-deċiżjoni). |
|
(321) |
Fir-rigward tal-alternattiva, jiġifieri t-tkomplija tal-attivitajiet, il-Belġju wera fir-risposta tiegħu li dan kien jiġġenera telf ta’ EUR 36,2 miljun (ara d-deskrizzjoni dettaljata fil-parti 3 ta’ din id-deċiżjoni). |
|
(322) |
Meta tqis l-ispiża tż-żewġ għażliet, il-Kummissjoni tikkunsidra li IFB għażlet l-orħos għażla. |
c) IFB France
|
(323) |
Iċ-ċessjoni ta’ IFB France, li wara saret AGEP, swiet lil NFTI-ou EUR 0,9 miljun (ara d-deskrizzjoni dettlajata fil-parti 2 ta’ din id-deċiżjoni). Għalhekk tqum il-mistoqsija li wieħed isir jaf jekk il-falliment ta’ IFB France kienx ikun orħos għall-IFB. |
|
(324) |
Bħal fl-ipoteżi tal-bejgħ, IFB kien ikollha tabbanduna d-dejn tagħha fuq IFB France għal valur ta’ EUR 0,8 miljun. Il-Belġju madankollu jippretendi li l-falliment kellu jiġġenera spejjeż supplementari: IFB ma kinitx tkun tista’ twettaq il-prezz tal-bejgħ ta' EUR 0,1 miljun, li kien jiġġenera deprezzament fuq il-holding tagħha, u IFB kien ikollha tħallas total ta’ EUR 0,8 miljun lil 14-il impjegat, li kienu jitilfu xogħolhom wara l-falliment, skont id-dritt soċjali fi Franza. |
|
(325) |
Il-Kummssjoni tikkunsidra li l-Belġju ma tax il-prova ta’ dan ir-riskju ta’ twettiq tal-obbligu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni trid tirrifjuta dan l-argument. (49) Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li t-tmiem ta’ IFB France sewa tal-anqas l-istess prezz bħal kontinwazzjoni tagħha. |
|
(326) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li IFB għażlet l-orħos waħda miż-żewġ għażliet. |
d) Dry Port Dunkerque
|
(327) |
Għad-Dry Port ta’ Dunkerque, ġie deċiż li tiġi likwidata s-soċjetà, bil-bejgħ preċedenti ta’ parti mill-assi, jiġifieri l-holding ta’ 8,6 % f’NFTI-ou. Dan sewa EUR 7,9 miljun (ara d-deskrizzjoni dettaljata fil-parti 2 ta’ din id-deċiżjoni). |
|
(328) |
Fix-xenarju alternattiv, jiġifieri t-tkomplija tal-attivitajiet, IFB kien ikollha tiffinanzja il-cash drain annwali ġġenerat mit-telf tas-soċjetà, li kien jippreżenta ħlas addizzjonali ta’ EUR 2,6 miljun. |
|
(329) |
Għalhekk, il-likwidazzjoni kienet l-orħos għażla. |
e) SSTD
|
(330) |
Meta titqies id-deċiżjoni strateġika li tħalli s-suq Franċiż, id-deċiżjoni li tbigħ SSTD għal EUR 0,2 miljun (ara d-deskrizzjoni fid-dettall hawn isfel fil-parti 2) tikkorrispondi għall-għażla l-aktar vantaġġuża għal IFB. |
f) Konklużjoni
|
(331) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li IFB għamlet diżinvestiment tal-holdings tagħha fi Franza bl-anqas nefqa possibbli, u li għalhekk il-finanzjament attribwit minn SNCB biex tiffinanzja dan id-diżinvestiment neċessarju għall-vijabbiltà tal-parti li baqgħet minn IFB ġie limitata għall-ammont minimu possibli. |
b) Il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju stess
|
(332) |
Il-punt 40 tal-linji gwida tal-1999 jindika li: “Il-benefiċjarji tal-għajnuna jridu jikkontribwixxu b’mod importanti għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni mir-riżorsi tagħhom stess, inkluż bil-bejgħ ta’ assi, meta dawn mhumiex indispensabbli għall-għajxien tal-intrapriża, jew permezz ta' finanzjament esterjuri miksub bil-kundizzjonijiet tas-suq.” |
|
(333) |
Fl-ittra tal-ftuħ (il-punt 270), il-Kummissjoni nnutat li skont il-pjan ta’ ristrutturazzjoni, IFB ma kinitx tidher li qed tagħti kontribut importanti hi stess għar-ristrutturazzjoni tagħha, u li għalhekk, il-Kummissjoni kellha dubji fuq il-punt li tkun taf jekk IFB kinitx qed tikkontribwixxi għar-ristrutturazzjoni tagħha b’mod suffiċjenti. |
|
(334) |
Il-Belġju, fir-risposta tiegħu għall-ittra tal-ftuħ, spjega b’mod dettaljat dak li hu jikkunsidra li huma kontribuzzjonijiet ta’ IFB stess għar-ristrutturazzjoni tagħha (ara d-deskrizzjoni fil-parti 3 ta’ din id-deċiżjoni, il-punti 194 sa 201). |
|
(335) |
Il-Kummissjoni tagħti l-apprezzament li ġej dwar l-ispjegazzjonijiet tal-Belġju: |
i) Spejjeż tar-ristrutturazzjoni
|
(336) |
Il-Kummissjoni tibda billi tiddetermina l-ispiża totali tar-ristrutturazzjoni, netta mill-qligħ ta’ produttività u mit-tnaqqis tal-bżonn f’kapital kurrenti.
|
|
(337) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa ġġustifikat, f’konformità mal-prattika ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha, (50) li żżomm l-ispejjeż li jidhru fit-tabella t’hawn fuq, pjuttost mill-ispejjeż hekk kif ippreżentati mill-Belġju (ara t-tabella li tidher fil-punt 184), partikolarment għar-raġunijiet li ġejjin:
|
ii) Il-finanzjament minn SNCB u l-parteċipazzjoni stess ta’ IFB
|
(338) |
SNCB tiffinanzja r-ristrutturazzjoni sal-limitu ta’ EUR 95,3 miljun. Kif muri fil-punti 199 sa 237, dan il-finanzjament jista’ jiġi attribwit lill-Belġju. Dan ser isir permezz ta’ bidla f’kapital tal-faċilità ta’ kreditu u tad-dejn li għalihom ġie approvat żmien biex isir il-ħlas, kif ukoll tal-interessi li jiġu minnu. |
|
(339) |
Kontra l-punt 43 tal-linji gwida tal-2004, il-linji gwida tal-1999 ma jeskludux li l-kontribuzzjoni stess tal-intrapriża tikkonsisti f’benefiċċji futuri. Il-Kummissjoni tikkunsidra li, fil-qafas tal-linji gwida tal-1999, benefiċċji futuri jistgħu jikkostitwixxu kontribuzzjoni tagħha stess, jekk dawn il-benefiċċji futuri kienu previdibbli fil-mument tal-preparazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni. |
|
(340) |
IFB ser tikkontribwixxi għar-ristrutturazzjoni tagħha stess l-ewwelnett permezz tal-benefiċċji tagħha stipulati għas-snin 2004, 2005 u 2006, li jridu jitilgħu għal total ta’ EUR 10,5 miljun. Kif diġà spjegat, il-previżjoni ta’ dawn il-benefiċċji kienet ibbażata fuq elementi fattwali magħrufa minn IFB fil-mument tal-iżvilupp tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, bħalma huma l-konklużjoni ta’ kuntratti ġodda importanti, it-tnaqqis tan-nefqa tas-salarji wara tnaqqis tal-persunal, u sinerġiji stipulati fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-benefiċċji futuri kienu previdibbli fil-mument tal-preparazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni. |
|
(341) |
Wara dan, IFB ser tikkontribwixxi permezz tal-irċevuti finanzjarji tagħha, li jirriżultaw f’interessi akkumulati fuq il-kontijiet tal-bank ta’ IFB, u li jitilgħu għal total ta’ EUR 1,4 miljun. Kif deskritt fil-punt 187, dawn l-irċevuti futuri kienu prevedibbli fil-mument tal-preparazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni. |
|
(342) |
Permezz tal-bejgħ tal-assi kapitali “mhux finanzjarji” lil intrapriżi privati, IFB ser tikkontribwixxi sa limitu ta’ EUR 4,771 miljun. Apparti l-bejgħ ta’ assi differenti ta’ importanza relattivament limitata, li jittotalizzaw EUR 0,271 miljun, din il-parti tal-kontribuzzjoni hija kostitwita prinċipalment mid-diżinvestiment fl-2004 tal-assi utilizzati fit-terminal OCHZ. Id-drittijiet ta’ kopropjetà (50 %) fuq dawn l-assi utilizzati minn OCHZ ġew ċeduti bil-prezz ta’ EUR 4,5 miljun. |
|
(343) |
Bil-bejgħ ta’ assi kapitali “finanzjarji”, jiġifieri bil-bejgħ tal-holdings minuri lil intrapriżi privati, IFB ser timmobilizza EUR 9,287 miljun. Dan id-dħul ġie ġġenerat mid-diżinvestiment ta’
Kif deskritt fil-punt 187, dawn l-irċevuti futuri kienu prevedibbli fil-mument tal-preparazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni. |
|
(344) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Belġju wera li, bil-bejgħ lil intrapriżi privati li għadhom kif ġew deskritti, IFB naqqset l-attivitajiet tagħha għal core business tagħha. |
|
345) |
Għal krediti li ġew minn istituzzjonijiet ta’ kreditu privati, IFB setgħet timmobilizza EUR 3,3 miljun fl-2003 u fl-2006. dawn il-krediti ġew deskritti fid-dettall fil-punti 75 sa 79 tad-deċiżjoni tal-ftuħ. Dawn inkisbu skont il-kundizzjonijiet tas-suq, u mingħajr garanzija ta’ SNCB jew tal-Istat Belġjan favur l-istituzzjonijiet bankarji. |
|
(346) |
Finalment, IFB tikkontribwixxi sal-limitu ta’ EUR 1,105 miljun, li ġejjin minn irċevuti eċċezzjonali. Dawn l-irċevuti eċċezzjonali jikkorrispondu għall-qligħ kapitali mwettqa mill-bejgħ ta’ assi kapitali mhux finanzjarji (prinċiparjament minn vaguni EAOS u minn vetturi fit-terminali). |
|
(347) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-parteċipazzjoni stess ta’ IFB għall-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni tagħha titla’ għal EUR 24,927 miljun. It-tabella li ġejja tinkludi l-kontribuzzjonijiet kollha ta’ IFB:
|
Konklużjoni fuq il-kontribuzzjoni proprja
|
(348) |
Biex nikkonkludu, in-nefqa totali għar-ristrutturazzjoni ta’ IFB, li telgħet għal EUR 125,56 miljun, huma mħallsa għal EUR 95,3 miljun, jew 76 %, minn SNCB. Dan il-finanzjament jista’ jiġi attribwit għall-Istat Belġjan. L-ispejjeż ta’ EUR 30,26 miljun, jew 24 %, huma sostnuti minn IFB stess. |
|
(349) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tfakkar li l-linji gwida tal-1999 ma jimponux il-livell minimu ta’ kontribuzzjoni, imma biss kontribuzzjoni importanti. Madankollu, safejn il-linji gwida l-ġodda tal-2004, li mhumiex applikabbli f’dan il-każ, jeżiġu kontribuzzjoni tal-istess kumpannija superjuri għal 50 %, il-Kummissjoni temmen li jkun utli li tfakkar li d-diffikultajiet partikolari tal-kuntest tar-ristrutturazzjoni (li minnha jiddependu direttament 250 impjegat fil-Belġju); l-importanza tat-tnaqqis tal-kapaċitajiet (tnaqqis ta’ 49 % tal-volum tal-vaguni tal-ferrovija; tmiem ta’ diversi terminali); u l-importanza tat-trasport kumbinat, suq li fih hija prinċiparjament attiva IFB, fil-politika tat-trasport tal-Unjoni Ewropea. |
|
(350) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-holding ta’ 24 % tikkostitwixxi f’dawn iċ-ċirkostanzi holding importanti, anke meta jitqies id-daqs tal-intrapriża ta’ IFB u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha qabel ir-ristrutturazzjoni. |
4.2.2.4.
|
(351) |
Il-linji gwida tal-1999 jindikaw fil-punti 45 u 48:
|
|
(352) |
Kif diġà nnutat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-punt 271), il-gvern Belġjan aċċetta li jipprovdi lill-Kummissjoni rapport annwali biex jippermetti lill-Kummissjoni li tevalwa jekk il-pjan ta’ ristrutturazzjoni hux implimentat skont l-impenni li ħadu l-awtoritajiet Belġjani. |
|
(353) |
Kif ukoll innutat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-punt 271), il-kriterju “one time, last time” ġie rrispettat. |
5. KONKLUŻJONIJIET
|
(354) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju wettaq illegalment parti mill-miżuri msemmija fi vjolazzjoni tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 88, tat-Trattat. Madankollu, l-eżami tal-miżuri wera li f’parti, dawn ma kinux jikkostitwixxu għajnuna, u li għall-bqija, huma kompatibbli mas-suq komuni, |
ADDOTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffinanzjar tar-ristrutturazzjoni tal-attivitajiet ta’ InterFerryBoats SA fil-Belġju u l-iffinanzjar tad-diżinvestiment tal-attivitajiet ta’ InterFerryBoats SA fi Franza li jaqbżu l- EUR 95,3 miljun mis-Soċjetà Nazzjonali tal-Ferroviji Belġjani, li jistgħu jiġu attribwiti għall-Belġju u mwettqa minnu, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat għar-ristrutturazzjoni, li hija kompatibbli mas-suq komuni.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(2) ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25.
(3) Moniteur Belge tal-24 ta’ Lulju 1926.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni irjali tat-30 ta’ Settembru 1992 li jagħti l-approvazzjoni tal-ewwel kuntratt ta’ ġestjoni tas-Soċjetà Nazzjonali tal-Ferroviji Belġjani u li jiffissa l-miżuri relattivi għal din is-soċjetà, Moniteur Belge tal-14 ta’ Ottubru 1992.
(5) Hekk kif definiti fil-liġi tal-21 ta’ Marzu 1991 li jwassal riforma ta’ ċerti intrapriżi pubbliċi ekonomiċi, Moniteur belge tas-27 ta’ Marzu 1991.
(6) IFB diġà għandha holding ta’ 0,9 % f’din is-soċjetà, li tuża terminali f’Anvers, Zeebrugge, Oostende, Charleroi, Liège, Bruxelles, Etge, Genk u Muizen, u toffri ferroviji ta’ merkanzija lejn 11-il Stat Membru.
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali
(7) Iż-żjieda fin-numru ta’ ġranet li jridu jiġu pprovduti fis-sena wasslet għal tnaqqis fl-ispejjeż ta’ madwar EUR 0,6 miljun fis-sena; iċ-ċentralizzazzjoni tas-servizzi amministrattivi u kummerċjali f’Berchem wasslet għal tnaqqis fl-ispejjeż ta’ madwar EUR 0,2 miljun fis-sena, u t-tnaqqis tal-persunal għall-ammont ta’ 35 FTE wasslet għal tnaqqis fl-ispejjeż ta’ EUR 1,75 miljun fis-sena.
(8) Full-time equivalent (Ekwivalenti għal full-time).
(9) ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2.
(10) ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.
(11) ĠU L 195, 29.7.1980, p. 35.
(12) Id-Deċiżjoni tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza/Kummissjoni (C-482/99, Ġabra 2002, p. I-4397), deċiżjoni imsejjaħ “ Stardust Marine ”.
(13) Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema tas-27 ta’ Jannar 1998 fil-kwistjoni T-67/94, Ladbroke Racing, Ġabra 1998, I-1, il-punt 109, ikkonfermat bid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Mejju 2000 fil-kwistjoni C-83/98 P, Ladbroke Racing, Ġabra 2000, I-3271, il-punt 48.
(14) Id-Deċiżjoni tas-7 ta’ Diċembru 2005, il-każ C(2005) 4447 (ĠU L 383, 28.12.2006, p. 21).
(*2) mill-1.5.2001 sal-31.12.2001
(15) Karin S. Thorburn, Tuck School of Business Administration of Dartmouth College, ippubblikat fil-Journal of Financial Economics (#58, 2000), u bbażat fuq analiżi ta’ 263 intrapriża fl-Iżvezja.
(16) (Ormet Corporation iddepożitat il-bilanċ tagħha fit-30 ta’ Jannar 2004 u ppreżentat pjan ta’ riorganizzazzjoni fit-tribunali kompetenti f’Settembru 2004). L-awtoritajiet Belġjani jirrimarkaw li r-rata hija pjuttost aktar għolja mir-rata ta’ 33 % utilizzata mill-Professur Thorburn fl-istudju tagħha msemmi qabel.
(17) L-istima tal-obbligu soċjali ma tikkunsidrax ir-riperkussjoni li kien ikollu l-falliment ta’ IFB fuq GIE OCHZ għall-obbligu soċjali ta’ IFB. Fil-fatt, il-falliment ta’ ta’ membru ta’ GIE iwassal bis-sħiħ għal-likwidazzjoni tal-GIE in kwistjoni.
(18) Fil-fatt, ir-regoli tal-istat ta’ SNCB ma jistipulawx il-possibbiltà li jitkeċċa l-persunal tal-istat tagħha, ħlief matul il-perjodu ta’ probation jew fil-qafas ta’ proċedura dixxiplinari.
(19) Dan il-valur ġej mit-twettiq tal-cash-flows marbuta mal-proviżjonijiet ta’ EUR 40,8 miljun stipulati fil-bilanċ tal-31 ta' Diċembru 2002.
(20) Ara l-linji gwida tal-1999, i-punt 36.
(21) Ara partikolarment il-linji gwida li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 81, tat-Trattat ĠU C 101, 27.4.2004, p. 97, b’mod partikolari l-punt 24.
(22) Il-medja taż-żidiet tal-prezz inkisbet bi ħsieb dwar it-terminali skont id-dħul tagħhom.
(23) IFB kienet propjetarja ta’ 368 vaguni u kienet ikkonkludiet il-kiri għal tul ta’ żmien għal 376 vaguni oħra.
(24) Fil-bidu tal-2006 IFB kienet propjetarja ta’ 204 vaguni u kienet ikkonkludiet kuntratti għall-kiri għal tul ta’ żmien għal 173 vaguni oħra.
(25) Dan il-ftuħ komplet tas-swieq, li huwa stipulat mid-Direttiva 91/440/KE, ġie implimentat permezz ta’ digriet irjali fit-13 ta’ Diċembru 2005.
(26) Deċiżjoni tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza/il-Kummissjoni, diġà msemmi fin-nota fil-qiegħ tal-paġna nru 13. il-punt 37.
(27) Id-Deċiżjoni tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza/il-Kummissjoni, diġà msemmi fin-nota fil-qiegħ tal-paġna nru 13, il-punt 37.
(28) Id-Deċiżjoni tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza/il-Kummissjoni, diġà msemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 13, il-punti 52 u 55.
(29) Deċiżjoni tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza/il-Kummissjoni, diġà msemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 13, il-punti 53 u 54.
(30) Deċiżjoni tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza/il-Kummissjoni, diġà msemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 13, il-punti 55 sa 57.
(31) Il-Qorti tal-Awdituri: L-użu tajjeb ta’ fondi pubbliċi minn SNCB.; verifika magħmula fit-twettiq tar-riżoluzzjoni tal-Kamra tar-Rappreżentanti fil-11 ta’ Mejju 2000; Brussell, Mejju 2001.
(32) Id-Deċiżjoni tal-Qorti tat-2 ta’ Frar 1988, Kwekerij Gebroeders van der Kooy BV e.a./il-Kummissjoni (C-67/85, C-68/85 u 70/85, Ġabra 1988, p. 219).
(33) Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti tal-21 ta’ Marzu 1991, l-Italja/il-Kummissjoni (C-303/88, Ġabra 1991, p. I-1433, u C-305/89, Ġabra 1991, p. I-1603).
(34) Id-Deċiżjoni tal-Qorti tat-30 ta’ Jannar 1985, il-Kummissjoni/Franza (290/83, Ġabra 1985, p. 439)..
(35) Jiġifieri n-nominazzjoni tad-diriġenti mill-Istat għad-deċiżjonijiet il-Kummissjoni/Italja; il-finanzjament minn stabbiliment pubbliku, it-termini tal-għotja li jikkorrispondu għal dawk ta’ għajnuna Statali ordinarja, il-preżentazzjoni mill-gvern tal-għajnuna bħala parti minn grupp ta’ miżuri Statali għad-deċiżjoni il-Kummissjoni/Franza.
(36) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2003 relattiva għall-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja favur Space Park Development GmbH, (ĠU L 61, 27.2.2004, p. 66, il-punt 30).
(37) Biex infakkru, l-Artikolu 4 huwa ppreżentat kif ġej: Il-Partijiet jikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jwettqu l-miżuri li ġejjin sakemm dawn ikunu konformi ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni approvat miż-żewġ Kunsilli tal-Approvazzjoni tagħhom, mill-Istat Belġjan u jekk ikun neċessarju mill-KE, u jiddependi mill-approvazzjoni mill-azzjonisti ta’ IFB
(38) Artikli tal-gazzetta jistgħu jikkostitwixxu indizju ta’ responsabbiltà, ara d-deċiżjonijiet ABX Logistics, ĠU C 9, 14.1.2004, p. 12; Sniace SA, ĠU L 108, 30.4.2003, p. 35.
(39) “Inter Ferry Boats maqsuma f’2 fergħat”, onlajn fid-19 ta’ Mejju 2003 fuq is-sit www.lalibre.be.
(40) Id-Deċiżjoni tal-21 ta’ Marzu 1991, l-Italja/il-Kummissjoni, C-305/89, il-punti 19 u 20.
(41) Id-Deċiżjoni tal-21 ta’ Marzu 1991, l-Italja/il-Kummissjoni, C-305/89, il-punti 19 u 20.
(42) Id-Deċiżjoni tas-6 ta’ Marzu 2003, WestLB Girozentrale/il-Kummissjoni (T-228/99 u T-233/99, Ġabra 2003, p. II-435). Il-punt 2251.
(43) Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2005, il-każ C 53/2003, il-Belġju, Ristrutturazzjoni tas-soċjetà ABX Logistics, il-punti 196 u wara.
(44) Ara d-deċiżjoni li tittawwal il-proċedura C 53/03, il-Belġju, ABX Logistics, il-punt 61.
(45) Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2005, il-każ C 53/03, il-Belġju, Ristrutturazzjoni tas-soċjetà ABX Logistics, il-punti 204. u wara.
(46) Id-Deċiżjoni tal-Qorti tat-13 ta’ Marzu 1985, Renju tal-Olanda u Leeuwarder Papierwarenfabriek/Commissio, (każijiet konġunti 296/82 u 318/82, Ġabra 1985, p. 809), il-punt 24.
(47) Id-Deċiżjoni li tinbeda l-proċedura formali tal-eżami – Għajnuna mill-Istat C 46/05, il-punt 240.
(48) Dan il-ftuħ komplet tas-swieq, li huwa stipulat mid-direttiva 91/440/KE, ġie implimentat minn digriet irjali tat-13 ta’ Diċembru 2005.
(49) Ara d-deċiżjoni.tal-Qorti tal-14 ta’ Settembru 1994, Spanja/il-Kummissjoni, id-deċiżjoni msejħa “Hytasa” (C-278/92, C-279/92 u C 208/92, Ġabra 1999, p. I-4103), il-punt 22, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 1998 fil-każ SDBO.
(50) Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2005, ABX Logistics, fajl C 53/03, il-punt 247.
(51) Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2005, ABX Logistics, fajl C 53/03, il-punt 247.
(52) Il-varjanti ’il fuq ifissru l-bżonn li jkunu ffinanzjati x-xogħolijiet li jkunu għaddejjin u li tiġi assorbita d-differenza bejn id-dejn u d-dejn kummerċjali u ż-żamma ta’ fondi disponibbli suffiċjenti fil-bidu tal-perjodu ta’ ristrutturazzjoni. Il-varjanti ′l isfel kienu seħħew fin-nofs u fit-tmiem tal-perjodu ta’ ristruturazzjoni: Għalhekk, fl-2004 u fl-2005, IFB ħelset madwar EUR 2,7 miljun billi naqqset il-bżonn tagħha ta’ kapital kurrenti. Dan sar possibbli permezz tal-irkupru ta’ ammont ta’ EUR 0,9 miljun f’kapital kurrenti ta’ OCHZ fil-waqt tal-bejgħ tal-holding ta’ 50 % f’din is-soċjetà, kif ukoll wara tnaqqis taż-żmien għall-ġlas mogħti lill-klijenti sa mill-2004 meta mqabbel mal-2003, flimkien ma’ politika ta’ ħlas ta’ fornituri li ma nbiddlitx.
(53) Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2005, ABX Logistics, fajl C 53/03, il-punt 247.
(54) Dan ir-riżultat jinkiseb hekk: EUR 7,685 miljun (żjieda fil-Belġju) + 8.000 (żjieda fi Franza) – EUR 2,687 miljun (tnaqqis), ara t-tabella li tidher fil-aprti 3, il-punt 184.