3.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Mejju 2009

li taħtar il-membri Maltin u l-membru supplenti Malti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà Soċjali tal-Ħaddiema Migranti

2009/C 123/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunitá (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

bid-Deċiżjoni tiegħu tat-30 ta’ Marzu 2009 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà Soċjali tal-Ħaddiema Migranti għall-perijodu mit-30 ta’ Marzu 2009 sad-29 ta’ Marzu 2010, bl-eċċezzjoni ta' ċerti membri inklużi l-membri u l-membri supplenti Maltin;

(2)

il-Gvern Malti ppreżenta n-nomini għal numru ta' postijiet li jridu jintlew,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membri u membru supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà Soċjali tal-Ħaddiema Migranti għall-perijodu li jintemm fid-29 ta' Marzu 2011:

RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Supplenti

Malta

Is-Sur Malcolm SCICLUNA

Is-Sur Mark MUSU’

Is-Sur Frank MICALLEF


RAPPREŻENTANTI TAL-UNIONS TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membri

Supplenti

Malta

Is-Sur Tonio FARRUGIA

Is-Sur Victor PISANI

 

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ŠEBESTA


(1)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.

(2)  ĠU C 83, 7.4.2009, p. 19.