|
5.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/81 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/599/PESK
tal-4 ta' Awwissu 2009
li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha, flimkien mal-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (“RDPK”) li implimentat ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR 1718 (2006)”). |
|
(2) |
Fis-27 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2009/573/PESK (2) li emendat il-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK u implimentat ir-Riżoluzzjoni 1874 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
(3) |
Fl-24 ta’ April u s-16 ta’ Lulju 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilixxa skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU l-persuni u l-entitajiet indikati biex ikunu soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(4) |
Il-lista ta’ persuni u entitajiet li huma soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għall-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK għandhom jiġu sostitwiti kif meħtieġ. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-listi ta’ persuni u entitajiet stabbiliti fl-Anness I għall-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK għandhom jiġu sostitwiti bil-listi stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
C. BILDT
ANNESS
“ANNESS I
(a) Lista ta’ persuni msemmijin fl-Artikoli 3(1)(a) u 4(1)(a)
|
|
Isem |
Psewdonimu |
Data tat-twelid |
Data tal-indikazzjoni |
Informazzjoni oħra |
|
1. |
Yun Ho-jin |
magħruf ukoll bħala Yun Ho-chin |
13.10.1944 |
16.7.2009 |
Direttur tan-Namchongang Trading Corporation; jieħu ħsieb l-importazzjoni ta’ oġġetti meħtieġa għall-programm ta’ arrikkament tal-uranju. |
|
2. |
Ri Je-son |
magħruf ukoll bħala Ri Che-son |
1938 |
16.7.2009 |
Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE), l-aġenzija prinċipali li tmexxi l-programm nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea; jiffaċilita diversi ħidmiet nukleari inklużi l-ġestjoni tal-GBAE taċ-Ċentru tar-Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon u l-Namchongang Trading Corporation. |
|
3. |
Hwang Sok-hwa |
|
|
16.7.2009 |
Direttur fl-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE); involut fil-programm nukleari tal-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea; bħala Kap tal-Uffiċċju ta’ Gwida Xjentifika fil-GBAE, serva fil-Kumitat Xjentifiku ġewwa l-Istitut Konġunt għar-Riċerka Nukleari. |
|
4. |
Ri Hong-sop |
|
1940 |
16.7.2009 |
Ex direttur taċ-Ċentru tar-Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon, ħa ħsieb tliet faċilitajiet prinċipali li jassistu fil-produzzjoni ta’ plutonju adattat għall-armi: il-Faċilità għall-Fabbrikazzjoni tal-Karburant, ir-Reattur Nukleari u l-Impjant tar-Riproċessar. |
|
5. |
Han Yu-ro |
|
|
16.7.2009 |
Direttur tal-Korea Ryongaksan General Trading Corporation; involut fil-programm tal-missili ballistiċi tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea |
(b) Lista ta’ entitajiet msemmijin fl-Artikolu 4(1)(a)
|
|
Isem |
Psewdonimu |
Lokalità |
Data tal-indikazzjoni |
Informazzjoni oħra |
|
1. |
Korea Mining Development Trading Corporation |
magħrufa wkoll bħala CHANGGWANG SINYONG CORPORATION; magħrufa wkoll bħala EXTERNAL TECHNOLOGY GENERAL CORPORATION; magħrufa wkoll bħala DPRKN MINING DEVELOPMENT TRADING COOPERATION; magħrufa wkoll bħala ‘KOMID’ |
Central District, Pyongyang, RDPK. |
24.4.2009 |
Negozjant tal-armi primarju u esportatur prinċipali ta’ oġġetti u tagħmir relatat ma’ missili ballistiċi u armi konvenzjonali. |
|
2. |
Korea Ryonbong General Corporation |
magħrufa wkoll bħala KOREA YONBONG GENERAL CORPORATION; qabel magħrufa wkoll bħala LYONGAKSAN GENERAL TRADING CORPORATION |
Pot’onggang District, Pyongyang, RDPK; Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK. |
24.4.2009 |
Konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż. |
|
3. |
Tanchon Commercial Bank |
qabel magħrufa wkoll bħala CHANGGWANG CREDIT BANK; qabel magħrufa wkoll bħala, KOREA CHANGGWANG CREDIT BANK |
Saemul 1-Dong Pyongchon District, Pyongyang, RDPK. |
24.4.2009 |
L-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn. |
|
4. |
Namchongang Trading Corporation |
magħrufa wkoll bħala NCG; magħrufa wkoll bħala NAMCHONGANG TRADING; magħrufa wkoll bħala NAM CHON GANG ·CORPORATION; magħrufa wkoll bħala NOMCHONGANG TRADING CO.; magħrufa wkoll bħala NAM CHONG GAN TRADING CORPORATION |
Pyongyang, RDPK. |
16.7.2009 |
Namchongang hija kumpannija kummerċjali tar-RDPK subordinata għall-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE). Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta’ pompi tal-vakwu ta’ oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f’faċilità nukleari tar-RDPK, kif ukoll ta’ akkwist relatat ma’ oġġetti nukleari assoċjat ma’ individwu Ġermaniż. Hija kienet involuta wkoll fl-akkwist ta’ tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor adatt speċifikament għall-programm tal-arrikkament tal-uranju mill-aħħar tas-snin disgħin. Ir-rappreżentant tagħha huwa ex diplomatiku li serva bħala rappreżentant tar-RDPK għall-ispezzjoni mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) tal-faċilitajiet Nukleari ta’ Yongbyon fl-2007. L-attivitajiet ta’ proliferazzjoni ta’ Namchongang huma ta’ tħassib kbir b’kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ proliferazzjoni passati tar-RDPK. |
|
5. |
Hong Kong Electronics |
magħrufa wkoll bħala HONG KONG ELECTRONICS KISH CO |
Sanaee St., Kish Island, Iran. |
16.7.2009 |
Proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn, jew taġixxi jew bil-ħsieb li taġixxi għal jew f’isem Tanchon Commercial Bank u KOMID. Hong Kong Electronics ittrasferiet miljuni ta’ dollari ta’ fondi relatati mal-proliferazzjoni f’isem Tanchon Commercial Bank u KOMID (it-tnejn indikati mill-Kumitat f’April 2009) mill-2007. Hong Kong Electronics iffaċilitat il-moviment tal-flus mill-Iran għar-RDPK f’isem KOMID. |
|
6. |
Korea Hyoksin Trading Corporation |
magħrufa wkoll bħala KOREA HYOKSIN EXPORT AND IMPORT CORPORATION |
Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK. |
16.7.2009 |
Kumpannija tar-RDPK ibbażata fi Pyongyang li hija subordinata għall-Korea Ryonbong General Corporation (indikata mill-Kumitat f’April 2009) u hija involuta fl-iżvilupp ta’ armi ta’ qerda massiva. |
|
7. |
General Bureau of Atomic Energy (GBAE) (Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, GBAE) |
magħruf ukoll bħala General Department of Atomic Energy (GDAE) |
Haeudong, Pyongchen District, Pyongyang, RDPK. |
16.7.2009 |
Il-GBAE huma responsabbli għall-programm nukleari tar-RDPK, li jinkludi ċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon u r-reattur ta’ riċerka ta’ produzzjoni nukleari tiegħu ta’ 5 MWe (25 MWt), kif ukoll tal-faċilitajiet tiegħu ta’ fabbrikazzjoni u ripproċessar tal-karburant. Il-GBAE kellu laqgħat u diskussjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet nukleari mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika. Il-GBAE huwa l-aġenzija primarja tal-Gvern tar-RDPK li tieħu ħsieb il-programmi nukleari, inkluż l-operat taċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon. |
|
8. |
Korean Tangun Trading Corporation |
|
Pyongyang, RDPK. |
16.7.2009 |
Korea Tangun Trading Corporation hija subordinata għat-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali tar-RDPK u hija primarjament responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti bażiċi u t-teknoloġiji li jappoġġaw il-programmi ta’ difiża tar-RDPK għar-riċerka u l-iżvilupp, inklużi, iżda mhux limitati, għall-armi ta’ qerda massiva u għal programmi ta’ sistemi ta’ forniment u akkwist, inklużi materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti taħt ir-reġimi rilevanti ta’ kontroll multilaterali.” |