4.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/82


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUJUST LEX/1/2009

tat-3 ta’ Lulju 2009

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għall-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX

(2009/596/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari it-tielet paragrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/475/PESK tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/475/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX. Dik l-Azzjoni Konġunta tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2010.

(2)

L-Artikolu 9(2) tal-Azzjoni Konġunta 2009/475/PESK jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni.

(3)

Is-Sur Stephen WHITE għandu jinħatar Kap tal-Missjoni tal-EUJUST LEX sal-31 ta’ Diċembru 2009,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Stephen WHITE huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)   ĠU L 156, 19.6.2009, p. 57.