30.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/54


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Lulju 2009

li taħtar membru Rumen fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2009/575/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2007/3/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Rumen,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Marius PETCU sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur s-Sur Sorin CHRISTIAN, Grupp tal-Ħaddiema (Grupp II) bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


(1)  ĠU L 1, 4.1.2007, p. 6