29.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/108 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/570/PESK
tas-27 ta’ Lulju 2009
li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2008/901/PESK dwar il-missjoni ta’ inkjesta internazzjonali indipendenti dwar il-konflitt fil-Ġeorġja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 23(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-Unjoni Ewropea hija lesta li timpenja lilha nnifisha biex tappoġġa l-isforzi kollha bil-ħsieb ta’ soluzzjoni paċifika u dejjiema għall-konflitti fil-Ġeorġja, u li hija lesta tappoġġa miżuri ta’ bini ta’ fiduċja. |
(2) |
Fil-15 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill appoġġa l-idea ta’ inkjesta internazzjonali indipendenti dwar il-konflitt fil-Ġeorġja, u fit-2 ta’ Diċembru 2008 huwa adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/901/PESK (1) dwar missjoni ta’ inkjesta internazzjonali indipendenti dwar il-konflitt fil-Ġeorġja, għall-perijodu mit-2 ta’ Diċembru 2008 sal-31 ta’ Lulju 2009. |
(3) |
Fit-3 ta’ Lulju 2009, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-missjoni ta’ inkjesta tiġi estiża għal xahrejn oħra, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2008/901/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-missjoni ta’ inkjesta għandu jkun ta’ EUR 1 600 000 għall-perijodu mit-2 ta’ Diċembru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009.” |
(2) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Dan għandu japplika sat-30 ta’ Settembru 2009”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
C. BILDT
(1) ĠU L 323, 3.12.2008, p. 66.