17.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Lulju 2009

li taħtar Membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(2009/552/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 128 tiegħu,

Billi:

f'ittra datata 5 ta’ Lulju 2009, is-Sur Louis MICHEL irriżenja mill-kariga tiegħu bħala Membru tal-Kummissjoni b’effett mill-14 ta’ Lulju 2009. Huwa għandu jiġi sostitwit għall-bqija tal-mandat tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Karel DE GUCHT huwa b'dan maħtur membru tal-Kummissjoni għall-perijodu mis-17 ta’ Lulju 2009 sal-31 ta' Ottubru 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fis-17 ta’ Lulju 2009.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT