9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Lulju 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2008/820/KE fir-rigward ta’ estensjoni dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tas-Sważiland fir-rigward tal-ħjut tal-qalba mibrumin

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 5310)

(2009/529/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tal-Anness II tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Ottubru 2008 ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/820/KE (2) li tagħti deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tas-Sważiland fir-rigward tal-ħjut tal-qalba mibrumin. Fit-2 ta’ Frar 2009, is-Sważiland talab, b’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 deroga ġdida mir-regoli tal-oriġini stipulati f’dak l-Anness. Skont l-informazzjoni li nġabret mis-Sważiland, il-pajjiż għadu mhux f’pożizzjoni li jissodisfa r-regoli dwar kumulazzjoni ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) 1528/2007 peress illi jrid jakkwista mill-Afrika t’isfel poli fibri li ma joriġinawx għall-produzzjoni tal-prodott finali. B’hekk il-prodott finali mhuwiex konformi mar-regoli stipulati f’dak l-Anness. Peress illi s-Sważiland għandu bżonn aktar żmien biex jipprepara ruħhu ħalli jkun konformi mar-regoli tal-oriġini, deroga ġdida għandha tingħata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

(2)

Id-Deċiżjoni 2008/820/KE kienet tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2008 peress illi kien mistenni li l-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika mar-reġjun SADC EPA (Stati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar) se jidħol fis-seħħ jew li kien se jiġi applikat b’mod provviżorju qabel dik id-data.

(3)

B’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 ir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament u d-derogi għalihom għandhom jiġu sostitwiti bir-regoli tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija SADC-EU li d-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tiegħu issa hija prevista li sseħħ fl-2009.

(4)

Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-kontinwità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi AKP lejn il-Komunità kif ukoll it-tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika. Għalhekk, id-Deċiżjoni 2008/820/KE għandha titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2008/820/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/820/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stipulati fl-Anness li huma ddikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa miż-Sważiland lejn il-Komunità matul il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 u mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.”

(2)

Fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha tapplika sakemm ir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jiġu sostitwiti b’dawk annessi ma’ kwalunkwe ftehim mal-Isważiland, kemm meta dak il-ftehim ikun applikat proviżorjament, kif ukoll meta jidħol fis-seħħ, skont liema jseħħ l-ewwel, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009.”

(3)

L-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 285, 29.10.2008, p. 17.


ANNESS

“ANNESS

(tunnellati)

Nru tas-serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Il-perjodi

Il-kwantitajiet

09.1698

5206 22

5206 42

5402 52

5402 62

Ħajt tal-qalba mibrumin

1.1.2008 sa 31.12.2008

1 300 tunnellata

1.1.2009 sa 31.12.2009

1 300 tunnellata”