|
3.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta' Ġunju 2009
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat tal-Iżrael dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
(2009/515/KE)
IL-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ terzi pajjiżi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat tal-Iżrael dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (1) (il-Ftehim) f’konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ terzi pajjiżi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
|
(3) |
Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fid-9 ta’ Diċembru 2008, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/305/KE tal-15 ta’ Settembru 2008 (2). |
|
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat tal-Iżrael dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuni mogħtija s-setgħa li jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 8 tal-Ftehim.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ŠEBESTA