2.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Ġunju 2009

li taħtar membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(2009/507/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 128 tiegħu,

Billi:

F’ittra datata 25 ta’ Ġunju 2009, Ms Dalia GRYBAUSKAITĖ irriżenjat mill-kariga tagħha bħala membru tal-Kummissjoni. Għandha tiġi sostitwita għall-bqija tal-mandat tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Algirdas Gediminas ŠEMETA huwa b’dan maħtur membru tal-Kummissjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sal-31 ta’ Ottubru 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fl-1 ta’ Lulju 2009.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT