12.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/62


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Mejju 2009

li tħassar d-Direttiva 83/515/KEE u 11-il Deċiżjoni li skadew fil-qasam tal-Politika Komuni tas-Sajd

(2009/447/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37, l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-1985, u partikolarment l-Artikolu 167(3) u l-Artikolu 354(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

It-titjib tat-trasparenza tad-dritt Komunitarju huwa element essenzjali tal-istrateġija tal-regolamentazzjoni aħjar li l-istituzzjonijiet tal-Komunità qed jimplimentaw. F'dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li ma għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġiżlazzjoni effettiva.

(2)

Id-Direttiva u d-Deċiżjonijiet segwenti b'rabta mal-politika komuni tas-sajd ma għadx hemm lokhom, anki minkejja li formalment għadhom fis-seħħ:

Direttiva tal-Kunsill 83/515/KEE tal-4 ta’ Ottubru 1983 dwar ċerti miżuri biex tiġi aġġustata l-kapaċità fis-settur tas-sajd (1). Dik id-Direttiva issa eżawriet l-effetti tagħha billi d-dispożizzjonijiet li jkopru s-suġġett issa inkorporati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 (2);

Deċiżjoni tal-Kunsill 89/631/KEE tas-27 ta’ Novembru 1989 dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lejn in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri sabiex tiġi żgurata konformità mas-sistema Komunitarja għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd (3). Din id-Deċiżjoni eżawriet l-effetti tagħha billi titratta n-nefqa eliġibbli li saret mill-Istati Membri bejn l-1 ta’ Jannar 1991 u l-31 ta’ Diċembru 1995;

Deċiżjoni tal-Kunsill 94/117/KE tal-21 ta’ Frar 1994 li tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għal dak li jirrigwarda l-istruttura u tagħmir li għandhom ikunu milħuqa minn stabbilimenti żgħar sabiex tkun assigurata d-distribuzzjoni ta' prodotti tas-sajd fil-Greċja (4). Dik id-Deċiżjoni eżawriet l-effetti tagħha għaliex m'għadhiex teżisti s-sitwazzjoni fattwali li għaliha kellha tapplika;

Deċiżjoni tal-Kunsill 94/317/KE tat-2 ta’ Ġunju 1994 li tawtorizza r-Renju ta' Spanja jestendi sas-7 ta’ Marzu 1995 il-Ftehim dwar ir-relazzjonijiet reċiproki dwar is-sajd mar-Repubblika tal-Afrika t'Isfel (5). Dik id-Deċiżjoni eżawriet l-effetti tagħha billi kienet maħsuba biex tapplika tul perjodu li diġà għadda;

Deċiżjoni tal-Kunsill 94/318/KE tat-2 ta’ Ġunju 1994 li tawtorizza r-Repubblika Portugiża testendi sas-7 ta’ Marzu 1995 il-Ftehim dwar ir-relazzjonijiet reċiproki dwar is-sajd mar-Repubblika tal-Afrika t'Isfel (6). Dik id-Deċiżjoni eżawriet l-effetti tagħha billi kienet maħsuba biex tapplika tul perjodu li diġà għadda;

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/386/KE tas-7 ta’ Ġunju 1999 dwar l-applikazzjoni provviżjorja mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar il-Programm Internazzjonali għall-Konservazzjoni tad-Dniefel (7). Dik id-Deċiżjoni eżawriet l-effetti tagħha bili tirreferi għal perjodu tranżitorju li diġà għadda;

Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/179/KE tas-26 ta’ Frar 2001 li jfisser l-appoġġ finanzjarju lill-Ginea-Bissau fis-settur tas-sajd (8). Dik id-Deċiżjoni eżawriet l-effetti tagħha billi kienet maħsuba biex tapplika tul perjodu li diġà għadda;

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2001 fuq kontribuzzjoni finanzjarja għal ċertu spiża għall-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri tat-tmexxija fuq ħut li jpassi ħafna (9). Dik id-Deċiżjoni eżawriet l-effetti tagħha billi kopriet perjodu li kien diġà għadda;

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal ċerti spejjeż li jsiru minn Stati Membri meta jkunu qed jimplimentaw is-sistemi ta' kontroll, spezzjoni u sorveljar applikabbli għall-politika komuni dwar is-sajd (10). Din id-Deċiżjoni eżawriet l-effetti tagħha billi kienet tittratta n-nefqa eliġibbli li saret mill-Istati Membri bejn l-1 ta’ Jannar 2001 u l-31 ta’ Diċembru 2003 u minħabba li issa għaddiet issitwazzjoni fattwali li magħha kienet marbuta. Barra minn hekk, Deċiżjoni ġdida tal-Kunsill 2004/465/KE ġiet adottata biex tkopri n-nefqa mis-sena 2004 (11);

Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/662/KE tal-24 ta’ Settembru 2004 li tawtorizza r-Renju ta' Spanja jestendi sas-7 ta’ Marzu 2005 il-Ftehim, dwar ir-relazzjonijiet reċiproki dwar is-sajd mar-Repubblika tal-Afrika t'Isfel (12). Dik id-Deċiżjoni eżawriet l-effetti tagħha billi kopriet perjodu transizzjonali li diġà għadda;

Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/890/KE tal-20 ta’ Diċembru 2004 dwar l-irtirar tal-Komunità Ewropea mill-Konvenzjoni dwar is-Sajd u l-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin fil-Baħar Baltiku u l-Ibħra ta' Madwaru (13). Dik id-Deċiżjoni eżawriet l-effetti tagħha l-irtirar mill-Komunità kien innotifikat lid-Depożitarju ta' dik il-Konvenzjoni;

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Novembru 2004 dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunitá Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim taħt forma ta' Skambju ta' Ittri dwar il-proroga tal-Protokoll li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju previsti fil-Ftehim bejn il-Komunitá Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Islamika tal-Komoros dwar is-sajd fl-ibħra tal-Komoros għall-perjodu mit-28 ta’ Frar 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2004 (14). Dik id-Deċiżjoni eżawriet l-effetti tagħha billi kienet maħsuba biex tapplika tul perjodu li issa diġà għadda;

(3)

Għal raġunijiet ta' ċertezza u ċarezza legali, dawk id-Deċiżjonijiet li ma għadx hemm lokhom għandhom jiġu revokati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Direttiva u Deċiżjonijiet li qed jiġu revokati

Id-Direttiva 83/515/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/631/KEE, 94/117/KE, 94/317/KE, 94/318/KE, 1999/386/KE, 2001/179/KE, 2001/382/KE, 2001/431/KE, 2004/662/KE, 2004/890/KE u 2005/76/KE huma b’dan imħassra.

Artikolu 2

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ŠEBESTA


(1)  ĠU L 290, 22.10.1983, p. 15.

(2)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 364, 14.12.1989, p. 64.

(4)  ĠU L 54, 25.2.1994, p. 28.

(5)  ĠU L 142, 7.6.1994, p. 30.

(6)  ĠU L 142, 7.6.1994, p. 31.

(7)  ĠU L 147, 12.6.1999, p. 23.

(8)  ĠU L 66, 8.3.2001, p. 33.

(9)  ĠU L 137, 19.5.2001, p. 25.

(10)  ĠU L 154, 9.6.2001, p. 22.

(11)  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 114.

(12)  ĠU L 302, 29.9.2004, p. 5.

(13)  ĠU L 375, 23.12.2004, p. 27.

(14)  ĠU L 29, 2.2.2005, p. 20.