|
10.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Mejju 2009
li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi
(2009/436/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2008/73/KE (2) emendat total ta’ 23 att tal-Kunsill biex tipprovdi, inter alia, għal proċeduri ssimplifikati tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żooteknici. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2008/73/KE daħlet fis-seħħ fit-3 ta’ Settembru 2008. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ dik id-Direttiva sal-1 ta’ Jannar 2010. Madankollu, dik id-Direttiva ma pprovdietx li l-Istati Membri kellhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn dik id-data. |
|
(3) |
Iċ-ċertezza legali teħtieġ li d-Direttiva 2008/73/KE tiġi kkoreġuta biex jiġi żgurat li l-emendi magħmula fid-diversi atti tal-Kunsill minn dik id-Direttiva, sabiex jipprovdu għal dawk il-proċeduri ssimplifikati, jiġu applikati b’mod uniformi mill-Istati Membri mill-1 ta’ Jannar 2010. Għaldaqstant, id-Direttiva 2008/73/KE għandha tiġi kkoreġuta biex tapplika wkoll minn dik id-data. Għalhekk, dik id-Direttiva għandha tiġi kkoreġuta wkoll sabiex tipprovdi li l-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn dik id-data. |
|
(4) |
Madankollu, ċerti emendi oħra magħmula mid-Direttiva 2008/73/KEE fid-Direttivi 64/432/KEE (3) u 90/426/KEE (4) ma jikkonċernawx il-proċeduri ssimplifikati u għaldaqstant ma jeħtiġux id-data tal-applikazzjoni differita mill-Istati Membri tal-1 ta’ Jannar 2010. Dawk l-emendi jikkonċernaw rispettivament l-adozzjoni ta’ miżuri speċifici dwar is-saħħa tal-annimali skont il-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (5) u jikkoreġu referenza skaduta. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-proċeduri ssimplifikati ġodda tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma verterinarji u żootekniċi, għandu jkun pprovdut li dispożizzjonijiet tranżitorji jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(6) |
Biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-kontinwità, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-3 ta’ Settembru 2008, id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/73/KE. |
|
(7) |
Għalhekk id-Direttiva 2008/73/KE għandha tiġi kkoreġuta kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2008/73/KE hija b’dan kkoreġuta kif ġej:
|
1. |
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 20 għandu jitħassar. |
|
2. |
Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 23a Dispożizzjonijiet tranżitorji Dispożizzjonijiet tranżitorji jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23b(2). Artikolu 23b Proċedura ta’ kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali mwaqqaf mill-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (*1). 2. Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur. (*1) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).”;" |
|
3. |
L-Artikolu 24(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Jannar 2010. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2010. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.”; |
|
4. |
L-Artikolu 25 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 25 Dħul fis-seħħ u applikabbiltà Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010, bl-eċċezzjoni għall-Artikolu 1(1) u (5) u l-Artikoli 7, 23a u 23b.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-3 ta’ Settembru 2008.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KALOUSEK
(1) Opinjoni tat-2 ta’ April 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40.
(3) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.