9.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Mejju 2009
dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mar-Regolament Nru 61 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’ vetturi kummerċjali fir-rigward tal-isporġenzi esterni tagħhom ’il quddiem mill-pannell posterjuri tal-kabina
(2009/433/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati ma’ u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2), tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Ir-rekwiżiti standard tar-Regolament Nru 61 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi kummerċjali fir-rigward tal-isporġenzi esterni tagħhom ‘il quddiem mill-pannell posterjuri tal-kabina (“ir-Regolament Nru 61”) huma maħsuba sabiex jeliminaw l-ostakoli tekniċi fil-kummerċ f’vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti u jiżguraw li dawn il-vetturi jipprovdu livell għoli ta’ sigurtà u protezzjoni. |
(2) |
Ir-Regolament Nru 61 ġie notifikat lill-Partijiet Kontraenti u daħal fis-seħħ fir-rigward tal-Partijiet Kontraenti kollha li ma tawx notifika tan-nuqqas ta’ qbil tagħhom sad-data jew dati speċifikati fih bħala Regolament mehmuż mal-Ftehim Rivedut tal-1958. |
(3) |
Ir-Regolament Nru 61 għandu jiġi inkorporat fis-sistema ta’ approvazzjoni għal vetturi bil-mutur u għandu għalhekk irid jiżdied mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Komunità, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Il-Komunità Ewropea għandha taderixxi mar-Regolament Nru 61 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’ vetturi kummerċjali fir-rigward tal-isporġenzi esterni tagħhom ’il quddiem mill-pannell posterjuri tal-kabina.
2. It-test tar-Regolament huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (2).
Artikolu 2
Konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 35 u 36 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (3), l-ekwivalenti tar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 61 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa u dawk tad-Direttiva tal-Kunsill 92/114/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 dwar oġġetti ħerġin ‘il barra ’l quddiem mill-pannell ta’ wara tal-kabina ta’ vetturi bil-mutur tal-kategorija N (4), għandhom jiġu rikonoxxuti.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KALOUSEK
(1) ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.
(2) Dan ir-Regolament għandu jiġi ppubblikat f’Ġurnal Uffiċjali ġejjieni.
(3) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(4) ĠU L 409, 31.12.1992, p. 17.