|
30.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Mejju 2009
li taħtar membru Belġjan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2009/419/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/651/KE, Euratom (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi l-post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara r-riżenja tas-Sinjura Christine FAES,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Ronny LANNOO, Adviseur-generaal UNIZO, huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ŠEBESTA