|
29.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta' April 2009
li tistabbilixxi, konformement mal-Artikolu 104(8) tat-Trattat, jekk itteħditx azzjoni effettiva mir-Renju Unit b’reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Lulju 2008 taħt l-Artikolu 104(7)
(2009/409/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 104(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 104 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċi eċċessivi tal-gvern. |
|
(2) |
Skont il-punt 5 tal-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet relatati mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, l-obbligu fl-Artikolu 104(1) tat-Trattat biex jiġu evitati żbilanċi tal-gvern ġenerali eċċessivi ma japplikax għar-Renju Unit sakemm ma jgħaddix għat-tielet pass ta’ unjoni ekonomika u monetarja (1). Waqt li jkun fit-tieni stadju ta’ unjoni ekonomika u monetarja, ir-Renju Unit huwa mitlub jipprova jevita żbilanċi eċċessivi, skont l-Artikolu 116(4) tat-Trattat. |
|
(3) |
Il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir huwa bbażat fuq l-għan ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz biex jissaħħu l-kundizzjonijiet għal stabilità tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli qawwi li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi. Il-Patt ta Stabilità u Tkabbir jinkludi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (2), li kien adottat sabiex jgħin il-korrezzjoni fil-pront tal-iżbilanċi eċċessivi tal-gvern ġenerali. |
|
(4) |
Ir-riforma tal-2005 tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir fittxet li ssaħħaħ l-effettività u l-bażi ekonomika tiegħu kif ukoll li tħares is-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi fit-tul. Hija kellha l-mira li tiżgura li b’mod partikolari l-isfond ekonomiku u baġitarju ikun tqies għal kollox fil-passi kollha tal-PŻE. B’dan il-mod, il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir jipprovdi l-qafas li jappoġġja l-politiki tal-gvern għal ritorn malajr għal pożizzjonijiet baġitarji sodi meta titqies il-qagħda ekonomika. |
|
(5) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2008/713/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 (3), il-Kunsill iddeċieda, taħt l-Artikolu 104(6), li kien hemm żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 104(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97, tat-8 ta’ Lulju 2008 l-Kunsill, fuq il-bażi wkoll ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, adotta rakkomandazzjoni (4) lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fejn sejħilhom biex iġibu fi tmiemha s-sitwazzjoni ta’ żbilanċ eċċessiv mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mis-sena finanzjarja 2009/10, billi jniżżlu l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali taħt it-3 % tal-PGD b’mod kredibbli u sostenibbli. Għal dak l-għan, il-Kunsill irrakkomanda lill-awtoritajiet sabiex jiżguraw titjib strutturali ta’ mill-inqas 0,5 % tal-PGD fl-2009/10 u stabilixxa d-data ta’ skadenza tat-8 ta’ Jannar 2008 biex il-gvern tar-Renju Unit jieħu azzjoni effettiva. |
|
(7) |
Il-valutazzjoni tal-azzjoni meħuda mir-Renju Unit biex tikkoreġi l-iżbilanċ eċċessiv sal-2009/10 b’reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 104(7) twassal għal dawn il-konklużjonijiet:
|
|
(8) |
Dan iwassal għall-konklużjoni li, f’kuntest ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi li qegħdin progressivament jeħżienu, l-awtoritajiet tar-Renju Unit sa minn Lulju 2008 implimentaw miżuri diskrezzjonali addizzjonali li jżidu l-iżbilanċ b’konformità mal-Pjan ta’ Rkupru Ekonomiku Ewropew (PREE). L-effetti kombinati tat-tnaqqis ekonomiku qawwi u l-miżuri ta’ stimolu adottati mill-awtoritajiet tar-Renju Unit wasslu għad-deterjorament sostanzjali fit-tbassir tal-pożizzjoni baġitarja għall-2009/10, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Renju Unit ma ħax azzjoni b’reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Lulju 2008 fi ħdan il-perjodu stipulat f’dik ir-Rakkomandazzjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fil-Lussemburgu, 27 ta’ April 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VONDRA
(1) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:12006E/PRO/25:MT:HTML
(4) http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/publication12926_en.pdf